MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt H emm diverġenzi u differen- zi aktar evidenti fil-Gvern ta' Robert Abela. Minn naħa hemm prim ministru li jkompli jibni l-politika tiegħu fuq ottimiżmu, wegħdiet, benefiċċji u għajnuna diretta lill-familji u lill-ħaddiema. Min-naħa l-oħra għandna l-Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana, li qed iwissi b'mod dejjem aktar ċar li l-kaxxa tal-Istat mhix bla qiegħ u li l-infiq ma jistax jibqa' jiżdied mingħajr kontroll. Il-kontroversja dwar is-Super Bonus ta' €1,000 hija l-aktar eżempju riċenti. Din kienet waħda mill-wegħdiet ewlenin tal-Labour għall-elezzjoni tal-2026, iżda Caruana issa qed jirriuta li jikkonferma li se titħallas fil-Baġit li jmiss. Qal li mandat elettorali jdum ħames snin u li "kollox għandu ż-żmien tiegħu", filwaqt li insista li l-prijorità għandha tkun il-protezzjoni tal-finanzi pubbliċi u s-sussidji tal-enerġija. Caruana jagħmel argument importanti: is-sussidji jiswew il-flus. Ħafna flus. Skont id-dokument ta' qabel il-Baġit, is-sussidji fuq l-enerġija u l-ikel huma mistennija jilħqu €391.7 miljun fl-2026 u madwar €400 miljun fl-2027. Fl-aħħar ħames snin, skont il-Ministeru għall-Finanzi, intefqu €1.35 biljun fuq sussidji tal-enerġija. Imma Caruana huwa parti mill-istess Gvern li kompla jwiegħed aktar. U l-politika tal-"b'xejn" jew tas-sussidju mhix xi ħaġa ġdida. Il-Gvern introduċa childcare b'xejn għall-ġenituri li jaħdmu jew jistudjaw; trasport pubbliku b'xejn għal ċittadini u residenti b'Tallinja Card; u trasport skolastiku b'xejn, li llum iservi eluf ta' studenti mill-iskejjel tal-gvern u dawk privati fuq aktar minn 980 rotta kuljum. Ma' dawn hemm breakfast clubs, in- work benefits, żidiet fl-allowance tat-tfal, tnaqqis fit-taxxa u, fuq kollox, is-sussidji fuq il-fuel u l-elettriku. Fil-Baġit 2026 stess, Caruana fakkar li l-miżuri tal-Gvern favur il-familji bit-tfal waħedhom kienu jiswew madwar €160 miljun fis-sena. Ħafna minn dawn il-miżuri għandhom għanijiet soċjali leġittimi u benefiċċji konkreti. Il-kwistjoni mhix jekk familja għandhiex tiġi megħjuna. Il-kwistjoni hija kemm jista' l-Istat jibqa' jħallas, lil min, u għal kemm żmien. Abela jirriuta li jikkonsidra means testing bħala prinċipju għall-għajnuna pubblika. Il-kwistjoni mhijiex jekk għandniex ngħinu lil min jinsab f 'diffikultà. Naturalment għandna. Il-mistoqsija hija jekk huwiex raġonevoli li l-Istat jagħti l-istess benefiċċju lil min għandu bżonnu u lil min għandu dħul u ġid biżżejjed biex ma jkollux bżonnu. Means testing ma jfissirx li l-għajnuna soċjali titneħħa. Jista' jfisser li r-riżorsi pubbliċi jiġu mmirati aktar lejn dawk li għandhom l-akbar bżonn, filwaqt li jitnaqqas il-piż fuq il-finanzi tal-pajjiż. Jekk il-Gvern jemmen li l-universalità hija l-aħjar politika, għandu jispjega wkoll lill-pubbliku għaliex dan il-mudell huwa finanzjarjament sostenibbli fit-tul. Caruana jwissi dwar il-prezz tas-sussidji u l-freebies, iżda fl-istess waqt huwa parti minn Gvern li jiddefendihom u jirriuta anke li jiaħ diskussjoni serja dwar jekk ċerti benefiċċji għandhomx ikunu mmirati skont il-mezzi finanzjarji ta' min jirċevihom. Abela, min-naħa tiegħu, ma jistax ikompli jwiegħed kollox u mbagħad iħalli lill-Ministru tal-Finanzi jispjega għaliex mhux kollox jista' jitħallas. Il-pajjiż għandu bżonn politika li tgħaqqad għajnuna soċjali ma' sostenibbiltà finanzjarja. Mhux wegħda wara wegħda, u lanqas twissija wara twissija. F'dan kollu, il-kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ukoll għandu rwol importanti. Jekk il- PN irid ikun alternattiva ta' Gvern, għandu jkun ċar mal-elettorat: liema sussidji jżomm, liema jibdel, liema jnaqqas u kif se jħallas għalihom. Borg diġà qal li s-sussidji fuq il-fuel u l-enerġija huma kruċjali, iżda talab ukoll trasparenza dwar minn fejn se jinqatgħu l-ispejjeż. Issa wasal iż-żmien għal aktar minn kritika. Wasal iż-żmien li Abela, Caruana u Borg ikunu onesti dwar il-prezz tal-politika li jipproponu. Għax fl-aħħar mill-aħħar, xejn mhu tassew b'xejn. Xi ħadd dejjem iħallas għalih. Żewġ messaġġi, gvern wieħed

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026