MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 analiżi illum • IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 Wara dak l-isforz kollu? Xorta kważi ma naraw xejn. Il-ġurija tkun aktar 'il fuq flimkien mal-partijiet. Fost ix-xhieda tad-difiża jkun hemm l-esperta SOCO Michelle Camilleri, Dr Adrian Vella u preżenti fid-dar, mart Keith Schembri. U hawnhekk il-vista tmur direttament lura għall-ġranet kaotiċi ta' Novembru 2019. Adrian Vella, it-tabib tal-familja ta' Fenech, xehed li fuq talba ta' Fenech mar id-dar ta' Schembri fil-Mellieħa u ġabar xi karti minn hemm biex iwassalhom lil Fenech. Il-karti saru wieħed mill-aktar episodji diskussi tal-investigazzjoni. Kien hemm suspett li kienu relatati ma' verżjoni li setgħet titfa' r-responsabbiltà għall-qtil fuq l-Eks Ministru Chris Cardona. Schembri jikkontesta partijiet kruċjali minn dan ir-rakkont. Meta ġie mistoqsi fil-ġuri dwar il-karti, huwa qal li Vella kien mar id-dar tiegħu iżda ċaħad li personal- ment tah xi ittra biex iwassal lil Fenech. Għalhekk, meta l-ġurija titla' lejn din ir-residenza, qed tidħol f 'post marbut ma' kunflitt dirett bejn verżjonijiet differenti li semgħet fil-Qorti. Min ħa xiex? Min tah? U għaliex? Aħna nibqgħu barra. Hawnekk indumu sal-11:55 a.m. Imbagħad nieqfu għall-ikel. Fil-compound tal-Puluzija, dak li baqa' mill-karozza Wara l-ikel, immorru f 'compound tal- Pulizija. Hawnhekk tinsab il-karozza ta' Daphne. Jingħadilna li tinsab maħżuna f 'kompar- tament. Nersqu lejn il-grada. Ma nitħallewx nersqu aktar. Il-vettura hija, ovvjament, waħda mill-aktar biċċiet ċentrali tal-evidenza fo- rensika. L-investigaturi studjaw mhux biss il-ħsara tal-isplużjoni iżda anke debris u komponenti li wassluhom biex jidentifikaw parti elettronika marbuta mas-SIM card dock tal-apparat splussiv. Huwa wkoll post fejn, kważi disa' snin wara l-qtil, l-oġġett li ilu jiġi deskritt f 'ri- tratti, rapporti u xhieda jerġa' jsir wieħed fiżiku quddiem il-ġurati. Għalina, iżda, jibqa' wara grada. U proprju hawn iseħħ wieħed mill-aktar mumenti tensi tal-ġurnata. L-espert Martin Bajada kien qalilna li issa stajna nirrapportaw li kienu qed isiru l-visti fuq il-post. Qabel dan kien hemm ordni li żammet ir-rappurtaġġ tal-ġuri sospiż. Meta nippruvaw niksbu kjarifika, mar- ixxall jisma' l-mistoqsija u jersaq lejna. "Ara ma jfettlilkomx tiktbu xi ħaġa. Ara biss ifettlilkom titfgħu xi ħaġa," jgħid b'ton irrabjat. Ftit wara nerġgħu lura fil-vann. Għad fadal Portomaso. Portomaso: L-uffiċċji, it-tfittxijiet u siegħa fuq bankina Fit-2:40 p.m. naslu Portomaso. Għall-inqas għal it sekondi jirnexxilna naraw lil Fenech. Imbagħad tasal l-ordni. "Aqsmu faċċata." U hekk nagħmlu. Il-ġurnalisti jispiċċaw fuq bankina barra l-kumpless, fix-xemx. Nistennew. Portomaso huwa post li jidħol aktar minn darba fl-istorja tal-każ. Il-pulizija fittxet l-uffiċċji ta' Fenech u postijiet oħra fil-kumpless wara li l-investigazzjoni laħqet il-qofol tagħha fl-2019. Fil-ġuri, il-Qorti semgħet kif investigaturi fittxew Level 21 ta' Porto- maso u rkupraw fost affarijiet oħra ritratt ta' Melvin euma. Portomaso jidħol ukoll fix-xhieda ta' Adrian Vella dwar il-karti li jgħid li kien ġabar mingħand Schembri fil-Mellieħa. Vella xehed li wassal dokumenti lil Fenech hemmhekk fil-jiem ta' qabel l-arrest tiegħu. U mbagħad hemm l-20 ta' Novembru 2019. Fenech kien ġie arrestat mill-Pulizija wara li ħareġ minn Portomaso bil-jott tiegħu kmieni filgħodu, ġurnata wara l-iżviluppi li kienu poġġew lil Melvin euma fiċ-ċentru tal-investigazzjoni. Mela l-post li llum jidher bħala kumpless ordinarju ta' lukandi, uffiċċji u appar- tamenti kien wieħed mill-postijiet fejn l-investigazzjoni mxiet b'pass rapidu lejn Fenech. Għall-ġurati, dan huwa kuntest. Għalina, għall-parti l-kbira, huwa bankina. Nistennew. Minuta. Għaxar minuti. Nofs siegħa. Kważi siegħa. Fit-3:33 p.m. jintemm l-ewwel jum. Imma l-għada nerġgħu nagħmluha mill-ġdid. It-tieni jum: Ir-ranch f'Ħaż-Żebbuġ It-tieni jum kellu jibda fit-8 a.m. Ma bediex. Il-vann tal-ġurnalisti, sempliċement, intesa. Tlaqna fit-8:20 a.m., għoxrin minuta tard, bil-konvoj tal-Qorti diġà fit-triq. Minkejja dan, inlaħħqu miegħu. Id-destinazzjoni: ranch f 'Ħaż-Żebbuġ. Fid-8:40 a.m. naslu. Quddiemna hemm tabella bl-isem Ivry Farmhouse. Nitilgħu minn passaġġ kemxejn rurali, qisu mogħdija f 'għalqa. Induru kantu- niera u naslu quddiem daħla b'xatba tal-ħadid miuħa. Il-ħitan huma oranġjo fin-naħa t'isfel u bojod fuq. Tul id-driveway hemm sensiela ta' siġar, fosthom taż-żebbuġ u tat-tin. Il-post jinsab qrib Triq tal-Ħlas u St Mary Storage Facility. Ir-ranch ta' Fenech ilu jidher fix-xhieda dwar ir-relazzjonijiet ta' madwar il-każ. Keith Schembri kien xehed li hu u Fenech kienu ħbieb mill-qrib u li kien iżuru fir-ranch f 'Ħaż-Żebbuġ, fejn kienu jiġu mistiedna wkoll persuni oħra. Ir-ranch jidħol ukoll fil-verżjonijiet dwar il-laqgħat ta' Melvin euma ma' Fenech. Dokument li sar parti mill-in- vestigazzjoni u li MaltaToday ippubblika fit-traskrizzjoni tiegħu kien jirreferi għal lunch fir-ranch fejn kien preżenti euma. Aktar riċenti, il-ġurija semgħet ukoll dwar chats bejn Fenech u euma li kienu qed jirranġaw laqgħa f 'razzett. Mela anke dan il-post rurali, apparente- ment 'il bogħod mill-Marsa, mill-Bidnija u minn Portomaso, jidħol fin-network ta' laqgħat u relazzjonijiet li l-ġurija ilha tisma' dwarhom għal ġimgħat. Fid-8:47am, iżda, tgħaddi xena ferm inqas forensika. Xi nies li jidhru li għadhom sejrin lura minn Glitch Festival jgħaddu mill-inħawi. Għal it sekondi, żewġ realtajiet komple- tament differenti jaħbtu ma' xulxin: grupp sejjer lura minn festival filgħodu kmieni, u it metri 'l bogħod ġurija qed iżżur sit marbut ma' wieħed mill-aktar każijiet kriminali serji fil-pajjiż. Fid-8:56 a.m. jidher li wasalna biex nitilqu. F'din il-waqfa ma rnexxilniex naraw, la lill-ġurati, u lanqas lill-uċuħ familjari tal-każ. Imma meta jidher li se nitilqu ... Ma nitilqux. Fid-9:05 a.m. għadna fil-vann. Nistennew. Wara li filgħodu konna diġà tlaqna tard għax il-vann intesa, issa qed nerġgħu nistennew ġewwa fih. Fid-9:27 a.m., fl-aħħar, nerġgħu fit-triq. Id-dar ta' Melvin Theuma — u l-ġirien għandhom x'jaraw Fl-9:47 a.m. naslu fi Triq Widnet il-Baħar, quddiem l-appartament ta' Melvin euma. Hawnhekk, għall-ewwel darba dal- għodu, naraw wiċċ familjari mill-ġuri. Kenneth Camilleri jinsab barra, b'dirgħajh imsallbin, liebes nuċċali skur. Melvin euma jkun ġewwa. Il-post huwa importanti għax id-djar u l-proprjetajiet ta' euma kienu parti diretta mill-investigazzjoni tal-2019. Pulizija li xehdu fil-ġuri kkonfermaw li għamlu tfittxijiet f 'maisonette ta' eu- ma f 'Wied il-Għajn bħala parti mill-in- vestigazzjoni. euma kien ilu msemmi mill-inves- tigaturi wara li l-Pulizija, waqt li kienu qed isegwu komunikazzjonijiet marbu- ta mal-irġiel arrestati għall-qtil, bdew jiltaqgħu ma' ismu. Meta ġie arrestat f 'Novembru 2019 f 'investigazzjoni separata, instabu għan- du USB drives u ritratt tiegħu ma' Keith Schembri; dakinhar huwa talab maħfra presidenzjali biex jikxef dak li kien jaf dwar l-assassinju. U Kenneth Camilleri, li llum narawh quddiem id-dar b'dirgħajh imsallbin, għandu wkoll rwol importanti fir-rak- kont ta' euma. Camilleri, eks uffiċjal tas-sigurtà tal- OPM, xehed fil-ġuri li Keith Schembri kien qallu jikkuntattja lil Johann Crem- ona biex imorru "jikkalmaw" lil xi ħadd — persuna li rriżultat li kienet euma. Schembri jiċħad din il-verżjoni. U mhux aħna biss qed nosservaw. IKOMPLI FIL-PAĠNA LI JMISS Jintemm l-aċċess fil-ġuri ta' Yorgen Fenech Vince Muscat, Il-Koħħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026