MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

F 'kull pajjiż hemm mu- ment fejn is-soċjetà trid tistaqsi lilha nnifisha: il-politika għadha mezz ta' servizz lejn il-poplu jew saret ġlieda bla waqfien bejn dawk li jridu jżommu l-poter u dawk li jridu jaħtfuh? F'kelma waħda, il-poter sar aktar importanti mill-poplu? Il-metafora "politika tax-xa- dini" hija waħda mill-metafori qawwija għax turi realtà li kultant naraw quddiem għajnej- na: gruppi u individwi, jiġġieldu għall-pożizzjoni tagħhom, individwi li jissieltu biex jidhru aktar b'saħħithom mill-oħrajn, u sistemi fejn l-istint tal-poter jegħleb il-valur tas-servizz. Din il-politika fiha kwadru sħiħ, minn bnedmin frontliners, sa bnedmin komuni li jappoġġjaw kandidat u mhux ieħor. F'ħafna pajjiżi, il-politika nbidlet f 'teatru fejn l-aktar ħaġa importanti mhix dejjem x'jista' jsir għall-poplu, imma min jirbaħ il-ġlieda tal-im- maġni. Il-kliem isir aktar qawwi mill-azzjoni, il-propaganda aktar importanti mir-realtà, u l-għadu politiku jiġi ppreżentat bħala xi ħadd li għandu jiġi meqrud, mhux bħala persuna b'opinjoni differenti. L-għadu mhux dejjem ikun ġej mill- kamp oppost. Sfortunatament il-ġlieda tkun ferm akbar minn dawk li jkunu telqu miegħek. Din mhix il-politika li għand- ha bżonn demokrazija b'saħħi- tha. Il-pajjiżi mad-dinja kollha jaffaċċjaw sfidi kbar: bħall-għoli tal-ħajja, kriżi fl-akkomodazz- joni, solitudni soċjali, pressjoni fuq is-servizzi pubbliċi, bidla fil-klima u nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet. Dawn ma jissolvewx b'insulti, b'attakki personali jew b'kompetizzjoni kontinwa biex wieħed jidher bħala r-rebbieħ. Il-poplu ma jikolx paroli, ma jikolx kliem fieragħ. Il-familji ma jħallsux il-kontijiet b'argu- menti politiċi. Iż-żgħażagħ ma jsibux futur aħjar minn battalji fuq il-midja soċjali. Il-ħaddie- ma ma jħossuhomx aktar siguri bl-argumenti tal-politiċi, jiġġieldu bejniethom. Meta l-politika titlef il-kuntatt mal-ħajja vera tan-nies, tibda ssir logħba għall-ftit u mhux għodda għall-ħafna. L-aktar mossa perikoluża hija meta l-lealtà lejn partit issir aktar importanti mil-lealtà lejn il-verità. Meta żball isir tajjeb għax għamlu "tagħna", u suċċess jiġi miċħud għax ġej min-naħa "l-oħra". Din il-mentalità tkisser is-soċjetà għax toħloq ċittadini li jiddefendu simboli aktar milli prinċipji. Pajjiż ma jissaħħaħx meta kulħadd jaħseb l-istess. Jis- saħħaħ meta jkun hemm rispett lejn min ma jaqbilx, meta l-kritika tkun meqjusa bħala parti mid-demokrazija u meta l-politiku jkollu l-kuraġġ jam- metti meta jiżbalja. Il-veru mexxej mhux dak li dejjem jirbaħ argument. Il-veru mexxej huwa dak li kapaċi jisma' anki meta l-kliem ma jogħġbux, dak li jagħżel deċiżjo- ni tajba fuq deċiżjoni popolari, u dak li jpoġġi l-interess tal- pajjiż qabel il-vantaġġ personali. Il-"politika tax-xadini" tibqa' teżisti sakemm inkomplu nqisu l-poter bħala premju u mhux bħala responsabbiltà. Sakemm il-kariga tkun meqjusa bħala dritt personali u mhux bħa- la servizz temporanju f 'isem il-poplu. F'kull pajjiż hemm bżonn bidla għal din it-tip ta' kultu- ra politika. Mhux biss bidla fil-persuni, imma bidla fil-mod kif inħarsu lejn il-politika. Għax demokrazija ma tinqeridx biss minn dawk li jabbużaw mill-po- ter; tiddgħajjef ukoll meta ċ-ċittadini jidraw kultura fejn il-ħażin jiġi skużat u l-verità tiġi ssagrifikata għall-interess tal-grupp. Il-politika għandha terġa' ssir arti ta' servizz, mhux ġlieda ta' dominanza. Għandha terġa' titmexxa mill-valuri, mhux mill-ego. Għax pajjiż li jibqa' maqbud fil-politika tax-xadini jista' jkollu ħafna battalji, iżda ftit progress. Fl-aħħar mill-aħħar, il-mis- toqsija mhix min rebaħ il- ġlieda. Il-mistoqsija vera hija: min qed jibbenefika minnha? Fortunatament, f 'pajjiżna nsibu politiċi ta' rieda tajba li lesti jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu l-aħjar interess tal-poplu. Imbagħad hemm oħrajn dejjem lesti jaqsmu l-mejda biex mingħalihom tgħaddi tagħhom. Maż-żmien jirrealizzaw li r-riċetta tagħhom ma ħadmitx. Għax meta l-politiċi ta' vera jinsew l-għan aħħari tal-poli- tika, il-poplu jinsiehom, anzi jwarrabhom u maż-żmien jibdew jinsew ukoll lill-politi- ka. Mhux darba u tnejn, tidħol fid-djar waqt il-House visits u jgħidulek illi tilfu kull inter- ess. Għal kuntrarju meta tkun fil-politika għas-servizz, in-nies tilqgħek f 'darha bl-unuri kollha (anki jekk ma jaqblux mal-par- tit li inti tillimita), u meta jiġu biex jagħmlu l-għażla tagħhom, ismek ikun in-number 1. opinjoni illum • IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 09 "Pajjiż ma jissaħħaħx meta kulħadd jaħseb l-istess. Jissaħħaħ meta jkun hemm rispett lejn min ma jaqbilx, meta l-kritika tkun meqjusa bħala parti mid- demokrazija u meta l-politiku jkollu l-kuraġġ jammetti meta jiżbalja." Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali IVAN BARTOLO Meta l-politika titlef il-kuntatt mal-ħajja vera tan-nies, tibda ssir logħba għall-ftit u mhux għodda għall-ħafna Il-politika tax-xadini

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026