Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
analiżi IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 06 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Schembri qal ukoll li kien "iffriża" meta Fenech għaddielu dak li fehem bħala indi- kazzjoni ta' involviment. Għall-prosekuzzjoni, din kienet konfer- ma indiretta tal-involviment ta' Fenech. Għad-difiża, kienet xhieda li kellha tiġi ttrattata b'kawtela kbira. Għax Schembri kien innifsu figura ċentrali fl-istorja politika li wasslet għall-kriżi wara l-qtil. U d-difiża riedet li l-ġurati jistaqsu: jekk kien hemm persuna li kellha tkun taħt skrutinju, għaliex il-prosekuzzjoni kienet tant iffukata fuq Fenech? Kenneth Camilleri: żewġ verżjonijiet li ma jaqblux Imbagħad kien hemm Kenneth Camilleri. Il-verżjonijiet tiegħu dwar il-kuntatti ma' euma u dak li allegatament ġara wara l-qtil ma kinux jaqblu kompleta- ment ma' dak li qal euma. U hawn il-ġuri beda jidħol f 'territor- ju perikoluż għall-prosekuzzjoni. Għax ma kienx aktar sempliċement każ ta' xhud wieħed b'passat kriminali. Kien hemm ix-xhieda ta' xhieda li ma kinux jaqblu ma' xulxin. Id-difiża qalet lill-ġurati: Jekk il-per- suni li kienu qrib il-qalba tal-istorja ma jistgħux jaqblu dwar x'ġara, kif jista' wieħed jgħid li l-istorja kollha hija ppruvata lil hinn minn kull dubju raġonevoli? Adrian Vella u l-problema tal- memorja Adrian Vella kien punt ieħor ta' tens- joni. It-tabib Vella kien marbut kemm ma' Fenech kif ukoll ma' Schembri u xehed dwar diversi episodji relatati magħhom. Iżda f 'punti importan- ti ġie kkonfrontat b'dikjarazzjonijiet preċedenti u qal li ma jiakarx ċerti affarijiet. Dan sar kruċjali. Għax f 'ġuri fejn il-kredibbiltà hija kollox, "ma nif- takarx" tista' tkun risposta sempliċi iżda b'konsegwenzi kbar. Il-prosekuzzjoni ppruvat tgħid li l-ġurati kellhom iħarsu lejn il-pro- va kollha. Id-difiża ppruvat tuża d-diskrepanzi biex turi li l-investigazz- joni nnifisha kienet mimlija lakuni. Vella kien ukoll involut fil-kontro- versja dwar il-vjaġġ lejn Għawdex. Skont Vella, kienet idea tiegħu li jieħu lil Fenech lejn Għawdex; id-difiża, min-naħa tagħha, ippruvat tpoġġi dan fil-kuntest ta' tentattiv biex Fenech jiġi megħjun jaħrab. U Fenech innifsu kien qal li jekk "jinżel", kien se "jieħdu miegħu". Għal darb'oħra, l-istess fatti setgħu jiġu interpretati f 'żewġ modi radikalment differenti. Johann Cremona u l-€400,000 Imbagħad tela' jixhed Johann Cremo- na. L-allegazzjoni tiegħu kienet waħda li, kieku baqgħet mhux ikkontestata, setgħet kienet terremot fil-ġuri. Cremona qal li kien ġie offrut sa €400,000 biex jagħti xhieda li tgħin lil Fenech. Iżda mbagħad, taħt pressjoni fil-Qorti, qal: "Ivvintajtha." Għad-difiża, dan kien eżempju perfett tal-problema tal-każ. Allegazzjonijiet kbar. Storja wara oħra. Persuni li jgħidu ħaġa u mbagħad jikkoreġuha. Xhieda li tikkontradixxi xhieda oħra. Għall-prosekuzzjoni, l-episodju ma kellux iħassar l-evidenza ewlenija. Imma l-ġurati sabu quddiemhom każ fejn il-kredibbiltà ta' diversi protagonis- ti kienet qed tiġi sfidata. Silvio Valletta: meta l-Pulizija tidħol fl-istorja Silvio Valletta, Eks Viċi Kap tal- Pulizija, kellu relazzjoni mill-qrib ma' Fenech. Fil-Qorti ħarġu messaġġi li fihom Valletta qal lil Fenech: "We'll be right behind you." Il-prosekuzzjoni setgħet tuża dan bħala prova ta' kemm Fenech kellu aċċess għal persuni f 'pożizzjonijiet sensittivi. Id-difiża, iżda, setgħet tgħid: dan ma jurix li Fenech ordna l-qtil. Juri li kellu relazzjonijiet. Juri li kellu kuntatti. Juri li seta' jirċievi informazzjoni. Iżda dawn huma affarijiet differenti minn prova li hu kkummissjona l-qtil. Din id-distinzjoni kienet kruċjali. Id-dokumenti fil-boardroom Fost l-aktar evidenza materjali inter- essanti kien hemm dokumenti relatati ma' euma li nstabu fil-boardroom ta' Fenech. Kien hemm materjal miktub bl-idejn, dokumenti relatati mal-verż- joni ta' euma, ritratt ta' euma ma' Schembri u dokumenti oħra. Għall-prosekuzzjoni, dan kien juri relazzjoni profonda. Kienet evidenza li euma ma kienx biss xi middleman li Fenech kien jaf b'mod superfiċjali. Għad-difiża, madankollu, il-konkluż- joni ma kinitx awtomatika. Relazzjoni mhijiex qtil. Għarfien mhuwiex ordni. Suspett mhuwiex kundanna. U din kienet il-linja li d-difiża riedet iżżomm quddiem il-ġurati sal-aħħar. Fenech jitkellem: "Qatt, qatt, qatt …" Meta Fenech innifsu tela' fuq il-peda- na tax-xhieda, il-ġuri ħa xejra differenti. Għall-ewwel darba, il-persuna fil-qalba tal-akkuża kienet qed tħares lejn il-ġurati u tagħti l-verżjoni tagħha. Il-kliem tiegħu kien dirett: "Qatt, qatt, qatt ma ordnajt li tinqatel." U kompla jinsisti: "Ma kontx involut f 'dal-każ u dan irrid li jkun ċar." Din kienet l-aktar imħatra riskjuża tad-difiża. Għax meta akkużat jixhed, ma jkunx qed jagħti biss verżjoni. Ikun qed joffri lilu nnifsu għal cross-exami- nation. Il-prosekuzzjoni kellha ċ-ċans tikkon- frontah b'kull recording, kull messaġġ u kull kontradizzjoni. U hekk għamlet. Il-ġuri kważi sfaxxa qabel ma spiċċa Anki qabel ma wasal għall-verdett, il-ġuri kellu mumenti fejn seta' ħa di- rezzjoni kompletament differenti. Id-difiża talbet li l-ġuri jiġi xolt wara li qajmet tħassib dwar il-fatt li l-ġurati setgħu ġew esposti għal aħbarijiet per- mezz tat-tablets li kienu qed jużaw. L-Imħallef Edwina Grima ċaħdet it-talba u qalet li ma kienx hemm bażi biex il-ġuri jiġi xolt. Kien episodju ieħor li wera kemm id-difiża kienet aggressiva biex tikkon- testa, mhux biss l-evidenza, iżda l-mod kif kienet qed issir il-proċedura. Mhux min għandu l-aħjar storja, iżda min għandu l-prova Fl-aħħar jiem, iż-żewġ naħat kienu qed jippreżentaw żewġ narrattivi kom- pletament differenti. Il-prosekuzzjoni qalet lill-ġurati li ma kellhomx jiġu "użati" mill-argumenti tad-difiża. Il-messaġġ tagħha kien li l-ġuri ma kienx dwar Keith Schembri. Ma kienx dwar Silvio Valletta. Ma kienx dwar nies oħra li setgħu kienu jafu xi ħaġa. Kien dwar Yorgen Fenech. Id-difiża, min-naħa l-oħra, qalet li l-ġurati ma setgħux jinjoraw lil dawn in-nies jekk kienu parti mill-istorja li l-prosekuzzjoni stess kienet ressqet. Il-ġurati kellhom jagħżlu mhux liema storja kienet l-aktar interessanti, iżda jekk il-prosekuzzjoni kinitx ippruvat il-każ tagħha. L-Imħallef: "Hemm provi biżżejjed?" Meta wasal iż-żmien tagħha, l-Im- ħallef Grima fakkret lill-ġurati li huma kienu l-imħallfin tal-fatti, filwaqt li hija kienet l-imħallef tal-liġi. U fformulat il-mistoqsija b'mod kważi brutali fis-sempliċità tagħha: "Hemm biżżejjed provi biex l-akkużat Yorgen Fenech jinstab ħati? Iva jew le." Il-Qorti għaddiet magħhom il-provi kollha. euma. Il-maħfra. Ir-record- ings. Il-qattiela. Schembri. Camilleri. Valletta. Vella. Cremona. Id-dokumenti. Fenech. U l-evidenza diġitali enormi li kienet ġiet ippreżentata tul il-ġuri. Grima enfasizzat kemm kien hemm evidenza diġitali, u qalet li dan kien wieħed mill-ġuri li fih kellha tittratta ammont partikolarment kbir ta' tali materjal. Imbagħad ġie l-prinċipju li seta' jid- deċiedi kollox: jekk hemm dubju raġon- evoli, dan irid imur favur l-akkużat. Fl-aħħar tal-indirizz tagħha, l-Im- ħallef qalet lill-ġurati: "Il-Bambin magħkom." Imbagħad il-ġurati ħarġu mill-awla. Tmienja kontra wieħed Il-ġurati ddeliberaw għal madwar tmien sigħat. U meta reġgħu daħlu fl-awla, il-qari tal-verdett kien qasir. Keith Schembri

