MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Michaela Pia Camilleri tħares lejn l-ewwel ktieb ta' poeżiji ta' Jacques Borg Barthet. Mit-taraġ ta' Strada Stretta fejn semegħtu l-ewwel darba, għall-versi fuq ktieb fejn qed tkompli tiskoprih, Camilleri tinnota logħob bin-numri u bil-forma poetika rifless fl-emozzjonijiet "griżi" tal-poeta. Logħba tan-numri fi ktieb tal-poeżija Kważi kull xahar tista' ssibni bilqiegħda fuq siġġu, jew jekk xortija ma tidħaqlix, mal-art fuq it-taraġ żonqri u jiżloq ta' Strada Stretta, barra bar imsemmi wara wieħed mill-iż- jed poeti importanti fl-istorja tal-bniedem, Rumi. L-ewwel Erbgħa ta' kull xahar tinġabar komunità ta' poeti u kittieba, ilkoll eċitati biex jaqsmu x'kitbu jew qraw dak ix-xahar. Wieħed mill-poeti li dejjem inkun ħerqana biex nisma', kull darba li jinżel tarġa tarġa lejn il-mikrofonu, huwa Jacques Borg Barthet. Is-se- na l-oħra ħabbar li fl-aħħar ippubblika l-ewwel antoloġija ta' poeżiji tiegħu, li ilu jġem- magħhom għal dawn l-aħħar għaxar snin. Miktuba bl-Ingliż, l-antoloġi- ja Eight Sixes (Kotba Calleja) hija odissea tal-emozzjonijiet u l-esperjenzi tal-ħajja, u jkopru l-imħabba, fl-eċitament u fl-or- dinarjetà tagħha, il-qsim il-qalb, l-esperjenza ta' ġenituri huma u jaraw 'l uliedhom jikbru, vjaġġi madwar id-dinja, u iżjed. Borg Barthet għandu pin- na moderna u fl-istess waqt grazzjuża, li ġġiegħlek tintelaq f 'baħar ta' kliem iffjurit, iżda fl-istess waqt preċiż. Il-poeżiji tiegħu meqjusin u m'għand- homx kliem żejjed, iżda jesperi- menta ħafna bil-forma mingħajr ma jkun superfiċjali. Spiss juża wkoll l-intertest- walità bħala għodda, fejn jislet xi linja minn xi biċċa letter- atura barranija, u jużaha biex issaħħaħlu dak li jrid jgħid – xi kultant, dik il-linja tkun l-iżjed waħda b'saħħitha mis-silta kollha. Fl-opinjoni tiegħi, l-iżjed poeżija b'saħħitha hi dik li jiftaħ l-antoloġija biha – 'What can I tell you about Jane". "she had a way of entering a room with a smile that was more bravery than joy, these are things we sometimes know the body leaks truths all the time I was far from fluent yet I picked up something stirred but never said…" Hija poeżija intelliġenti dwar l-intimità, l-interpretazzjoni, u l-limitazzjonijiet fil-possibilità li ssir taf persuna oħra, per- suna li tħobb. Il-poeta kapaċi joħroġ is-sottilitajiet tal-intim- ità, u kif in-nuqqas ta' ftehim jew konoxxenza ta' dak kollu li jgħaddi minn moħħ il-per- suna l-oħra mhux evidenza tan-nuqqas tal-intimità, imma proprju proċess u parti minnha. Għoġobni l-użu tar-referenzi għal-lingwa u għall-partijiet tal-ġisem li jwasslu għall-ko- munikazzjoni, li jintużaw bħala metafori jew referenzi ghall- mis/komunikazzjoni. Għoġbitni ħafna wkoll 'Coun- ters', fit-tieni kapitlu tal-ktieb, bl-isem 'In which Sue and Frank clear the kitchen'. Hija poeżija sempliċi, fejn jitqiegħdu diversi oġġetti fuq il-bank tal-kċina, huma u jbattlu l-cupboards f 'daqqa waħda: "apple blacken- ing at the stalk… one chocolate all seemed too ashamed to eat… two jars each of jam… a diaspo- ra of half-consumed packets of tea… oranges softening around constellations of white spores…" Għoġobni kif l-awtur, b'mod sottili, jimplika separazzjoni, bħal fil-frażi "two jars each of jam". Jispiċċa l-poeżija b'refer- enza għal dokumentarju dwar l-arkitettura ta' Jan Gehl - The Human Scale – '"we measure what we care about', Frank says, so where is this inven- tory heading?" Hawnhekk il-poeta, li huwa wkoll perit, jgħaqqad iż-żewġ dinjiet tiegħu tal-arkitettura u l-poeżija, u jurina kif id-dinjiet huma rel- atati u mhux separati, u kollha jikkontribwixxu għal xulxin. L-aħħar mistoqsija turi direz- zjoni ġdida: direzzjoni li trid tinsab wara kull separazzjoni jew tmiem. Però l-iżjed punt qawwi ta' din il-poeżija hu t-turija tal-ordinarju fl-imħabba u t-tmiem tagħha, kif apparti l-emozzjonijiet drammatiċi li ġġib magħha l-imħabba, hemm ukoll l-element prattiku tat-tluq u tal-qsim tal-oġġetti akkumu- lati tul iż-żmien, li jimmanifes- taw kemm f 'oġġetti fiżiċi, iżda li jirrappreżentaw ukoll dawk intanġibbli bħall-memorji. Il-logħob bil-forma f 'ħaf- na mill-poeżiji tiegħu huwa pjaċevoli, u mhux sfurzat. Il-poeta jħobb juża n-numri qishom puntini biex joħloq struttura fil-poeżija, minflok strofi. Pereżempju, fil-poeżija 'Twenty questions', fejn in-num- ri u l-mistoqsijiet abbinati magħhom joħolqu sens ta' ans- jeta, li tirrifletti l-menti tal-po- eta f 'nixxiegħa tal-ħsieb ta' ansjetajiet, bħal moħħ bniedem anzjuż li jiġri minn ħaġa għal oħra. "3. How long before the sum- mer heat oppresses the birds?... 8. Do I hold on for too long / too little? 9. Am I too serious / not seri- ous enough?..." Naħseb li għandna nżommu ħarsitna fuq Borg Barthet u fuq ix-xogħol li għad baqagħlu joħroġ mill-pinna intelliġen- ti tiegħu, li kapaċi tevoka l-emozzjonijiet mhux suwed u bojod, iżda iżjed griżi tal-ħajja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 September 2026