Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554
13 arti u kultura IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Is-Siġġiewi jiċċelebra l-wirt agrikolu tiegħu f 'Festa Għeneb 2026 L-iktar lokalità li tipproduċi għen- eb f 'Malta, b'iktar minn 530,000 metru kwadru ta' dwieli, qed terġa' torganizza avveniment tant mistenni li jiċċelebra l-produzz- joni ta' din il-frotta u l-prodotti li joħorġu minnha. Matul is-snin, l-art għammie- la tas-Siġġiewi u l-idejn beżlin tas-Siġġiwin għaġnu din it-tradizzjo- ni qawwija ta' dwieli, għeneb u nbid f 'dan ir-raħal. U għaldaqstant, dawn il-bdiewa u produtturi tal-għeneb u l-inbid se jingħaqdu sewwasew fi Pjazza San Nikola sabiex jesebixxu l-prodott tagħhom nhar is-Sibt 12 ta' Settembru filgħaxija. Il-pubbliku Malti flimkien mat-tu- rist li jżur artna se jkun jista' jduq l-għeneb li jiġi kkultivat f 'pajjiżna; kemm dak ta' razez indiġeni kif ukoll dawk barranin. Ma jistax jonqos li s-Siġġiewi jiċċelebra wkoll l-inbid li b'tant sengħa jiġi prodott anke fir-raħal stess. Se tkun lejla ta' tradizzjoni Maltija fejn wieħed jista' jsib ikel tradizzjonali Malti, inbid Malti, kompetizzjoni tal-inbid, wirja ta' għodod agrikoli u karoz- zi klassiċi, żona għat-tfal, żona ta' folklor u spettaklu ta' kant u żfin fost l-oħrajn. Fi spirtu umoristiku, se jkun hemm sessjonijiet Fil-Kċina mas-Sindku, fejn is-Sindku se jkun qed jipprepara diversi platti ma' persuni prominenti fis-Siġġiewi. Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, se jkun hemm żona ta' degustazzjo- ni tal-inbid fejn wieħed jista' jduq diversi tipi ta' nbejjed magħmulin minn produtturi ewlenin f 'Malta. Fi spirtu ta' inklużjoni, se jkun hemm Quiet Room fiċ-Ċentru Ċiviku għal dawk it-tfal li jinsabu fuq l-ispettru tan-newrodiverġenza,. Din l-attività qed tiġi organizza- ta mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi b'appoġġ tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali u tar-Reġjun Punent. Id-dħul minn din l-attività se jmur b'risq id- Dar tal-Providenza. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-inbid jist- għu jirreġistraw fiċ-Ċentru Ċiviku tas-Siġġiewi. Din hi kompetizzjoni għal dawk li jipproduċu nbid fi kwantitajiet żgħar fid-djar tagħhom. Għal iktar informazzjoni segwu l-paġna https://www.facebook.com/ festagheneb

