Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783
07 analiżi illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 fatali tal-2026 s' issa 27 sena li kienet miegħu korriet gravi. Lulju: xahar ikkaratterizzat minn sensiela ta' mwiet Fit-3 ta' Lulju, żagħżugħ Spanjol ta' 18-il sena miet f 'San Ġiljan wara li waqa' għoli ta' madwar erba' sulari. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fl-10 ta' Lulju, raġel ta' 76 sena tilef ħajtu f 'Ta' Sannat, Għawdex, wara li waqa' minn sellum u spiċċa f 'bitħa interna diversi sulari aktar 'l isfel. Ftit jiem wara, fl-14 ta' Lulju, żewġ persuni nstabu mejta f 'karoz- za pparkjata f 'garaxx f 'Marsaskala. Il-vittmi kienu Ryan Spiteri, ta' 47 sena, u Jessica Camilleri, ta' 41 sena. L-awtopsji stabbilew li t-tnejn mietu b'avvelenament aċċidentali bil-monossidu tal-karbonju. Il- Pulizija eskludiet l-involviment ta' terzi persuni. Fil-15 ta' Lulju, ħaddiem Niġerjan ta' 40 sena li kien jgħix Birżebbuġa miet wara li waqgħet fuqu kwantità ta' madum f 'maħżen fi Triq il-Wied, Ħal Qormi. Jumejn wara, raġel ta' 74 sena mill-Mellieħa tilef ħajtu meta nqa- bad bejn trakk u gaffa mekkanika waqt li kien qed iniżżel il-mak- kinarju. Fid-19 ta' Lulju, Nadab John, ġuvni ta' 15-il sena mill-Pakistan li kien jgħix ix-Xgħajra, miet wara li sab ruħu f 'diffikultà waqt li kien qed jgħum. Persuni li kienu fuq il-post tellgħuh mill-baħar u bdew jagħtuh l-ewwel għajnuna, iżda huwa miet it wara li ttieħed l-isptar. Fis-26 ta' Lulju, Gregory O'Brien ta' 43 sena u ibnu Logan ta' ħames snin, residenti San Pawl il-Baħar, tilfu ħajjithom f 'inċident traġiku fil-baħar fil-Bajja tal-Ġnejna. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1am, meta d-dinghy żgħir li kienu fuqu ntlaqat minn dgħajsa tas-sajd misjuqa minn raġel ta' 43 sena mir-Rabat. Ftit tal-ħin qabel, il-missier u ibnu kienu niżlu fuq id-dinghy minn dgħajsa akbar li kienet ankrata 'l barra mill-bajja. Wara li ngħata l-allarm, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew operazzjoni ta' tfittxija u it wara sabu liż-żewġ vittmi mejta fil-baħar. Id-dinghy ġarrab ħsarat estensivi, filwaqt li kemm dan kif ukoll id-dgħajsa tas-sajd ġew elevati mill-awtoritajiet bħala parti mill-investigazzjoni. Awtopsja li saret l-għada kkonkludiet li l-missier u ibnu mietu wara li ntlaqtu mill-iskrejjen tad-dgħajsa, u ġarrbu ġrieħi fatali f 'rashom, moħħhom, għonqhom u sidirhom. Dwar il-każ infetħet inkjes- ta mmexxija mill-Maġistrat Joe Mifsud, filwaqt li l-Pulizija komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom. Transport Malta kienet ukoll qed teżamina jekk kwistjoni- jiet marbuta mas-sigurtà tan-nav- igazzjoni setgħux ikkontribwew għall-ħabta. Awwissu: minn persuni li nstabu mejta għall-ewwel omiċidju tas-sena Id-9 ta' Awwissu ġab miegħu tmiem traġiku għal tfittxija għal Eusebio Abela, ta' 57 sena. Wara li ġie rrappurtat nieqes, huwa nstab mejjet f 'għalqa fil-limiti ta' Bulebel. Il-Pulizija qalet li kienet qed teskludi l-involviment ta' terzi persuni. L-għada, fl-10 ta' Awwissu, Redeemer Grima, bugħaddas ta' 41 sena mir-Rabat, miet waqt li kien qed jagħmel xogħol fil-baħar qrib il-Gżejjer ta' San Pawl. Huwa ttella' l-art mill-Forzi Armati fil-moll ta' Buġibba iżda ġie ċċertifikat mejjet it wara. Fil-11 ta' Awwissu, Mohammed Abdul Jawad, ta' 27 sena, tilef ħajtu wara ħabta bejn it-trakk li kien qed isuq u trailer fi Triq Ħandaq, il-Qormi. Erbat ijiem wara, fil-15 ta' Awwissu, Malta rreġistrat dak li ġie rrappurtat bħala l-ewwel omiċidju tas-sena. Charlotte Zammit, ta' 44 sena mix-Xgħajra, instabet mejta f 'kamra tas-sodda f 'residenza f 'Ħaż-Żabbar wara li, allegatament, sparalha. Roderick Azzopardi, ta' 42 sena, ġie arrestat fuq il-post u aktar tard tressaq il-Qorti akkużat b'rabta mal-qtil tagħha, fejn wieġeb mhux ħati. Fl-24 ta' Awwissu, tfittxija oħra għal persuna nieqsa ntemmet fi traġedja. Susan Mary Borg instabet mejta f 'għalqa qrib Triq in-Nixxiegħa, il-Mellieħa, wara li kienet ġiet irrappurtata nieqsa. Il-Pulizija qalet li kienet qed teskludi l-involviment ta' terzi persuni. Fid-29 ta' Awwissu, bugħaddas Ukren ta' 48 sena ttella' mejjet mill-baħar wara li kellu problema waqt li kien qed jogħdos 'il barra minn Tas-Sliema. Investigazzjoniji- et preliminari indikaw li seta' sofra problema medika waqt li kien qed jogħdos. L-għada, fit-30 ta' Awwissu, Kelly Caruana, ta' 18-il sena, mietet Mater Dei wara li l-kundizzjoni tagħha marret għall-agħar b'riżultat ta' inċident tat-traffiku f 'Ħal Qormi li kien seħħ fil-21 ta' Awwissu. Settembru: żewġ fatilitajiet fit-toroq, traġedja fil-baħar u t-tieni omiċidju Fit-8 ta' Settembru, Francesco Brincat, żagħżugħ ta' 26 sena mill-Marsa, tilef ħajtu f 'inċident tat-traffiku li involva tliet vetturi fi Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. Brincat kien qed isuq Mazda De- mio li nqalbet mal-impatt. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Tlett ijiem wara, fil-11 ta' Settem- bru, Sebastian Schembri, ta' 34 sena minn Bormla, tilef ħajtu f 'inċident ieħor tat-traffiku fi Triq Ħal Far, il-Gudja. Schembri kien qed isuq mutur meta kien involut f 'ħabta ma' trakk. Minkejja l-assistenza medi- ka, huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. Fid-19 ta' Settembru, turist Ingliż ta' 59 sena miet f 'inċident waqt parasailing 'il barra minn San Ġiljan. Ir-raġel u mara ta' 60 sena waqgħu fil-baħar wara li nqalgħet problema minħabba r-riħ. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet, filwaqt li l-mara ttieħdet l-isptar bi ġrieħi gravi. Erbat ijiem biss wara waslet l-aħbar ta' traġedja oħra. Fit-23 ta' Settembru, Miriam Az- zopardi, ta' 48 sena, instabet mejta f 'għalqa fi Triq is-Salib tal-Marsa. Wara l-awtopsja, il-Pulizija bdiet tittratta l-mewt tagħha bħala omiċidju, it-tieni wieħed irrappur- tat fil-pajjiż din is-sena. Ħajjiet li ntemmu għal għarrieda Wara kull wieħed minn dawn il-każijiet hemm ċirkostanzi dif- ferenti. Uħud kienu omiċidji. Oħrajn kienu inċidenti tat-traffiku jew fuq il-post tax-xogħol. Oħrajn til- fu ħajjithom fil-baħar, f 'waqgħat jew f 'inċidenti li ħadd ma seta' jbassar. Kien hemm ukoll dawk il-każi- jiet fejn l-ewwel aħbar ma kinitx dwar kif persuna mietet, iżda sempliċement li persuna kienet instabet mejta — f 'għalqa, fil-baħar jew f 'residenza — biex wara beda l-proċess tal-investigazzjoni biex jiġi stabbilit x'kien ġara. F'diversi każijiet, il-Pulizija eskludiet l-involviment ta' terzi persuni. F'oħrajn, inkjesti maġister- jali u investigazzjonijiet baqgħu għaddejjin biex jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi eżatti. Iżda lil hinn mill-mod kif seħħet kull traġedja, ir-riżultat baqa' l-istess: persuna li ħarġet mid-dar u ma reġgħetx lura, familja li tilfet lil xi ħadd għal għarrieda, u komunità li sabet ruħha quddiem aħbar oħra ta' ħajja mitlufa. U hekk, għalkemm jonqos it aktar minn tliet xhur biex tintemm is-sena, l-ewwel disa' xhur tas-sena diġà ħallew warajhom sensiela twila ta' traġedji li mmarkaw familji madwar Malta u Għawdex. Raġel ta' 76 sena tilef ħajtu f 'Ħal Qormi wara li ġġarraf ħajt li kien jagħmel parti minn residenza privata fi Triq Farsina Gregory O'Brien ta' 43 sena u ibnu Logan ta' ħames snin tilfu ħajjithom f 'inċident traġiku fil-baħar fil- Bajja tal-Ġnejna

