MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum 06 'Fil-każ tax-Xewkija, flok qassis, JAELLE BORG Minn fejn ġiek l-interess fuq dawn l-affarijiet paranormali? Prattikament, tul iż-żmien rajt tliet UFOs u kelli tliet esperjenzi differenti ta' UFOs. Għedt, "Ma jistax ikun li jien biss; żgur li hawn xi ħadd ieħor." Bdejt naħdem fuq xi ħaġa, bdejt naqra it, imbagħad bdejt naħdem fuq dokumentar- ju dwar UFOs, il-konnessjoni tagħhom mar-reliġjon u mal-par- anormal ukoll, primarjament biex neduka lin-nies. Imbagħad iltqajt mal-ħabib tiegħi Marco u ma' Keith u, tipo, bdejna l-podcast flimkien. U fuq dak li ġara fix-Xewkija, meta smajt x'kien ġara, x'kienet l-ewwel ħaġa li ġiet f'moħħok? Il-post għandi diversi stejjer fuqu. Primarjament, jien m'għandix esperjenza personali hemmhekk. Jiġifieri, il-post nafu, imma l-par- anormal jaħdem b'mod differenti ħafna milli jaħsbu n-nies. Jien ma kkummentajt xejn għax ma rridx noħloq problema lis-sidien tal-post. Bħalma rajna, kien hemm min tefa' post jgħidu li jistgħu jfit- txu n-nies li jitfgħu ċerti kummen- ti, għax inti tista' titlef il-business minħabba f 'hekk. Imma bħala post, jista' jkun hemm xi ħaġa li tqanqal il-paranormal. Il-paranor- mal mhuwiex kif jaħsbu n-nies; huwa ħafna aktar kumpless. Issa, mingħajr ma nidħlu fil-każ speċifiku, nafu li ġie rrappurtat li allegatament raw persuna b'wiċċ abjad, mingħajr għajnejn u ħalq, jekk m'iniex sejra żball. Din hija xi deskrizzjoni li forsi ġieli smajt f'rakkonti oħra, jew hemm xi isem għaliha? Hemm dawk li jsejħulhom ta' "wiċċ abjad". Insibuha anke f 'ċerti kitbiet fil-kulturi tal-Lvant. Isibu- hom bħala 'jinn', li mhuwiex ruħ jew xi ħaġa oħra, imma entità li tokkupa l-istess spazju li nkunu fih aħna. Għalihom, il-ħin mhuwiex lineari bħal tagħna. Aħna nħarsu lejn il-ħin bħala xi ħaġa li timxi 'l quddiem, imma huma jistgħu jimxu lura jew 'il quddiem. Jiġifieri, qegħdin sempliċement jokkupaw dik id-dimensjoni, dak l-ispazju. U qalu wkoll li kien hemm xi oġġetti jiċċaqalqu, bibien jinfetħu u jingħalqu u affarijiet bħal dawn. Il-fenomenu tal-poltergeist, ġen- eralment meta jkun hemm alien abduction, alien experience, jew xi ħadd ikollu esperjenza ta' hitchhik- er. Hitchhiker huwa meta inti tmur xi mkien u ġġorr xi ħaġa miegħek. Ġeneralment jibda bil-ħsejjes, jew b'boċċi qishom jaqgħu, tapping, bibien jingħalqu, jew inkella b'misplaced items. Jiġifieri, ikollok oġġett, tqiegħdu xi mkien, im- bagħad tibda tfittex fejn qiegħed u ssibu xi mkien ieħor. Ġeneralment jibda hekk. Għalhekk aħna ngħidu li l-fenomenu huwa trickster, għax ikun qiegħed jinganna. Issa, hemm ukoll affarijiet li għal ħafna nies jistgħu jidhru paranormali iżda jista' jkollhom spjegazzjoni pjuttost sempliċi, medika jew xjentifika. Jista' jkun. Jista' jkun li l-każ kien break-in, xi ħadd daħal fuqhom. Għax l-ewwel darba li smajt li f 'dan il-post il-persuna kienet f 'kuntatt dirett ma' din l-entità u bdiet issab- batha fuq is-sodda, dik kienet l-ew- wel darba li smajt xi ħaġa bħal din. Jiena kelli esperjenzi oħra ta' nies li ltaqgħu ma' entità. Primarjament kelli esperjenza fejn persuna telgħet it-taraġ, ħasbet li kien hemm tifel ieħor u qaltlu, "Ejja nilagħbu," u qeleb lill-persuna t-taraġ. U hemm xi kategorija għal dawn it-tip ta' spirti? Ħafna nies jgħidulhom spirti ħżiena, jew spirti ddisprati? Aħna li nsegwu u nistudjaw dan is-suġġett nafu li dawn l-affari- jiet li qed nagħmlu interaction magħhom mhumiex erwieħ ta' nies mejtin. Għax jekk tistudja, il-kuxjenza tal-bniedem mhijiex local, hija non-local. Jiġifieri mhijiex qiegħda ġo fina; qisha live stream minn xi mkien, biex forsi n-nies jimu- ha. Aħna qegħdin f 'ekosistema. Bħalma darba ma konniex naraw il-mikrobi u llum sirna nafu bihom, xi 100 jew 150 sena ilu, din tista' tkun realtà li fil-mument ma nistgħux nosservawha. Nistgħu nesperjenzawha. Bħal meta jkollok tesseract li dan jekk titfgħu fid-dawl u tara d-dell tiegħu, tkun qed tara d-dell tal- fourth dimension. Jiġifieri tkun qed tara xi ħaġa lil hinn minn dak li normalment nistgħu naraw. Il-bniedem dejjem qed jiskopri u jimxi 'l quddiem. Dan is-suġġett huwa importanti. "Flok bagħtu l-qassis, jien kont nibgħat xjentist. Għax jekk verament kien hemm xi ħaġa paranormali, il-paranormal se jħalli indikazzjoni ta' xi ħaġa. Issa jekk hux impatt radjuattiv jew xi evidenza oħra, ix-xjenza tista' ssibha." F' intervista ma' din il-gazzetta wara dak li ġara fix-Xewkija, Sayan Cassar qal li każijiet bħal dawn għandhom jiġu investigati b'mod xjentifiku, filwaqt li sostna li fenomeni mhux spjegati jistgħu jħallu indikazzjonijiet li jistgħu jiġu eżaminati minn esperti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026