Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554
analiżi IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 04 Għaddew 25 sena minn waħda mill-aktar ġranet trawmatiċi fl-istorja moderna. Fil-11 ta' Settembru 2001 filgħodu, erba' ajruplani kummerċjali nħatfu minn 19-il terrorist tal-al-Qaeda u ntużaw bħala armi kontra l-Istati Uniti. Fi it sigħat, il-World Trade Center ġewwa New York kien inbidel f 'muntanja ta' nar u trab, il-Pentagon kien intlaqat u ajruplan ieħor kien waqa' f 'għalqa f 'Pennsylvania wara li l-passiġġieri ppruvaw jaħtfu lura l-kontroll minn idejn it-terroristi. Kważi 3,000 persuna minn 90 pajjiż inqatlu fl-attakki. Iżda l-vera dimensjoni tal-11 ta' Settembru ma setgħetx titkejjel biss bin-numru tal-vittmi. Dakinhar biddel il-politika internazzjonali, il-gwerer, is-sigurtà, il-vjaġġar bl-ajru, il-lib- ertajiet ċivili u anke l-mod kif il-Punent kien iħares lejn it-theddida tat-terroriżmu. Għal ġenerazzjoni sħiħa, id-dinja ta' qabel il-11 ta' Settembru tidher qisha era oħra. Kienet għodwa sabiħa ta' Settembru, u r-residenti ta' New York kienu qed jibdew ġurnata oħra ta' xogħol. Fid-8:46 a.m. American Airlines Flight 11 daħal fit-Torri tat-Tramuntana tal-World Trade Center. Għall-ewwel, ħafna ma fehmux x'kien ġara. Kien hemm min ħaseb li kien inċident traġiku. Imbagħad, fid-9:03 a.m. United Air- lines Flight 175 daħal fit-Torri tan-Nofsinhar. Issa ma kienx hemm iktar dubji: New York kienet taħt attakk. Fid-9:37 a.m. American Airlines Flight 77 daħal fil-Pentagon, qrib Washington. U fl-10:03 a.m. United Airlines Flight 93 waqa' qrib Shanksville, Pennsylvania, wara li l-passiġġieri u l-ekwipaġġ, li kienu saru jafu b'dak li kien qed jiġri fi New York u Washing- ton, ippruvaw jikkumbattu lill-hijackers. It-Torri tan-Nofsinhar waqa' fid-9:59 a.m. It-Torri tat-Tramuntana waqa' fl-10:28 a.m. F'dawk il-minuti, Manhattan inbidlet f 'xe- na katastrofika, kważi post-Apokalittika. Eluf ta' nies kienu għadhom ġewwa t-torrijiet. Oħrajn kienu qed jippruvaw jinżlu t-taraġ. Pulizija, pumpiera u ħaddiema tas-salvataġġ daħlu fit-torrijiet waqt li oħrajn kienu qed jippruvaw joħorġu. Il-mewt ma ġietx biss immedjatament. Eluf ta' first responders u ħaddiema li ħadmu fuq Ground Zero fis-snin ta' wara ġew espos- ti għal trab u sustanzi tossiċi. 25 sena wara, il-programmi tas-saħħa relatati mal-11 ta' Settembru għadhom qed jittrattaw għexieren ta' eluf ta' nies b'mard marbut mal-espożizz- joni tagħhom. Min kien wara l-attakki? L-attakki twettqu minn 19-il memb- ru tal-al-Qaeda, in-network terroristiku mmexxi minn Osama bin Laden. Il-grupp kien diġà magħruf mill-awtorita- jiet Amerikani. L-al-Qaeda kienet responsab- bli għal sensiela ta' attakki u kompliet tibni network internazzjonali ta' militanti, b'bażi ewlenija fl-Afganistan taħt il-protezzjoni tar- reġim Taliban. Il-hijackers kienu ġew imħarrġa u pprepa- rati għal missjoni li kellha tkun differenti minn attakki terroristiċi preċedenti. Din ma kinitx sempliċement kwistjoni ta' bomba jew ta' hijacking tradizzjonali bil-għan li jsir negozjar. L-ajruplani nfushom kellhom isiru l-armi. L-għan kien simboliku daqskemm kien fiżiku: il-World Trade Center kien simbolu tal-qawwa ekonomika Amerikana; il-Pen- tagon kien simbolu tal-qawwa militari; u Washington kienet il-qalba tal-poter politiku. Il-konsegwenza kienet xokk globali. Id-dinja ngħaqdet wara l-Amerka Fl-ewwel jiem wara l-attakki, kien hemm sens straordinarju ta' solidarjetà internazz- jonali mal-Istati Uniti. Il-President George W. Bush iddikjara li l-Amerka kienet se tiġġieled kontra dawk re- sponsabbli. Iżda l-appoġġ ma ġiex biss minn alleati tradizzjonali. Pajjiżi madwar id-dinja kkundannaw l-attakki u offrew koperazzjoni fl-intelligence, fil-pulizija u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. L-aktar sinjal qawwi ta' din is-solidarjetà ġie min-NATO. Fit-12 ta' Settembru 2001, l-Alleanza invokat għall-ewwel u, sal-lum, l-unika darba fl-istorja tagħha l-prinċipju tal-Artikolu 5: attakk fuq membru wieħed jitqies bħala attakk fuq l-alleanza kollha. Il-Gran Brittanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u pajjiżi oħra Ewropej ingħaqdu fl-isforz Amerikan. L-Afganistan: l-ewwel gwerra Il-mira inizjali kienet ċara: l-al-Qaeda u r-reġim li kien qed jagħtiha kenn. Ftit ġimgħat wara l-attakki, l-Istati Uniti u l-alleati tagħha nedew operazzjoni militari fl-Afganistan. L-għan kien li jinqered il-bażi tal-al-Qaeda u jitwaqqa' r-reġim Taliban li kien qed joffri kenn lil Osama bin Laden u l-organizzazzjoni tiegħu. In-NATO tgħid li din kienet l-ewwel operazzjoni tagħha barra miż-żona Ewro-Atlantika u li l-gwer- ra fl-Afganistan kellha rwol fundamentali fit-trasformazzjoni tal-Alleanza wara l-11 ta' Settembru. Ir-reġim Taliban waqa' malajr. Iżda l-gwer- ra ma spiċċatx. Dak li kellu jkun kampanja kontra net- work terroristiku evolva f 'kunflitt twil 20 sena. Il-forzi Amerikani u alleati ppruvaw jibnu istituzzjonijiet ġodda, armata u gvern Afgan, filwaqt li l-insurġenza Taliban reġgħet kibret. Fl-2011, l-Istati Uniti rnexxielha toqtol lil Osama bin Laden f 'operazzjoni f 'Abbot- tabad, fil-Pakistan. Għal ħafna Amerikani, dan kien mument ta' vendetta u ta' għeluq simboliku. Iżda ma kienx it-tmiem tal-gwerra. Fl-2021, wara 20 sena ta' preżenza militari Amerikana, il-forzi tal-Istati Uniti telqu mill-Afganistan. It-tluq kien kaotiku u t-Taliban reġgħu ħadu l-kontroll tal-pajjiż minnufih. Fit-30 ta' Awwissu 2021, l-Istati Uniti ħabbret li kienet temmet l-evakwazz- joni u neħħiet il-forzi kollha tagħha mill-Af- ganistan. U mbagħad ġie l-Iraq L-aktar kontroversjali mill-konsegwenzi tal-11 ta' Settembru kienet il-gwerra fl-Iraq. Fl-2003, l-Istati Uniti u alleati invadew l-Iraq u waqqgħu lil Saddam Hussein. L-argumenti ewlenin kienu relatati mal-allegati armi ta' qerda massiva u r-riskju li r-reġim Iraqi kien theddida għas-sigurtà internazzjonali. Iżda l-Iraq ma kienx responsabbli għall-11 ta' Settembru. Ir-Rapport tal-Kummissjoni 9/11 sab li ma kienx hemm evidenza konvinċenti li l-Iraq kien ippjana jew wettaq l-attakki. Il-kummis- sjoni sabet li kien hemm kuntatti bejn uffiċ- jali Iraqin u membri tal-al-Qaeda, iżda ma sabitx evidenza li dawn evolvew f 'relazzjoni operattiva għall-kollaborazzjoni fit-twettiq ta' attakki kontra l-Istati Uniti. Il-gwerra fl-Iraq għalhekk saret wieħed mill-akbar eżempji ta' kif il-11 ta' Settembru estenda l-konfini tal-"War on Terror". Il-waqgħa ta' Saddam ħolqot vojt politiku u ta' sigurtà li wassal għal snin ta' vjolenza settarja u insurġenza. Aktar tard, mill-kaos tal-Iraq u l-gwerra fis-Sirja, kiber l-Istat Iżlamiku, magħruf bħala ISIS. Il-grupp spiċċa jikkontrolla territorju, jid- dikjara "kalifat" u jwettaq attakki terroristiċi fi bliet Ewropej u f 'partijiet oħra tad-dinja. B'hekk, ironikament, il-gwerra li kienet Il-ġurnata meta d-dinja nbidlet: 25

