MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Notte Bianca tirritorna fit-3 ta' Ottubru b'lejl ta' arti u kultura fil-Belt Valletta Festivals Malta se terġa' ttella' Notte Bianca nhar is-Sibt 3 ta' Ot- tubru 2026, b'lejl ta' arti, kultura u kreattività li se jagħti l-ħajja lit-to- roq u l-ispazji tal-Belt Valletta. Il-programm ta' din is-sena joffri taħlita varjata ta' dixxiplini artistiċi. Fosthom insibu l-mużi- ka, żfin, teatru, arti viżiva u aktar, b'xogħlijiet li jħaddnu kemm ġen- eri familjari kif ukoll proġetti aktar innovattivi u mhux mistennija. Id-direzzjoni artistika ta' din l-edizzjoni qed titmexxa minn tim kollaborattiv magħmul minn Yanis Azzopardi, Daniel Cauchi u Rodney Gauci. It-tliet Diretturi Artistiċi jġibu perspettivi differen- ti li flimkien jgħinu biex jinħoloq programm aktar varjat. "L-udjenza ta' Notte Bianca hija unika għaliex l-avveniment jilqa' gosti u ġeneri artistiċi differenti ħafna. Irridu nżommu l-pro- gramm aċċessibbli, filwaqt li nof- fru wkoll lill-pubbliku l-opportu- nità jiskopri xogħlijiet u esperjenzi li forsi normalment ma jesperjen- zax," qalu d-Diretturi Artistiċi. Il-Belt Valletta stess se tkun parti integrali mill-esperjenza. Din is-sena, il-programm huwa ispirat mit-toroq, il-palazzi, il-kunventi u l-ispazji storiċi tal-Belt. "Spettaklu jista' jieħu tifsira kompletament differenti skont fejn tiġi ppreżentata. Il-Belt Valletta tagħtina l-opportunità naħsbu fir-relazzjoni bejn ix-xogħol, l-is- pazju u l-udjenza. Il-Belt stess issir parti minn Notte Bianca," żiedu jgħidu. L-artisti jibqgħu fil-qalba tal-av- veniment għal din l-edizzjoni. Notte Bianca toffrilhom spazju biex joħolqu, jesperimentaw u jip- preżentaw xogħol maħsub apposta għal din il-lejla u għall-udjenza tagħha. "Nixtiequ li l-artisti jaraw lil Notte Bianca bħala opportunità biex joħolqu u jesperimentaw, u biex iġibu quddiem il-pubbli- ku l-ideat u l-identità kreattiva tagħhom f 'kuntest uniku bħal dan," temm jgħid it-tim tad-Direz- zjoni Artistika Notte Bianca hija organizzata minn Festivals Malta bis-sapport tal-Ministeru għall-Kultura u Wirt Nazzjonali b'kollaborazzjoni ma' Vibe FM, Coca Cola u European Heritage Days. Għal aktar informazzjoni u għall-programm sħiħ żuru www. festivals.mt/nb u l-pjattaformi ta' Notte Bianca fuq Facebook u Instagram. Ritratt:-Elisa von Brockdorff

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026