MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Mara li qalet lill-pulizija li 15-il ġar tagħha kienu sawtuha u tawha bis- sieq, ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin, wara li l-filmati tas-CCTV urewha qed taqa' mal-art minn jeddha Mara teħel sitt xhur ħabs sospiżi wara li għamlet rapport falz li ġiet imsawta mill- ġirien tagħha Mara ta' 60 sena residenti San Ġiljan ħelsitha milli tiskonta piena effettiva ta' ħabs wara li għamlet rapport falz tgħid li l-ġirien tagħha sawtuha waqt laqgħa tal-komun. Susan Jenifer Firth-Bernard Kavanagh, ta' 60 sena, instabet ħatja li rrappurtat reat li kienet taf li ma seħħx. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ikkundannatha sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin. Il-Qorti ordnat ukoll li tħallas €100 lil kull wieħed mill-14-il ġar li akkużat li aggredieha. 'Waqgħet b'mod teatrali' Il-każ seħħ lejn l-aħħar tal-2024 waqt laqgħa tar-residenti ta' blok- ka ta' appartamenti f 'San Ġiljan. Ir-residenti qalu li l-akkuża- ta ma kinitx kuntenta bil-mod kif kienet sejra l-laqgħa u bdiet tipprovoka lil dawk ta' madwarha, fosthom billi sejħet lill-mara ta' wieħed mill-ġirien "a bitch". F'salt minnhom, qalu li ħadet it passi lura, ħarset warajha u niżlet bil-mod mal-art. Wara li waqgħet, għalqet għajnejha u għamlet tabirruħha li ħassha ħażin. Meta l-ġirien marru jgħinuha tqum, waħda minnhom qalti- lha, "Sue, qed tirreċta". Il-mara mill-ewwel fetħet għajnejha u qamet waħedha. Il-Maġistrat, li rat il-filmati tas- CCTV, qalet li l-mara "descended on the ground in theatrical fash- ion, exposing the superficiality of the act". 'Sawtuni kollha' Wara l-inċident, Firth-Bernard Kavanagh ċemplet lill-għassa tal-pulizija ta' San Ġiljan u qalet li kienet ġiet aggredita minn 15-il persuna waqt il-laqgħa. Meta wasal pulizija, qaltlu li l-grupp kien sawwatha u taha bis- sieq waqt li kienet mal-art. Hija baqgħet tinsisti li kienet ġiet aggredita anke wara li l-pulizija wissieha li kienu se jiċċekkjaw il-kameras tas-sigurtà. Il-filmati tas-CCTV urew lil Kavanagh nieżla mal-art mingħajr ma ħadd ma jmissha, filwaqt li l-ġirien tagħha marru jgħinuha. Il-Maġistrat qalet li mill-fil- mati kien ċar li ħadd minn dawk preżenti ma kien ikkawża l-waqgħa tagħha. 'Tawk bis-sieq mentalment?' Meta telgħet tixhed, Kavanagh qalet li kienet tinsab fi stat ta' pan- iku u li ħassitha mhedda. Mistoqsija għaliex kienet qalet lill-pulizija li l-ġirien tawha bis- sieq, qalet li kienu tawha bis-sieq "not physically but ... mentally, mentally". "Tawk bis-sieq mentalment? Sinjura, inti tinsab taħt ġurament. Irid ikollok d-diċenza tirrispetta l-ġurament," wieġbet il-Maġistrat. Mistoqsija jekk kinitx qed tammetti li kienet għamlet rapport falz, hija wieġbet, "No, no". Meta l-Qorti qaltilha, "Inti tajt informazzjoni falza lill-Pulizija," hija baqgħet tinsisti: "No, I did not". "Until you get off that witness stand you have every opportunity to correct yourself, to tweak what you said, always in full respect to the truth," qaltilha l-Maġistrat. Il-Qorti qalet li x-xhieda tagħha "sealed the Prosecution's case" u ddeskrivietha bħala "a person capable of manipulating the truth with such affluence". Id-difiża kienet argumentat li Kavanagh qatt ma kienet qrat ir-rapport tal-pulizija u ma kinitx taf x'kien fih. Il-Maġistrat qalet li dan kien "pitiful to say the least", u rrimar- kat li Kavanagh kienet tkellmet mal-pulizija darbtejn u minflok ma kkoreġiet lilha nnifsiha, reġgħet sostniet l-istess verżjoni. "Just as Ms Firth pretended to have been thrown to the ground, she is now pretending that she had no idea what the police report stated. Ludicrous to say the least," qalet il-Maġistrat. Il-Qorti qalet li l-argumenti tad-difiża huma "red herrings" u qalet is-suġġeriment li l-akkużata ma kinitx taf x'kien hemm fir-rap- port hu "a farcical suggestion which is offensive to the Court's intelligence". 'Vili u inkwetanti' Fis-sentenza tagħha, il-Maġis- trat qalet li Kavanagh kienet lesta twaħħal responsabbiltà kriminali lil bejn 12 u 15-il persuna li kienu attendew il-laqgħa. Uħud minnhom kienu anzjani. Il-Qorti ddeskriviet bħala "vile and disturbing" il-fatt li persu- na setgħet daqstant faċilment takkuża lil dawn in-nies b'reati li, skont in-natura tal-ġrieħi allegati, jistgħu jwasslu għal bejn sentejn u disa' snin ħabs. Il-Maġistrat qalet ukoll li l-ak- kużata kellha diversi opportunita- jiet biex tgħid il-verita, iżda naqset milli tagħmel dan. "Even until the last sitting, the defendant had every opportunity to come clean yet refrained from doing so," qalet. Il-Qorti qieset ukoll il-fedina penali tagħha, li turi li ġiet issen- tenzjata minħabba offiżi kontra uffiċjali tal-pulizija. Dan, qalet il-Maġistrat, juri "total disdain for the law and those whose duty it is to enforce the same". Firth-Bernard Kavanagh instabet ħatja li ta' simulazzjoni u ġiet ikkundannata sitt xhur ħabs sospiżi għal tliet snin. Ġiet ordnata wkoll tħallas €100 lil kull wieħed mill-14-il ġar. PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT IL- FOND GĦAS-SIGURTÀ INTERNA (FSI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea jixtieq javża li ser tiġi mnedija s-sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt l- Fond Għas-Sigurtà Interna (FSI): Objettiv Speċifiku 3: li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u l- ġlieda kontra l-kriminalità, it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti, riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà, inkluż permezz ta' kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-soċjetà ċivili u s-sħab privati fi Stati Membri differenti. Is-sejħa proposta se tikkontribwixxi lejn il-prijorità ta' finanzjament relatata mat-'titjib tal-kapaċitajiet tal- awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' partijiet interessati ewlenin oħra sabiex jipprevjenu u jindirizzaw b'mod aktar effettiv ir-reati u d-diskors ta' mibegħda, permezz tat-twettiq ta' programmi ta' taħriġ immirati u l-istabbiliment jew it-titjib ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw ir-rappurtar u l-identifikazzjoni tal-vittmi.' Is-sejħa ser titnieda fit-18 ta' Settembru 2026 u tagħlaq fit-12 ta' Frar 2027 f'nofsinhar (12:00). It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari ser ikunu disponibbli mat-tnedija tas-sejħa għall-proposti. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall- Programm FSI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp-content/uploads/2026/01/ISF-MT-Programme- v.3.0.pdf, sabiex jaraw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Ser tiġi organizzata wkoll sessjoni ta' informazzjoni dwar il-kontenut tal-formola tal-applikazzjoni u l-linji gwida rispettivi. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' e-mail fuq fondi.eu@gov.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026