Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554
www.illum.com.mt NRU 1029 €1.50 IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 PAĠNI 4-5 Il-ġurnata meta d-dinja nbidlet: 25 sena mill-11 ta' Settembru 2001 ARA PAĠNA 7 IKOMPLI F' PAĠNA 3 Il-prosekuzzjoni tista' tikkontesta l-verdett ta' 8–1 li rat lil Yorgen Fenech meħlus minn kull akkuża, iżda ma tistax titlob lill-Qorti tal- Appell terġa' tkun ġurija L-ASSASSINJU TA' DAPHNE ĦA JIBQA' MAGĦNA SAL- ELEZZJONI LI ĠEJJA Osservaturi politiċi li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu li l-assassinju ta' Daphne, id- dibattitu u l-kontroversja tal-qtil makabru tagħha, u l-involviment ta' personalitajiet magħrufa fil-Partit Laburista ħa tibqa' t-tema ċentrali fil- politika lokali. Dak li ġara fil-ġuri, jiġifieri l-ħelsien minn kull akkuża tan-negozjant Yorgen Fenech, wassal biex ibiddel id-direz- zjoni u l-istrateġija tal-politika Nazzjonalista. Filwaqt li din setgħet kienet problema fi żmien Adrian Delia u Bernard Grech, il-kuntest ta' din il-ġlieda politika għandu għalfejn jinkwieta lil Robert Abela. Qabel, l-osservaturi politiċi, qalu li l-każ ta' Daphne serva bħala mażżra m'għonq il-PN, imma llum, taħt Alex Borg, il-każ ta' Daphne ħa jservi biex l-ewwel nett jgħaqqad ħafna gruppi flimkien u anke żgħażagħ kontra l-Partit La- burista. Wisq aktar importanti, il-Kap Nazzjonalista Alex Borg ħa jipprova jbigħ in-narrattiva li l-każ ta' Daphne jista' jingħalaq biss b'bidla fil-gvern. Dawn l-istess osservaturi qalu li filwaqt li Daphne li nqatlet disa' snin ilu, kienet persuna diviżiva mal-pubbliku Malti, il-fatt li verdett fil-konfront ta' Yorgen Fenech kien tant xokkanti u mhux mistenni, ħa jservi biex jerġgħu jinfetħu feriti antiki. U jqajjem il-mistoqsija fost in-nies għalfejn il-Gvern La- burista taħt Robert Abela ma kienx kapaċi jsolvi u jaffronta din il-pjaga nazzjonali. Feriti li jindikaw b'mod qa- wwi l-korda umbikali li kienet teżisti bejn Kastilja u Yorgen Fenech. B'mod speċjali s-sehem ta' Keith Schembri l-Eks Kap tas-Segretarjat ta' Joseph Mus- cat, kif ukoll Muscat innifsu. Ma ninsewx ukoll il-fatt li Robert Abela dakinhar kien membru tal-kabinett u konsu- lent ta' Muscat. Yorgen Fenech ġie lliberat mill-ġurija b'vot ta' 8–1 fuq iż- żewġ akkużi marbuta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-prosekuzzjoni għandha d-dritt tappella, iżda l-appell kontra liberazzjoni għandu limiti ferm aktar stretti minn appell ta' persuna kkundannata. L-Istat irid juri li kien hemm żball legali manifest jew irregolarità gravi fil-proċess li setgħet affettwat il-verdett. Il-Qorti tal-Appell ma tistax sempliċement terġa' tevalwa l-provi jew tissostitwixxi l-verdett tal-ġurija. Jekk l-appell jirnexxi, wieħed mill-eżiti possibbli huwa proċess ġdid, iżda mhux kundanna awtomatika ta' Fenech. L-appell kontra l-ħelsien ta' Yorgen Fenech B'verdett li ra lil Yorgen Fenech meħlus mill-akkużi ta' nvolviment fl-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-ballun issa f'saqajn Robert Abela Osservaturi politiċi kienu jinsistu li l-każ ta' Daphne serva bħala mażżra m'għonq il-PN, imma llum, ħa jservi biex l-ewwel nett jgħaqqad ħafna gruppi flimkien u anke żgħażagħ kontra l-Partit Laburista
