MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

F l-aħħar ġimgħat, kemm ilha li bdiet il-leġiżlatura l-ġdida tal-Partit Laburista fil-gvern, komplejt nikteb dwar l-isfidi ekonomiċi li rridu naffaċċjaw għax-xhur u s-snin li ġejjin. Tliet sfidi li nara li l-Gvern irid jiffoka b'mod immedjat fuqhom u li jeħtieġ li naċċelleraw il-pjanijiet għalihom, huma l-isfidi tat-tibdil fil-klima, il-provediment tal-akko- modazzjoni affordabbli u l-prez- zijiet u l-investimenti fl-enerġija alternattiva. It-tibdil fil-klima Qed insemmi dan kollu għaliex waħda torbot mal-oħra. Ejja nieħdu l-kwistjoni tat-tibdil fil-klima. Dan hu suġġett għal qalbi għax naħdem fih min-naħa tal-industrija bankarja. L-Unjoni Ewropea għandha l-ħsieb li tibqa' tinvesti f 'das-settur, anke jekk tara l-mod ta' kif qegħdin jagħġnu u jfasslu l-baġit Ewropew għas-seba' snin li ġejjin. Anke jekk ir-rapport ta' Mario Draghi jgħid li hemm bżonn naċċelleraw il-kompetit- tività Ewropea, it-tibdil fil-klima xorta waħda se jibqa' sfida. Kif naraha jien, waħda ma tesk- ludix lill-oħra għax nistgħu nużaw it-teknoloġija sabiex nagħmlu dan. Però l-mod ta' kif inkitbu l-liġi- jiet u l-iskrutinju li jrid isir marbut mat-tibdil fil-klima, ma jħallix lok għall-kompetizzjoni. Dan minħabba li fuq naħa għandek problema li l-ekonomiji Ewropej mhux sejrin tajjeb, allura ma tistax tissodisfa affarijiet oħra lil hinn mill-bażiku qabel tħares lejn kompetittività. Imbagħad hemm problema oħra, jiġifieri l-mod kif inkitbu tali liġijiet jista' jkun iwaħħlu kollox! It-tibdil fil-klima hu magħna. Ngħidu x'ngħidu se jibqa' magħna. U għalkemm nistgħu nirrevedu it il-liġijiet sabiex naċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika jekk mhux se nagħmluh b'mod globali, l-effetti fiżiċi tal-klima fuq il-kosti u ż-żoni urbani tagħna se jkunu katastrofiċi. L-akkomodazzjoni affordabbli Dan jorbot ukoll mal-fatt li jekk se jkollna żoni li huma restritti b'impatt ta' riskju akbar ta' tibdil fil-klima, se tkompli tkun qed tagħfas fuqna l-isfida ta' provedi- ment u prezzijiet fl-akkomodazz- joni. Ilkoll nafu li għandna sitwazzjo- ni fejn l-akkomodazzjoni se tkun sfida, mhux biss għal Malta imma wkoll għall-Ewropa. Il-prezzijiet m'għadhomx li kienu, u saru wkoll sfida minħab- ba li kien hawn ħafna spekulazzjo- ni mhux biss ta' bini, imma wkoll ta' akkomodazzjoni li tinkera kemm għat-turisti u anke kirjiet oħrajn. Sfida li tiġi wkoll mill- mudell tal-avjazzjoni minħabba titjiriet bi spejjeż minimi u pjat- taformi diġitali li għamluha aktar faċli għal kulħadd biex isiefer u jsib akkomodazzjoni f 'apparta- ment, minflok f 'lukanda. Hi sfida li rridu nħarsu lejha b'mod wiesgħa u anke fuq livell Ewropew. Nemmen li l-programm elettorali li ppreżenta l-Partit La- burista se jkun qed iwettaq miżuri biex itaffu it minn din il-press- joni, li kultant toħnoq lil ċertu gruppi tas-soċjetà. Enerġija rinovabbli b'investimenti Ewropej Apparti dan kollu, nemmen li rridu mmorru ukoll għal-livell li jmiss mhux biss lokalment imma wkoll fuq livell Ewropew. Li jkollok enerġija aktar nadifa għandha effett doppju, kemm minħabba s-saħħa – għax tnaqqas l-emissjonijiet u anke għax tim- mitiga t-tibdil fil-klima. Nara li hi kwistjoni li trid tittieħed bis-serjetà fuq livell Ewropew u tkun avvanzata b'mod li pajjiżi żgħar bħal tagħna ikunu megħjuna fl-implimentazzjoni tagħha. Dan anke permezz ta' fondi Ewropej flimkien mal- Bank Ewropew tal-Investiment, filwaqt li jidħlu investituri sabiex jipprovdu kemm il-kapital u anke l-investiment, minħabba ir-riskju u anke l-ispejjeż. Pajjiżna jrid ikompli jinvesti f 'din l-infrastruttura jekk irid jasal biex jagħmel tajjeb għan-numru ta' turisti li għandna u anke n-nies li għandna jgħixu hawnhekk, kemm b'mod staġjonali u anke permanenti. Il-pajjiż irid kontinwament jibqa' jinvesti sabiex nilħqu livell ta' eċċellenza u nkunu aktar at- traenti u kompetittivi ma' pajjiżi kompetituri tagħna. Is-sussidji tad-dawl u l-ilma u anke l-fuel taw stabbilità matul is-snin ta' kemm ilu jmexxi Gvern Laburista. Grazzi għal dan il-pass, in-negozji setgħu jippjanaw, il-konsumaturi irnexx- ielhom jallokaw baġits personali u għalhekk l-ekonomija baqgħet għaddejja għal kulħadd. Il-pass li jmiss hu li flimkien bħala Unjoni Ewropea, u mhux biss bħala Malta, naraw u niden- tifikaw kif se nkunu qed nimpli- mentaw tali proġetti. Biex dan kollu li ktibt dwaru hawn iseħħ hemm bżonn ta' per- jodu tranżitorju. Ngħidu x'ngħidu u ntawlu kemm intawlu rridu nżommu f 'moħħna li jekk mhux se nkunu qed naħdmu b'mod li dal-perjodu nfassluh, f 'qafas eżistenti tal-Viżjoni Malta 2050, ikollna problema sabiex 'il quddi- em nikkompetu ma' pajjiżi oħra. L-ekonomiji Ewropej se jkunu tilfu diċennju ta' tkabbir ekono- miku, liema tkabbir se jkun qed itellef ġenerazzjonijiet minn prosperità ekonomika. Ma nist- għux ngħidu l-istess f 'Malta, għax l-ekonomija marret tajjeb, mhux biss wara l-pandemija, imma anke waqt il-kwistjoni kollha tal-għoli tal-ħajja li kienet għaddejja waqt il-gwerra tal-Ukrajna u magħha l-gwerra fl-Iran. Din wasslet għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija li għamel tajjeb għaliha l-Gvern Malti bis-sussidji li ta matul is- snin. Il-pass li jmiss hu li nindirizzaw b'mod dirett dawn it-tliet aspetti ħalli nkomplu nwettqu, mhux biss il-manifest elettorali li ppreżenta l-Partit Laburista lill-elettorat fl-aħħar elezzjoni, imma wkoll ġustizzja soċjali ma' min ma jistax ilaħħaq fil-kuntest il-ġdid tas- swieq ħielsa li nħaddnu llum. opinjoni illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 09 Deputat tal-Partit Laburista CLINT AZZOPARDI FLORES "Li jkollok enerġija aktar nadifa għandha effett doppju, kemm minħabba s-saħħa – għax tnaqqas l-emissjonijiet u anke għax timmitiga t-tibdil fil-klima" Sfidi li rridu nindirizzaw Il-pajjiż irid kontinwament jibqa' jinvesti sabiex nilħqu livell ta' eċċellenza

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026