MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti The Rocky Horror Show f 'Dar il-Mediterran Iċċelebra Halloween f 'Dar il- Mediterran għall-Konferenzi din is-sena ma' e Rocky Horror Show! Għall-Halloween ta' din is-se- na, Dar il-Mediterran għall-Kon- ferenzi (MCC) se jilqa' waħda mill-aktar esperjenzi ikoniċi u kultistiċi tat-teatru mużikali, hekk kif il-palk jittrasforma fis- sett ta' e Rocky Horror Show fit-30 u l-31 ta' Ottubru u fl-1 ta' Novembru 2026. Produzzjoni ta' Arthaus u Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC), l-ispettaklu jiġbor flimk- ien kast Malti ta' artisti stabbiliti, band live ta' ħames mużiċisti u tim kreattiv estensiv għal musical rock 'n' roll leġġendarju ta' Richard O'Brien. Din il-pro- duzzjoni ssegwi żewġ musicals oħra li Arthaus ipproduċiet: e Addams Family fl-MCC fl-2020 u Chicago fil-Hilton Malta fl-2023. Bi tħejjija għall-ispettaklu, għadd ta' personalitajiet magħżu- la ġew mistiedna wara l-kwinti għal preview esklussiv, fejn in- għataw l-ewwel ħarsa lejn il-kast bil-kostumi u l-makeup komplu- ti, kif ukoll togħma tal-mużika, il-kummiedja u d-dinja mill-is- baħ u stravaganti li l-udjenzi jist- għu jistennew dan il-Halloween. Fost dawk preżenti kien hemm Henry Galea, Miriana Conte, Destiny, Muxu u Gaia, li flimk- ien ma' mistednin oħra daħlu fl-ispirtu tal-okkażjoni bl-ilbies tagħhom u saħansitra ngħaqdu mal-kast biex jitgħallmu ż-żifna ikonika ta' Time Warp. Fit-tmexxija artistika tal-pro- duzzjoni hemm id-Direttriċi Lucienne Camilleri, filwaqt li Ryan Paul Abela, Direttur Artis- tiku tal-MCC, qed iservi wkoll bħala Direttur Mużikali, u Amy Caruana Dingli bħala Koreogra- fu. Tim kreattiv estensiv, li jkopri l-kostumi, il-makeup u x-xagħar, qed jagħti l-ħajja lid-dinja viżiva tant distintiva ta' Rocky Horror. Għal Stefania Grech Vella, Production Manager u Costume Designer, wieħed mill-elementi li l-aktar spikka f 'din il-produzz- joni huwa l-livell ta' impenn u ambizzjoni li qed jintwera mill-kumpanija. "Dak li laqatni l-aktar f 'din il-produzzjoni huwa l-impenn tal-kumpanija kollha. Hemm għatx ġenwin għall-perfezzjoni, kemm fost dawk li qegħdin fuq il-palk, kif ukoll fost dawk li qed jaħdmu wara l-kwinti, u qed jidħ- lu f 'livell inkredibbli ta' dettall. Kulħadd qed jaħdem lejn l-istess għan: li nagħmlu din il-produzz- joni l-aqwa li tista' tkun." Fuq quddiem tal-kast insi- bu lil Joseph Zammit bħala Dr Frank-N-Furter, flimkien ma' Cliff Zammit Stevens bħala Brad, Talitha Dimech bħala Janet, David Ellul bħala Rocky, Neil Cutajar bħala Eddie u Dr Scott, Stephen Oliver bħala n-Narratur, Bettina Mattocks bħala Magenta, Bertha Farrugia bħala Columbia u Francesca Scerri bħala l-Ush- erette. Magħhom jingħaqdu 11-il Phantom, li jkomplu jiffurmaw il-kumpanija. Ryan Paul Abela jgħid li "Rocky Horror huwa mimli enerġi- ja, b'mużika rock 'n' roll u bla kompromessi. Għandna mużiċisti mill-aqwa jdoqqu live fuq il-palk u koreografija b'saħħitha li kollha jingħaqdu flimkien biex joħolqu spettaklu mimli ħajja." Aktar minn sempliċement musical Għal dawk li qatt ma esper- jenzaw e Rocky Horror Show live, din mhijiex serata teatrali bħall-oħrajn. Il-parteċipazzjoni tal-udjen- za saret parti mit-tradizzjoni tal-ispettaklu madwar id-din- ja, u l-udjenzi Maltin qed jiġu mħeġġa jingħaqdu fl-esperjenza: jilbsu għall-okkażjoni, jitgħallmu l-movimenti famużi tat-Time Warp u jgħajtu l-callbacks popo- lari lill-kast matul l-ispettaklu. Qabel il-preview tal-bieraħ, Arthaus organizzat workshop pubbliku bla ħlas għal dawk li diġà kellhom biljett għall-ispet- taklu, u l-35 post disponibbli nħatfu f 'sagħtejn biss. Dawk li attendew ħadu sehem f 'ħid- ma fuq xeni mill-produzzjoni u f 'workshop dwar il-makeup teatrali, flimkien ma' sessjoni ta' għarfien dwar is-saħħa sesswali u workshop dwar il-callbacks tal-udjenza li huma parti minn din l-esperjenza ta' Rocky Horror daqstant unika u distintiva. Għal Samantha Corrieri Dela, President ta' Arthaus, dawn il-workshops pubbliċi bla ħlas huma estensjoni importanti tal-ħidma tal-organizzazzjoni lil hinn mill-palk. "Ridna niħu parti mill-es- perjenza ta' Rocky Horror għall-pubbliku u nagħtu lin-nies l-opportunità li jkunu parti min- nha b'mod differenti. F'Arthaus nemmnu li l-arti tista' tkun punt tat-tluq biex in-nies jiskopru dak li kapaċi jagħmlu, jitgħallmu minn xulxin u joħolqu kon- nessjonijiet. Dan il-workshop kien opportunità biex l-udjen- za jippruvaw xi ħaġa ġdida u jesperjenzaw il-ferħ li tkun parti mill-proċess teatrali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026