MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

"Ir-riżultat ta' dal- ġuri se jieħu ħafna mill-ħin tagħna u mhux se nkunu nistgħu nitkellmu dwar affarijiet oħra" 03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 'Għandna problema kif se niddistakkaw ruħna kompletament minn Keith Schembri ' IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Għal 55 jum, id-difiża qajmet dubji dwar il-każ tal-prosekuzzjo- ni, b'mod partikolari dwar ir-rwol ta' Keith Schembri u l-konness- jonijiet tiegħu mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. "Il-prosekuzzjoni kollha ma kinitx f 'idejna; ma kellna l-ebda vuċi fiha," qal wieħed mill-min- istri. "Għall-kuntrarju, il-prose- kuzzjoni u l-pulizija kienu ferm allinjati mal-familja Caruana Galizia u l-avukati tagħha. Iżda d-difiża rnexxielha tiżra' d-dub- ju." U kien proprju d-dubju li ddeċieda l-każ. Fenech, li fl-2014 sar il-werriet tal-imperu kummerċjali ta' Tu- mas Group, kien ilu snin fiċ-ċen- tru ta' investigazzjoni tal-Pulizija, rapporti fil-midja u proċeduri ġudizzjarji. Kien hemm ukoll l-evidenza ta' Melvin euma, star witness tal-prosekuzzjoni li anke ngħata maħfra presidenzjali, inklużi recordings magħmu- la bil-moħbi li fihom instema' Fenech. Minkejja dan kollu, il-ġurija vvutat tmienja għal wieħed biex issibu mhux ħati, mhux biss li kien involut fil-qtil, iżda lanqas tal-kompliċità f 'atti kriminali. U l-ħelsien ta' Fenech ikkawża problema politika enormi għall- Prim Ministru Robert Abela. Il-konsulenti tiegħu kienu jafu li kundanna għal Fenech kienet tkun l-aħjar riżultat, iżda kienu jafu li anke f 'dak il-każ il-Gvern kien se jaffaċċja pressjoni kontin- wa fuq il-korruzzjoni, l-istat tad- dritt u l-fallimenti istituzzjonali marbuta mal-qtil. Il-ħelsien ta' Fenech, madankollu, biddel kollox. "Għandna problema u dik hija kif se niddistakkaw ruħna kom- pletament minn Keith Schembri," qal ministru lil dil-gazzetta. "Dan mhux se jkun faċli. Huwa kien effettivament il-Gvern Laburista mill-2013 sal-2019." Ir-rwol ta' Schembri kien wieħed mill-punti ewlenin li d-difiża saħqet fuqhom. U għal Abela, il-problema hija par- tikolarment sensittiva: huwa kien membru tal-Kabinett ta' Joseph Muscat fl-2017 u konsulent legali tiegħu. Sadanittant, qed jitqajmu mis- toqsijiet dwar l-investigazzjoni mmexxija mill-Assistent Kum- missarju Arnaud, dwar il-mod kif l-evidenza ġiet ippreżentata, dwar il-proklama li ngħatat lil Melvin euma u dwar id-"dinamika" fi ħdan il-ġurija li wasslet għal dan ir-riżultat sorprendenti. Fil-gvern hemm ukoll tħassib li l-ħelsien ta' Fenech se jkompli jgħatti l-kwistjonijiet l-oħra li diġà kienu qed jolqtu l-immaġni tiegħu. "Diġà konna qed naffaċċjaw akkużi li mixjin bil-mod, li għajj- enin u indifferenti," qal ministru anzjan. "Dan se jpoġġi aktar pressjoni fuqna." Ministru ieħor qal li l-gvern it għandu spazju biex jimmanuvra. "Għandna sena fiskali diffiċli quddiemna bi prezzijiet tal-fuel li qed jogħlew u kriżi internazz- jonali serja ħafna. Ir-riżultat ta' dal-ġuri se jieħu ħafna mill-ħin tagħna u mhux se nkunu nistgħu nitkellmu dwar affarijiet oħra." Għall-PN, dan jista' jkun mument kruċjali. Alex Borg kien evita deliberatament li jagħmel il-qtil ta' Caruana Galizia u l-korruzzjoni ċ-ċentru tal-kam- panja elettorali tiegħu, u b'hekk irnexxielu jiġbed votanti li kienu dejquhom il-kampanji negattivi tal-passat. Iżda issa l-ħelsien ta' Fenech sar opportunità biex il-PN jattakka lil Abela dwar l-istat tad-dritt u jpoġġi l-fallimenti istituzzjonali fiċ-ċentru tal-aġenda politika. F'Kastilja, il-konsulenti ta' Abela kienu qed jikkunsidraw li jużaw ir-riżultat tal-ġuri biex jiħu diskussjoni dwar aktar riformi istituzzjonali. Iżda l-parir li taw kien li wieħed għandu joqgħod attent. "Kien hemm u għad hemm wisq storbju, u kwalunkwe mes- saġġ kien jintilef fil-konfużjoni," qal sors qrib il-Prim Ministru. Meta tħabbar il-verdett tal-ġurati, Abela kien qed jipprepara ruħu għal serata li kellha tkun waħda kompletament differenti. Kien qed iħejji ruħu biex jitlaq lejn l-ewwel festa kbira fil-Hard Rock Hotel fil-kumpless enormi tad-DB f 'San Ġiljan meta ġie infurmat li l-ġurija kienet illiberat lill-werriet ta' Tumas Group. Sorsi qalulna li Abela kien ixxukkjat, u minnufih ikkanċella ż-żjara tiegħu. Immedjatament sejjaħ madwa- ru l-grupp żgħir u magħqud ta' konsulenti tiegħu, immexxi minn Mark Mallia, iċ-Chief of Staff tiegħu. Kienu ppreparaw ruħhom għall-kundanna. U qatt ma immaġinaw li l-ġurija kienet se tivvota tmienja għal wieħed favur Yorgen Fenech. Issa Abela jrid jara jistax jikseb kontroll tas-sitwazzjoni jew jekk jibqax jipponta subgħajh lejn ta' qablu u jindirizza l-vera 'iljunfant fil-kamra' – Joseph Muscat u Keith Schembri. Falliment min-naħa tal-Gvern li jaġixxi malajr jista' jservi biex Borg jingħata platt tal-fidda u ċans ikisser dak kollu li akkwista Abela fl-aħħar snin. Keith Schembri (xellug) u Chris Cardona issemmew diversi trabi waqt il-ġuri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 September 2026