Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
Xi awturi ta' dak iż-żmien stinkaw biex iżidu l-popolarità tagħhom billi jirrakkontaw fantasiji ta' tfajliet li jaħdmu f 'xi ħanut tal-ħwejjeġ f 'forma ta' realiżmu. Però, grupp żgħir ta' dawk li jaħdmu l-films baqgħu fidili għall-prinċipji tan-Neo-Realiżmu. Fosthom insibu li Giuseppe De Santis b'Caccia Tragica (Tragic Pursuit 1947) dwar serqa minn ażjenda agrikola mmexxija minn diversi bdiewa u Roma Ore Undici (1952) dwar inċident li seħħ tabilħaqq meta taraġ li fuqu kien hemm mal-200 tfajla biex japplikaw għal xogħol temporanju, ċeda. Xi informazzjoni qasira fuq l-aħjar films tan-Neo-Realiżmu Taljan hi din: OSSESSIONE (Obsession 1943). Dirett minn Luchino Visconti, bl-atturi Clara Calamai, Massimo Girotti u Juan De Landa. Gino (Girotti), li ma jsaddad imkien jaqbad ma' Giovanna (Calamai) li żżewġet lil Giuseppe ħafna akbar minnha, għall-flus u li għandu lukanda. Huma jiiehmu kif se jeħilsu minnu. Għal żmienu kien suġġett qawwi ħafna (fil-preżent jgħaddi inosservat) b'atmos- fera pjuttost erotika. Meta beda jintwera, l-awtoritajiet Faxxisti u tal-Knisja Kattolika żammewh u ppruvaw jeqirdu l-kopji tal- film. Id-dilettanti tal-films malajr indunaw li Ossessione hu bbażat minn fuq ir-rumanz ta' James M. Cain, e Postman Always Rings Twice li wara nħadem darbtejn, fl-1946 u l-1981 mill-Amerikani. L-Istitut Kulturali Taljan stinka biex Ossessione jkun salvat għall-pos- terità. Il-bravu direttur Luchino Visconti għamel id-debutt tiegħu b'"bomba"! Il-pijunier li witta t-triq għan-Neo-Realiżmu. ROMA CITTA' APERTA (Rome Open City 1945). Dirett minn Roberto Rossellini bl-atturi Anna Magnani, Aldo Fabrizi u Marcello Pagliero. Matul l-ok- kupazzjoni ta' Ruma fl-1944, il-mexxej tar-Reżistenza Giorgi Manfredi jkun imfittex min-Nazi hekk kif jipprova jsib kenn u mezz kif jaħrab. SCIUSCIA' (Shoeshine 1946). Jaħdmu Rinaldo Smordoni, Fran- co Interlenghi u Annielo Mele taħt id-direzzjoni ta' Vittorio De Sica. Żewġt itfal li jnaddfu ż-żraben fl-Italja ta' wara l-gwerra jfaddlu biex jixtru żiemel, imma l-involvi- ment innoċenti tagħhom f 'serqa twassalhom il-ħabs, esperjenza li tfarrak il-ħbiberija tagħhom. PAISA' (Paisan 1946). Jerġa' jieħu t-tmun Roberto Rossellini li f 'sitt episodji dwar karattri diversi juri kif seħħet il-"Liberazzjoni tal-Italja" mill-ħakma Nazista. LADRI DI BICICLETTE (Bi- cycle ieves 1948). Il-kapulavur ta' Vittorio De Sica, tant imfaħħar mill-kritiċi u forsi l-aqwa element tan-Neo-Realiżmu, bl-atturi Lam- berto Maggiorani, Enzo Staiola u Lianella Carell. Fis-snin ta' wara l-gwerra, rota ta' ħaddiem tinster- aq fejn issa jkun diffiċli għalih li jsib ix-xogħol. Flimkien ma' ibnu jimbarkaw biex ifittxuha. RISO AMARO (Bitter Rice 1949). Miktub u dirett minn Giuseppe De Santis bl-atturi Vittorio Gassman, Doris Dowl- ing u Silvana Mangano. Żewġ kriminali maħrubin jispiċċaw jaħdmu f 'għalqa mimlija ilma fejn jiżirgħu r-ross u jiddeċiedu jħarrġu ħaddiema oħrajn għas- serq li jmiss. (Wara diversi snin li ħareġ niakar meta kont tifel rajt kartellun kbir daqs faċċata f 'teatru f 'Birkirkara, b'nisa sbieħ b'shorts qasir u jerġa' mxammar, b'saqa- jhom fl-ilma jaħdmu fl-għalqa, tendenza li kompliet għenet għas- suċċess ta' dan il-film). UMBERTO D. (1952). Id-Diret- tur hu Vittorio De Sica u l-atturi Carlo Battisti, Maria Pia Casilio u Lina Gennari. Raġel anzjan u l-kelb tiegħu jippruvaw jaraw kif se jgħixu f 'Ruma bil-pensjoni tal-gvern. Films oħra tajbin tan-Neo Realiżmu huma MIRACOLO A MILANO (Miracle In Milan 1951), dirett ukoll minn Vittorio De Sica u STROMBOLI (1949) speċi ta' dokumentarju ispirat u dirett minn Roberto Rossellini. Iż-żmien jinbidel u t-tendenzi jvarjaw. Il-wirt immedjat tal-mov- iment Neo-Realista wasal fi tmiemu fis-snin ħamsin, id-diċen- nju li ra s-separazzjoni tal-qalba oriġinali tad-diretturi Rossellini. Visconti, De Sica u taż-żagħżugħ Mikelangelo Antonioni. Hekk kif il-karriera tagħhom ħadet svolta separata u r-realitajiet politiċi tal-Italja għaddew minn tibdil di- vers, iċ-ċinema Taljan abbanduna l-aspett tan-Neo-Realiżmu. 14 films IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Carmel Bonnici "Neo-Realiżmu" – Stil Taljan IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Sciuscia (1946) u Ladri di Biciclette (1948)

