MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Ħaley Xuereb tagħti ħarsa lejn il-ġabra ta' novelli ta' Lara Calleja, Kissirtu Kullimkien. Dan il-ktieb ilaqqa' lil Xuereb ma' riflessjonijiet dwar is-sabiħ li hawn madwarna, imma anki dwar kemm das-sabiħ għandu lil sieħbu dejjem ħdejh – it-telfien tas- sabiħ, u l-akkwist tal-ikrah madwarna, kullimkien. L-ikrah ma jistax isir normali Din il-ġimgħa rajt ħafna kummenti fuq Facebook u l-bqija li donnhom qed iħossu frammentazzjoni u għeja u tort-ta'-min-iżmu – hux fuq amb- jent, hux fuq ġuri, hux fuq is-sħana u l-qtugħ tad-dawl. Ħafna mill-frażijiet fakkruni fit-titlu tal-ktieb ta' Lara Calleja li kont ilni biex naqra – Kissir- tu Kullimkien (pubblikazzjoni ta' Merlin Publishers). Il-ktieb jibda biex jakkuża lilna kollha. Kissirtu. Vera li intom kissirtu; imma ħafna mill-aħna parti minn dan il-pro- nom mehmuż li juri l-intom. U lil dan il-ktieb żgħir, ta' madwar tmenin paġna, forsi jaf taħsbu verżjoni inqas infaldata u lamentuża ta' Rajt Malta Tinbidel. Jaf taħsbu ktieb maħkum mill-pessimiżmu. Jew il-famuża 'indannat'. Imma mill-ew- wel paġna tara, iżjed minn kollox, li hu ktieb onest. Li Calleja mhijiex tilbes żraben kbar wisq għaliha imma qed tikteb li tħoss. Il-karba tiegħu, iżjed mill-ideal negat- tiv, joħroġ fil-lessiku magħżul. Calleja tagħżel li torqom billi ma torqomx diskorsha, u ma tippruvax tinstema' onomatopeikament pulita. Mhux se toqgħod tinħeba wara sebagħha biex turi lejn fejn ixxaqleb. (Kos, jekk tkun qed ixxaqleb lejn l-ideal 'tajjeb' – ċjoè kontra r-rażan fil-flus u fil-bini u l-ispekulazzjoni, il-bias jeżisti? Ċertament mhux difett). Tiddedikah lill-Moviment Graffitti. Mal-ktieb, Calleja konxja ħafna li qed tikteb u toħloq. Infatti, ħin minnhom tindirizza lill-qarrejja. Donnha tegħ- ja tinseġ għax l-insiġ tal-istejjer diġà qegħdin madwarna. ĦAĦ, tgħidilna. Xi ppretendejtu? Li jkun hemm happy ending? Forsi Kissirtu Kullimkien hu ktieb li sitt snin wara li ħareġ – anki meta ħareġ – jaf waqa' fi klixè. Għax ħafna mill-ħsibijiet naħsbuhom aħna wkoll. Iva, qed nifgaw fil-bini, iva, qed nitilfu l-karatteristika tar-raħal, iva, il-biskut- telli u l-ottijiet jaf jiġu estinti l-ġimgħa d-dieħla. Imma ktieb bħal dan, ideal- ment, ma kellux jaqa' fi klixè. Ma kellux jibqa' jiggrava fil-verità tiegħu. Il-ktieb ta' Calleja huwa d-djarju per- fett li jiffotografa mument minn ħafna ta' xi tħoss żagħżugħa Maltija li qed tara 'l gżiritha tinbidel b'mod mgħaġġel, u li timpenja ruħha biex tinbidel għall-aħjar. L-interess tagħha qiegħed fil-kontra- dizzjonijiet ta' żagħżugħa li tqis lilha nnifisha bħala emanċipata, moderna u progressiva, u xorta trid tħabbat wiċċha mal-preġudizzji u l-limitazzjonijiet li ġġorr magħha s-soċjetà li trabbiet fiha. Ta' awtriċi li ma tridx li n-normali jsir l-ikrah, li l-ikrah isir normali. Anki l-ismijiet tal-karattri jridu jgħid- ulna xi ħaġa. Fransina. Ġulja. Ismijiet li diġà fihom ċerta Malta. Qabel ma nafu eżattament min huma dawn in-nies, l-is- mijiet tagħhom jgħidulna xi ħaġa dwar id-dinja li fiha Calleja qed tpoġġihom. Ir-relazzjonijiet umani jibqgħu jitfaċċaw minn storja għal oħra. Wara li t-tanġibbli jitkisser, Calleja tibda titfagħlek quddiemek xi ħaġa li minkejja li titkisser faċilment, ma ddubx: il-mod kif in-nies jibqgħu jintrabtu ma' xulx- in. Waqt li kollox qed jinkiser, waqt li intom qegħdin tkissru, aħna l-bnedmin għadna nafu kif inkunu bnedmin, qed nibnu xi ħaġa sabiħa bejnietna. Madankollu, ma naħsibx li Kissirtu Kullimkien għandu stejjer li, letterarja- ment, jibqgħu miegħek għax huma kom- pletament ġodda. Xi wħud mill-istejjer u s-sitwazzjonijiet tiegħu jidhru familjari. Kultant tħoss li qrajt xi ħaġa simili qa- bel, jew li rajtha tiġri quddiemek, fit-triq ta' tfulitek. Donnu jirnexxi iżjed bħala ġabra ta' kuxjenza kollettiva Maltija, milli bħala ġabra ta' stejjer. U forsi ma kellhiex għalfejn. Il-letteratura, wara kollox, ma tistax tibqa' dejjem tiktbilna dwar is-sabiħ li tiekol panina bil-ħobż biż-żejt ħdejn il- baħar. Jekk il-letteratura hija, tal-inqas parzjalment, rifless ta' dak li qed ngħixu, allura għandha wkoll taqbdilna ħadde- jna u ddawrilna wiċċna meta ma jkunx wieħed sabiħ. Naħseb li Kissirtu Kullimkien ma ju- rix Malta li qed titlef is-sbuħija tagħha. Sens ta' telf taf issibu jdur anki waqt is-seba' snin tal-ġid. Imma li s-sbuħija hija dejjem marbuta ma' xi ħaġa li tista' tintilef. Is-sbuħija mhijiex stat perma- nenti. Hija xi ħaġa li tiġi esperjenzata, imbagħad tinbidel, imbagħad tisparixxi. U meta tinbidel id-dinja ta' madwarna, jinbidel ukoll il-mod kif niftakruha. U inti u taqra taf tasal għal xi ħaġa aktar interessanti mill-kritika tas-sol- tu tal-iżvilupp u l-bini. Għax dak li jinteressana mhuwiex biss x'għamilna lill-ambjent. Huwa x'jiġri lilna meta nbiddlu l-ambjent li fih ġejna ffurmati. Tasal għal nies li ġew maħtufa mill-amb- jent tagħhom, impoġġija 'l barra post ieħor, biex minflok jitla' l-ikrah, u jkollhom jieħdu s-sbuħija li dawrithom post ieħor. Aħna, sa ċertu punt, dak li hemm madwarna. U jekk dak kollu li hemm madwarna jibda jinbidel, x'jiġri mill-memorja tagħna? X'jiġri mill-iden- tità tagħna? X'jiġri mill-mod kif nagħrfu lil xulxin? Kissirtu Kullimkien ipoġġilek dan kollu f 'faċċata wara l-oħra. Ipoġġihom quddiemek, storja wara storja, wiċċ wara wiċċ. U jibqa' relevanti. Għax il-bniedem jibqa' jfittex fejn jista' jsib is-sbuħija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026