MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti L-għeruq selvaġġi tal-moda s-suġġett ta' wirja ġdida minn Heritage Malta Wirja ġdida ta' Heritage Malta fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina tesplora r-relazzjoni kumplessa bejn il-moda u n-natura tul is- sekli. Ħwejjeġ storiċi flimkien ma' wirjiet affaxxinanti tal- annimali li pprovdew il- materjali tagħhom jistiednu lill-viżitaturi jirriflettu dwar it- tħassib ambjentali u etiku tal- lum. Il-wirja se tibqa' miuħa sal-aħħar ta' Settembru. Sa miż-żminijiet preistoriċi, il-ġlud, il-fer u r-rix tal-anni- mali kellhom rwol importanti fil-ħajja tal-bniedem, kemm għal skopijiet prattiċi kif ukoll sim- boliċi. Il-mammiferi, l-għasafar u kultant anke r-rettili kienu jiġu kkaċċjati mhux biss għall- ikel iżda wkoll għall-materjali li kienu jipprovdu s-sħana f 'amb- jenti ħorox u jintużaw f 'kuntesti dekorattivi, ċerimonjali u mili- tari. Waqt li s-soċjetajiet bdew jiżviluppaw, dawn il-materjali naturali evolvew f 'simboli ta' ġid u poter, u mal-milja taż-żmien saru oġġetti dejjem aktar kon- troversjali minħabba t-tħassib ambjentali u etiku marbut magħhom. Parti mis-sensiela ta' wirjiet Espresso ta' Heritage Malta, 'Il-Moda u l-Bidu tal-Kon- servazzjoni tan-Natura' tħares lejn l-evoluzzjoni tal-moda, tas-soċjetà u tal-attitudnijiet lejn in-natura – mir-rix eżo- tiku mill-Kontinent il-Ġdid li saħħar lill-kollezzjonisti u l-palazzi fis-seklu 16 sal-alter- nattivi sintetiċi tal-lum. Filwaqt li teżamina s-sostenibbiltà ta' dawn tal-aħħar, il-wirja tesplora r-rwol tal-attivisti, il-leġiżlazz- joni u l-kuxjenza pubblika biex jitnaqqas l-isfruttament u tiżdied il-protezzjoni. Storja interessanti hija dik dwar żewġ għaqdiet favur il-ħarsien tal-għasafar imwaqq- fa min-nisa fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku lejn tmiem is-seklu 19, li permezz tal-konservazz- joni taw leħen u rrappreżentaw lin-nisa f 'oqsma li kienu ddomi- nati mill-irġiel. Il-viżitaturi se jiltaqgħu ma' oġġetti tal-moda rari, l-aktar mis-seklu 20. Dawn ivarjaw minn stoli tal-volpi, tal-ballottri u tan-ngħam għall-kowtijiet, ingwanti u aċċessorji mhux tas-soltu bħall-portmoni magħmul mill-fer tal-kangarù u kpiepel u tiżjin ta' mar-ras bir-rix. Partikolarment interes- santi huma l-eżempji bbalzmati tal-annimali li pprovdew dawn il-materjali, inkluż ornament mill-Amerka ta' Fuq li kien jintlibes fir-ras waqt ritwali, magħmul mill-ors iswed Amer- ikan. Il-wirja toffri wkoll ħarsa lejn aspetti kurjużi mix-xena lokali: minn x'kien inebbaħ il-moda Maltija tul is-snin san-negoz- ju mhux wisq magħruf ta' fer tal-fniek, u l-ewwel bejjiegħa tal-kpiepel dokumentata f 'Malta – Marie érèse Xavièr Cauvin, li kellha ħanut faċċata tal-Konkatidral ta' San Ġwann. Waqt żjara uffiċjali lil din il-wirja ġdida, il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta, Noel Zammit, qal: "Din il-wirja taqbel perfet- tament mal-missjoni ta' Herit- age Malta li tqanqal il-kurżità, trawwem it-tagħlim u turi kif il-patrimonju huwa minsuġ fil- ħajja tagħna ta' kuljum, saħan- sitra fil-ħwejjeġ li nilbsu. Hija tiċċelebra l-moda bħala punt li jwaħħad l-istorja, id-dinja nat- urali u x-xjenza tal-konservazz- joni. Dan filwaqt li tfakkarna fl-influwenza dejjiema tan-natu- ra fuq il-kreattività tal-bniedem, u kif għażliet aktar konxji jistgħu jagħmlu differenza sinifikanti." 'Il-Moda u l-Bidu tal-Kon- servazzjoni tan-Natura' se tibqa' miuħa sat-30 ta' Set- tembru 2026, u d-dħul huwa inkluż fl-esperjenza tal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Natura- li. Il-mużew jiaħ mit-Tlieta sal-Ħadd, mid-9:00 sal-17:00, bl-aħħar dħul ikun fl-16:30. Il-wirja toffri ħarsa lejn aspetti kurjużi mix-xena lokali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026