Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 04 Filwaqt li pajjiżi b'pagi minimi baxxi qed jagħmlu qabżiet kbar biex inaqqsu d-distakk, Malta qed timxi b'pass aktar moderat Il-paga minima fl-Unjoni Ew- ropea kompliet tiżdied fl-2026, iżda d-differenzi bejn il-pajjiżi għadhom sostanzjali. Għal Mal- ta, iż-żieda din is-sena kienet waħda relattivament modes- ta meta mqabbla ma' ħafna mill-Istati Membri, u l-pajjiż jinsab fin-nofs fil-klassifika Ewropea. Skont l-aħħar rapport ta' Eu- rofound, ippubblikat fl-1 ta' Set- tembru 2026, bejn Jannar 2025 u Jannar 2026, il-pagi minimi naz- zjonali żdiedu f '21 mill-22 pajjiż tal-UE li għandhom paga minima nazzjonali. Ir-Rumanija kienet l-uniku pajjiż fejn il-paga baqgħet l-istess f 'Jannar, għalkemm aktar tard ġiet introdotta żieda ta' 7% minn Lulju. Malta tinsab fost dawk il-pajjiżi li rreġistraw waħda mill-iżgħar żidiet. Il-paga minima nazzjonali Maltija żdiedet bi 3.5% fl-2026. Meta l-pagi jiġu kkonvertiti għal 12-il pagament fis-sena għal skop ta' paragun, dan ifisser paga minima grossa ta' madwar €994 fix-xahar. Dan ipoġġi lil Malta kważi fin-nofs tal-klassifika tal-pajjiżi tal-UE li għandhom paga minima statutorja. Minn 22 pajjiż, Malta għandha l-14-il l-ogħla paga min- ima nominali. Quddiemha hemm pajjiżi bħal-Lussemburgu, l-Irlan- da, in-Netherlands, il-Ġermanja, il-Belġju, Franza, is-Slovenja, Spanja, il-Litwanja, il-Polonja, Ċipru, il-Portugall, il-Kroazja u l-Greċja. Warajha, min-naħa l-oħra, hemm disa' pajjiżi, fost- hom l-Estonja, iċ-Ċekja, is-Slo- vakkja, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Latvja u l-Bulgarija. Il-kuntrast mal-ogħla livelli huwa partikolarment qawwi. Fil-Lussemburgu, il-paga minima ekwivalenti għal 12-il pagament hija ta' madwar €2,704 — kważi tliet darbiet dik Maltija. Fl-Irlan- da hija madwar €2,391, fil-Ġer- manja €2,343 u fin-Netherlands €2,295. Fil-Belġju tilħaq madwar €2,154, filwaqt li fi Franza hija ta' madwar €1,823. Iżda l-istampa tinbidel meta wieħed iħares lejn iż-żieda fil-paga, aktar milli lejn il-livell tagħha. Hawnhekk Malta tinsab qrib in-naħa t'isfel tal-klassi- fika. Is-Slovenja żiedet il-paga minima b'16%, filwaqt li l-Bul- garija, is-Slovakkja, il-Litwanja u l-Ungerija rreġistraw żidiet ta' madwar 11% sa 12%. Il-Kroazja u ċ-Ċekja żiedu l-paga minima b'madwar 8%, filwaqt li ż-żieda fil-Ġermanja kienet ta' aktar minn 8%. Għal Malta, iż-żieda ta' 3.5% hija ogħla minn dik ta' Franza, ta' 1.2%, u mil-Lussemburgu, ta' 2.5%, iżda inqas minn dik ta' kważi l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Eurofound tispjega li dan huwa parzjalment riżultat tal-fatt li l-pajjiżi b'pagi minimi aktar baxxi għandhom tendenza jagħmlu żidiet perċentwali akbar sabiex inaqqsu d-distakk mal-pajjiżi l-oħra. Malta u l-qawwa tal-akkwist Il-figura nominali, madankollu, mhijiex l-uniku mod kif wieħed jista' jqabbel il-pagi. Dak li hu importanti għall-ħaddiem huwa kemm jista' jixtri b'dik il-paga. Eurofound tinnota li, fil-bidu tal-2026, il-pagi minimi żdiedu b'mod li fil-maġġoranza vasta tal- pajjiżi qabżu ż-żieda fil-prezzijiet. Dan wassal għal titjib fil-poter tal-akkwist tal-ħaddiema fuq paga minima. Madankollu, aktar tard matul is-sena din l-istampa bdiet tinbidel. Iż-żidiet fil-prez- zijiet minn Marzu 2026, fosthom minħabba tensjonijiet globali u l-kriżi relatata mal-Istrett ta' Ħor- muż, bdew jieklu parti mill-qligħ fil-poter tal-akkwist. Malta kienet fost il-pajjiżi fejn, meta mqabbel ma' Jannar 2025 u bl-aħħar dejta tal-inflazzjoni disponibbli f 'Mejju 2026, ġie rreġistrat tnaqqis fil-poter tal- akkwist tal-paga minima. Dan huwa punt importanti għall-Maltin. Żieda ta' 3.5% tista' tidher bħala titjib sinifikanti fuq il-karta, iżda jekk l-ispejjeż tad- djar, l-ikel, it-trasport u servizzi oħra jikbru aktar malajr, il-bene- fiċċju reali għall-ħaddiem ikun ħafna iżgħar. Kemm hemm ħaddiema fuq il-paga minima? Eurofound tgħid li f 'Malta madwar 2,372 ħaddiem kienu stmati li kienu jaqilgħu l-pa- ga minima nazzjonali fl-2022, ekwivalenti għal madwar 0.9% tal-ħaddiema full-time. Madankollu, l-istatistika dwar l-istruttura tal-qligħ għall-2022 uriet li s-sehem tal-ħaddiema li kienu jaqilgħu inqas minn 105% tal-paga minima kien ta' 3.5%. Dan ifisser li l-effett tal-pa- ga minima m'għandux jitkejjel biss minn kemm hemm nies li jaqilgħu eżatt il-minimu. Il-paga minima nazzjonali għandha wkoll effett fuq il-pagi it ogħla minnha, u tista' sservi bħala punt ta' referenza għall-istruttura koll- ha tal-pagi f 'ċerti setturi. Hawnhekk jidħol element ieħor enfasizzat minn Eurofound: il-pa- ga minima nazzjonali qed tersaq dejjem aktar qrib il-pagi minimi stabbiliti permezz ta' ehimiet kollettivi. Dan jista' jwassal għal "compression" fil-livelli l-baxxi tal-pagi, jiġifieri differenza iżgħar bejn dak li jaqla' ħaddiem min- għajr esperjenza u dak li jaqla' ħaddiem b'aktar esperjenza jew kwalifiki. Direzzjoni Ewropea ġdida Il-bidliet mhumiex biss kwist- joni ta' deċiżjonijiet nazzjonali. Il-Minimum Wage Directive tal- UE qed ikollha rwol dejjem aktar importanti. Id-direttiva għandha l-għan li tippromovi pagi minimi adegwati u ssaħħaħ in-negozjar kollettiv. L-Istati Membri kellhom jittrasponuha fil-liġi nazzjonali sal-15 ta' Novembru 2024. Madankollu, Malta hija fost il-pajjiżi fejn il-valuri ta' refer- enza indikattivi tad-direttiva ma kellhomx rwol ewlieni fiż-żieda tal-paga minima għall-2026. Eurofound tispjega li dan huwa relatat mal-fatt li l-mekkaniżmu Malti huwa fil-biċċa l-kbira tiegħu bbażat fuq indiċjar u proċessi stabbiliti, b'reviżjonijiet aktar komprensivi tal-adegwatez- za tal-paga minima jsiru f 'inter- valli itwal. Il-konklużjoni għal Malta hija għalhekk waħda doppja. Il-paga minima Maltija, ta' kważi €1,000 fix-xahar fuq bażi komparabbli Ewropea, mhijiex fost l-aktar baxxi fl-UE. Iżda lanqas mhija qrib il-livelli tal-pajjiżi l-aktar għonja. U filwaqt li pajjiżi b'pagi minimi baxxi qed jagħmlu qabżi- et kbar biex inaqqsu d-distakk, Malta qed timxi b'pass aktar moderat. Il-kwistjoni ewlenija mhijiex biss kemm tiżdied il-paga min- ima kull sena, iżda jekk iż-żieda tkunx biżżejjed biex iżżomm il-ħaddiem 'il fuq mill-għoli tal-ħajja. Għal Malta, id-dejta ta' Eurofound turi li dan għadu bilanċ delikat: il-paga qed tikber, iżda l-ispiża biex tgħix qed tikber magħha. Il-paga minima fl-Ewropa: Malta b'passi żgħar, iżda għadha 'l bogħod mill- ogħla livelli

