MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti It-Teatru Manoel iniedi l-istaġun 2026-27 b'70 avveniment u produzzjoni It-Teatru Manoel nieda uffiċjalmet l-istaġun 2026-27 tiegħu, bi programm li jinkludi 70 avveniment u produzzjoni. Mill-opra u l-mużika klassika sat-teatru, il-musicals, iż-żfin u spettakli għall- udjenzi żgħażagħ, l-istaġun ilaqqa' artisti Maltin u internazzjonali fit- Teatru Nazzjonali ta' Malta. Fost il-produzzjonijiet ewlenin hemm Little Shop of Horrors, ippreżentata minn Masquerade Theatre Compa- ny, Salomé ta' Oscar Wilde u kunċert iddedikat lil Maria Callas. Il-programm tal-opra jinkludi Giulio Cesare in Egitto ta' Handel u Roméo et Juliette ta' Gounod. L-udjenzi jistgħu jistennew ukoll il-kunċert tal-ftuħ tal-istaġun tad- De Valette Chamber Orchestra, wirjiet mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta u ŻfinMalta, kif ukoll avvenimenti mill-Valletta Baroque Festival, il-Malta Spring Festival u l-Malta International Arts Festival. Il-programm se jittella' fl-Awditorju Prinċipali, fl-Istudio Theatre u fis-Sala Isouard. Dawn l-ispazji jilqgħu produzz- jonijiet fuq skala kbira, spettakli intimi u kunċerti. L-istaġun ikompli l-impenn tat-Teatru Manoel li jippreżenta xogħli- jiet ġodda filwaqt li jieħu ħsieb teatru li ilu jilqa' l-udjenzi għal kważi tliet sekli. Huwa u jilqa' l-istaġun il-ġdid, Malcolm Paul Agius Galea, Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazz- jonali, qal li "s-saħħa ta' istituzzjoni kulturali ma titkejjilx biss mill-istorja li tippreserva, iżda wkoll mill-kapaċità tagħha li tibqa' rilevanti għan-nies tal-lum u li tispira lil dawk li se jsawru l-kultura ta' għada." Michael Grech, Chairman tat-Teatru Manoel, semma li "bħala t-Teatru Naz- zjonali ta' Malta, aħna kburin li nip- preżentaw programm li jlaqqa' flimkien artisti lokali u internazzjonali ta' livell eċċezzjonali, filwaqt li jrawwem id-dj- alogu, il-kollaborazzjoni u l-iskambju kulturali. Daqstant importanti huwa l-impenn tagħna li nappoġġaw it-tal- ent Malti u li noħolqu opportunitajiet kemm għall-artisti emerġenti kif ukoll għall-udjenzi." Edward Zammit, Kap Eżekuttiv tat-Teatru Manoel, innota li "kull żjara fit-Teatru Manoel hija laqgħa ma' monument ħaj, fejn il-wirt u l-kreat- tività jeżistu id f 'id. Bħala kustodji ta' wieħed mill-eqdem teatri li għadhom attivi fl-Ewropa, aħna impenjati li nip- preservaw dan il-legat notevoli filwaqt li niżguraw li jkompli jispira l-ġenerazz- jonijiet futuri." Adrian Mamo, Direttur Artistiku tat-Teatru Manoel, żied jgħid li "dan l-istaġun jiċċelebra r-rikkezza u d-diver- sità tal-arti tal-ispettaklu, billi jgħaqqad flimkien l-opra, il-musicals, il-pan- tomima, iż-żfin, il-mużika klassika u t-teatru, kemm bil-Malti kif ukoll bl-In- gliż. Minbarra l-produzzjonijiet tagħna stess, aħna kburin li nospitaw wirjiet mill-Valletta Baroque Festival, il-Malta Arts Festival u l-Malta Spring Festival." TOI TOI, il-programm ta' Tagħlim u Parteċipazzjoni tat-teatru, jirritorna b'disa' produzzjonijiet li se jerġgħu jit- tellgħu u erba' xogħlijiet ġodda: Jingle!, Wara l-Mewġ, Home Invasion u Għadna Żgħar. Il-programm jinkludi wkoll Alice in Theatreland!, l-ewwel pantomima tal-Għid tat-Teatru Manoel, u kollabo- razzjoni ġdida mal-kumpanija teatrali Rhum+Clay fuq adattamenti ta' The War of the Worlds u Mistero Buffo. Kate Fenech Field, Maniġer ta' TOI TOI, enfasizzat li "dan l-istaġun qed inniedu wkoll proġett ġdid dwar il-be- nesseri, bl-isem simpatiku ta' BOP!, li jlaqqa' lin-nies flimkien permezz tal- ferħ tal-moviment u mużika mill-aqwa. Fuq il-palk prinċipali, TOI TOI jip- preżenta l-ewwel Panto tal-Għid tiegħu, Alice in Theatreland!" Il-programm sħiħ tal-istaġun u l-aħħar informazzjoni dwar l-ispettakli jinsabu fuq www.teatrumanoel.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026