Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546490
"Dan il-Gvern beda b'saħħa, b'rieda kbira u b'determinazzjoni li jkun il-bidla u l-katalist għal futur aħjar għall- poplu tagħna" Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva DEO DEBATTISTA 10 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' SETTEMBRU 2026 • illum opinjoni L -ewwel mitt jum tar-raba' mandat ta' Gvern La- burista kienu kkaratter- izzati minn ħidma inten- siva, determinazzjoni u impenn biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Fuq kollox, kienu mitt jum li matulhom il-viżjoni poli- tika bdiet tissarraf f 'deċiżjonijiet, investimenti u servizzi konkreti li jagħmlu differenza fil-ħajja ta' kuljum tan-nies. Kull kisba li qed niċċelebraw hija wkoll rikonoxximent tal-ħidma bla heda tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku u fl-entitajiet tagħna. Matul Awwissu – f 'San Vinċenz De Paul – ġiet installata u bdiet tintuża magna ġdida tal-ultrasound għas-servizzi muskoloskeletali. Din tippermetti valutazzjonijiet kliniċi aktar rapidi u preċiżi ta' kundizz- jonijiet relatati mal-muskoli, il-ġogi u t-tessuti rotob. It-tagħmir il-ġdid qed jgħin lill-kliniċisti jieħdu deċiż- jonijiet aktar infurmati u f 'waqth- om dwar it-trattament, inaqqas il-ħtieġa għal riferimenti esterni u jtejjeb l-aċċess tal-pazjenti għal investigazzjonijiet speċjalizzati. F'San Vinċenz de Paul twaqqaf ukoll laboratorju mgħammar b'sistema ta' Point-of-Care Testing. Bis-saħħa tagħha, it-testijiet tad- demm u investigazzjonijiet oħra jistgħu jsiru direttament fuq il- post, mingħajr il-ħtieġa li l-kamp- juni jintbagħtu għall-ipproċessar fl-Isptar Mater Dei. Il-laboratorju, li jinsab qrib is-swali tal-Kura In- termedjarja, jagħti aċċess immedjat għal pazjenti li jeħtieġu monitoraġġ frekwenti u riżultati f 'waqthom. Is-servizz huwa disponibbli għad-dipartimenti kollha ta' San Vinċenz de Paul u għas-servizzi tal-outpatients. Dan ifisser riżultati aktar malajr, deċiżjonijiet kliniċi aktar f 'waqthom u kura aktar ef- fiċjenti. Fl-istess ħin, qed titnaqqas id-dipendenza fuq il-laboratorju tal-isptar akut u qed jinħelsu riżorsi f 'Mater Dei biex jiġu ffukati fuq każijiet li jeħtieġu kura akuta u speċjalizzata. Kisba oħra kienet l-użu sħiħ tal- kapaċità tal-Unità tal-Kliewi f 'San Vinċenz de Paul. Il-ħames magni tad-dijalisi kollha bdew jitħaddmu b'kapaċità sħiħa, kemm filgħodu kif ukoll waranofsinhar. Qed tiġi kkunsidrata wkoll il-possibbiltà li jiġu introdotti sessjonijiet ta' filgħaxija, sabiex isir l-aħjar użu mill-infrastruttura u mill-kapaċità disponibbli. Permezz ta' din il-miżura, aktar pazjenti jistgħu jirċievu t-tratta- ment tad-dijalisi f 'San Vinċenz de Paul. B'hekk qed jitnaqqas il-piż fuq is-servizzi renali ta' Mater Dei, filwaqt li r-residenti u persuni oħra fil-komunità jingħataw kura speċ- jalizzata eqreb ta' fejn jgħixu. Dan inaqqas l-ivvjaġġar u l-inkonven- jent għall-pazjenti u għall-familji tagħhom, filwaqt li jtejjeb il-kon- tinwità u l-kwalità tal-kura. San Vinċenz de Paul qed ikompli jikkonsolida r-rwol tiegħu bħala ċentru ta' eċċellenza fil-kura speċ- jalizzata tal-anzjani, mhux biss għar-residenti tiegħu iżda wkoll għal persuni ta' aktar minn 60 sena fil-komunità. Eżempju ċar ta' dan huwa l-iżvilupp tas-serviz- zi tal-oalmoloġija u tal-kura Avastin. Fil-preżent qed joperaw 13-il klinika li joffru eżamijiet u interventi speċjalizzati tal-għajnejn, screening għall-kumplikazzjonijiet marbuta mad-dijabete u follow-ups kontinwi sabiex kundizzjonijiet li jistgħu jaffettwaw il-vista jiġu identifikati u kkurati fil-ħin. Iżda l-ħidma tagħna ma tiqafx hawn. Komplejna nsaħħu l-firxa ta' servizzi ġodda billi introduċejna wkoll is-servizz ta' klinika tat-tabib tal-familja (GP Clinic). Qed nip- pjanaw li nżidu ħames kliniċi oħra sabiex aktar pazjenti jingħataw ap- puntament fi żmien iqsar, jitnaqqsu l-listi ta' stennija u jittaffa l-piż fuq is-servizzi rispettivi fl-Isptar Mater Dei. L-Awtorità għall-Istandards tal-Persuni Anzjani, l-OPSA, kompliet issaħħaħ ukoll ir-rwol tagħha. Ir-regolamentazzjoni ma tfissirx biss monitoraġġ u infurzar tal-istandards, iżda wkoll ħarsien tad-dinjità, tad-drittijiet u tal-be- nesseri tar-residenti. Permezz tat-Tim tal-Benesseri u l-Outreach, l-Awtorità nediet ir-rivista Il-Ħar- ruba, pjattaforma li tiċċelebra l-kreattività, it-talenti u l-esperjenzi tal-anzjani fid-djar residenzjali. B'hekk, l-OPSA qed turi li standards għoljin ma jitkejlux biss bil-konformità amministrattiva, iżda wkoll b'kemm kull persuna tħossha mismugħa, irrispettata u vvalutata. Eżempju ieħor ta' politika li saret realtà huwa l-estensjoni tal-ħinijiet tas-servizz Silver T. Din hija wegħ- da li toħroġ direttament mill-mani- fest elettorali Int Malta u li twettqet fl-ewwel mitt jum tal-Gvern. Silver T jipprovdi trasport bla ħlas lil persuni ta' aktar minn sittin sena li jeħtieġu assistenza biex iwettqu l-qadi tagħhom fil-komunità. Is-servizz issa qed jopera mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7.00 ta' filgħodu sal-4.30 ta' wara nofsinhar, minflok sas-2.00, kif ukoll is-Sibt filgħodu. Dan ifisser aktar għażla, aktar flessibbiltà u aktar indipen- denza. Mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta' Ġunju saru aktar minn 33,000 vjaġġ, filwaqt li madwar elf persuna jagħmlu użu mis-servizz kull xahar. Iżda wara kull ċifra hemm persuna li setgħet tattendi appuntament, twettaq il-qadi tagħha jew tibqa' attiva fil-komunità, kif ukoll familja li kellha aktar serħan il-moħħ. Il-progress jitlob ukoll il-kuraġġ li nintroduċu ideat ġodda. Għalhekk, tnediet esperjen- za innovattiva ta' realtà virtwali fiċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva tal-Ħamrun. Permezz tagħha, l-anzjani jistgħu jieħdu sehem fi vjaġġi virtwali, żjarat kulturali u at- tivitajiet interattivi f 'ambjent sigur u pjaċevoli. Din mhijiex teknoloġija għall- gost biss. Hija għodda li tħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja, il-parteċi- pazzjoni soċjali, il-komunikazzjoni u l-benesseri. Tista' tintuża wkoll f 'attivitajiet ta' reminixxenza, sabiex tgħin lill-anzjani jfakkru mumenti minn ħajjithom, jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom u jħossuhom aktar konnessi. Din l-esperjenza se tkompli tiġi estiża fost l-anzjani li jattendu ċentri oħra. Dawn il-miżuri kollha huma marbuta minn viżjoni politika waħda: is-servizzi għandhom jadattaw għall-ħtiġijiet tan-nies, u mhux in-nies ikollhom jadattaw għas-servizzi. Għalina, l-anzjanità attiva mhijiex slogan, iżda politika mibnija fuq id-dinjità, l-indipen- denza, l-innovazzjoni, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni. Dan il-Gvern beda b'saħħa, b'rie- da kbira u b'determinazzjoni li jkun il-bidla u l-katalist għal futur aħjar għall-poplu tagħna. Fadal ħafna aktar xi jsir. Fad- al aktar wegħdiet xi nwettqu mill-manifest Int Malta u aktar miri x'nilħqu fi ħdan il-Viżjoni Malta 2050 fejn bħala d-direzzjoni fit-tul, se nkomplu nimmodern- izzaw is-servizzi, ninvestu fil-ko- munitajiet u npoġġu lill-persuna fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni. Iżda, fuq kollox, dan huwa Gvern li jisma', jiem u jieħu d-deċiżjonijiet. Mhux se nieqfu ma' dak li flimkien fassalna fil-manifest Int Malta. B'umiltà, se nkomplu nisimgħu, nibqgħu qrib tagħkom u nimxu magħkom f 'din il-mixja. Flimkien, se nkomplu niksbu aktar suċċessi u nibnu l-futur li pajjiżna u wliedna jixirqilhom. Mitt jum ta' ħidma, enerġija u riżultati għall-anzjani tagħna Standards għoljin ma jitkejlux biss bil-konformità amministrattiva, iżda wkoll b'kemm kull persuna tħossha mismugħa, irrispettata u vvalutata

