MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 analiżi illum • IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 qassis, kont nibgħat xjentist' Il-problema hi li n-nies joħduh biċ-ċajt jew jgħidu li ma jeżisti xej, iżda llum il-ġurnata qed naraw li anke l-gvern Amerikan qed jinvesti u ilu jinvesti snin, u qed joħroġ informazzjoni. Issa anke l-Unjoni Ewropea — li ħafna nies ma jafux — qed tistudja dan is-suġġett. Iżda l-biża' huwa fatt magħruf li jista' jinfluwenza dak li wieħed jaħseb li ra jew sema'. Pereżempju, tkun fi grupp u wieħed min-nies jgħidlek, "Rajt dak?" u xi nies ibiddlu l-perċezzjoni tagħhom biex jaqblu ma' dak li qal li ra. Kif twieġeb għal din il-kritika? Jista' jkun mass hysteria. Ġen- eralment, min ikun esperjenza din il-ħaġa joqgħod lura milli jitkellem, għax mhux kulħadd se jimu u mhux kulħadd jgħaddi minn din l-esperjenza. Din l-esperjenza hija unika għal kulħadd. Jiġifieri, jekk jien esperjenzajtha b'ċertu mod, mhux bilfors inti tesperjenzaha bl-istess mod. Inti jista' jkollok esperjenza aktar profonda milli kelli jien, jew jien jista' jkolli kuntatt aktar dirett. Hemm ħafna affarijiet f 'dan is-suġġett. Ma tistax taqbad ħaġa waħda u tgħid, "Din setgħet ġrat hekk jew hekk." Irid ikollok il-pro- vi. Ir-ritratti mhumiex biżżejjed. Imbagħad għandek il-problema tal-mass hysteria. Jista' jkun li n-nies ma jarawx l-istess oġġett. Jista' jkun hemm l-evidenza u n-nies xorta ma jarawx l-istess oġġett. Jiġifieri hemm ħafna fatturi f 'dan is-suġġett li trid tinvestiga u trid tidħol fil-fond fihom, biex tkun taf ukoll il-persuna minn xiex għaddiet. Inti smajt ħafna każijiet. X'jagħmel storja waħda aktar kredibbli minn oħra li tkun smajt? Ċerti fatturi li jien ma ngħid- homx fil-podcast, u n-nies isemmuhom huma stess. Jiġifieri ġieli nagħti it informazzjoni. Pereżempju, din tal-ħoss tal-boċċi jew il-ħoss tal-katina ġieli semme- jthom. Dan l-aħħar, pereżempju, ik- kuntattjatni ħabiba tiegħi li kellha esperjenza meta kienet żgħira u rrakkontathieli. Il-mod kif tirrak- kontaha, id-dettall u hekk, jagħtik ċerta informazzjoni. Imbagħad inti tista' tqabbilha ma' affarijiet oħra li għandek. Mhijiex prova li l-istorja hija kredibbli, imma tara pattern. U hemm xi storja jew esperjenza li smajt li baqgħet miegħek? Hemm ħafna; impossibbli tagħżel waħda. Imma, pereżempju, hemm l-esperjenza ta' Ċettina li kienet fil-podcast tiegħi. Għax mhux sempliċement ġratilha darba; baqgħet tul ħajjitha kollha tesperjenza l-paranormal. Dik waħda minnhom. Imbagħad għandi esperjenza ta' qarib tiegħi li, għalija, kellu alien encounter. In-nies ma jassoċjawx l-aljeni u l-UFOs mal-paranormal, u dik hija problema kbira, għax l-istudju juri li hemm plasmoids li jistgħu jkunu dan it-tip ta' paranor- mal li nesperjenzaw. Bejn l-ispirti, iħirsa eċċ. … hemm xi distinzjoni? Dawn li jmorru jippruvaw jaqbdu l-erwieħ fuq sweep radio, fuq ċertu apparat u affarijiet oħra li normalment insibuhom f 'idejn in- nies — b'dak m'int se taqbad xejn. Dik waħda. Jiġifieri, jekk xi ħadd imur jip- prova jaqbad ruħ ta' xi ħadd, aħna ngħidu li dik ma teżistix. Huwa impossibbli li jkollok komunikazz- joni ma' xi ħadd li miet. Hemm mezzi oħra, bħal out-of- body experience u affarijiet oħra, li permezz tagħhom tista' tikkomu- nika mal-mejtin, imma mhux b'dan it-tip ta' mod. Imbagħad, biex nibdew nikkat- egorizzaw, għandek dawk li aħna nsejħulhom il-jinn. Il-jinn hija entità li tieħu forom differenti. Pereżempju, fil-kultura Iżlamika hemm min jemmen li meta wieħed jidħol f 'kamra għandu jgħid ċerti kliem biex jipproteġi ruħu mill- jinn. Għan-nies tagħna jista' jkun "il- ħares", il-kelma Maltija. Għandna l-jinn, għandna dawk li jsejħulhom shadow people. Hemm ħafna enti- tajiet differenti. Però t-teorija hija li hemm ħafna affarijiet differenti li qed jaħdmu għal għan wieħed. Jiġifieri, hemm ħafna entitajiet u ħafna affarijiet li jidhru li qed jaħdmu lejn għan wieħed, bħallikieku għandhom aġenda. Qed nitkellmu fuq xi ħaġa li għandha ħafna branches. Tidħol fil-kuxjenza, tidħol f 'kollox, u qi- sha tiffidja mill-biża', mill-imħabba u minn affarijiet oħra. Konna qed nitkellmu fuq dak li ġara Għawdex. Għawdex huwa magħruf għal dawn l-istejjer. Taħseb li verament Għawdex hemm aktar minn dawn l-affarijiet hemmhekk, jew taħseb li l-folklor Malti jaffettwa dak li naħsbu dwar Għawdex? Għawdex għandna l-aqwa video ta' UFO, minn qabel l-era tad- drones. F'Għajnsielem. Jiġifieri, jekk tfittxu, qiegħed fuq YouTube. Għandna wieħed mill-aqwa videos ta' UFO f 'forma ta' trianglu. Jiġifieri hemm xi ħaġa. Issa, x'jista' jkun hemm? Ġeneralment il-paranormal ikun attratt lejn ir-radjuattività, fejn ikun hemm radon u affarijiet oħra li jarmu radjuattività. Bħal meta n-naħla tiġi attratta lejn il-ura minħabba l-pollen, jis- ta' jkun hemm xi impatt radjuattiv. Allura, flok bagħtu l-qassis, jien kont nibgħat xjentist. Għax jekk verament kien hemm xi ħaġa paranormali, il-paranormal se jħalli indikazzjoni ta' xi ħaġa. Issa jekk hux impatt radjuattiv jew xi evidenza oħra, ix-xjenza tista' ssibha. Imma qassis mhux se jsibha. U ma taħdimx kif jaħsbu n-nies, jiġifieri li titlob, tqanqalha u titlaq minn hemm. Hija ħafna differenti. Dawn il-UFOs li semmejt xi jkunu eżatt? Issa hemm ħafna kategoriji dif- ferenti ta' UFOs. Mill-informazz- joni li ħarġet dan l-aħħar, hemm teoriji li jgħidu li dawk li jsuqu t-Tic Tacs huma reptilians, dawk li jsuqu l-boomerangs huma oħrajn, u hemm dawk li jidhru bħalna. Hemm ħafna teoriji differenti. Imbagħad għandek il-plasmoids. Il-plasmoids, milli jidher, nistgħu nikkomunikaw magħhom. Aħna ppruvajna xi għaxar darbiet u minn għaxar darbiet irnexxielna xi ħames darbiet narawhom, u ffilmjajniehom ukoll. Fl-aħħar nett, għal dawk in-nies li forsi jgħidu li dawn kollha stejjer jew kollha immaġinazzjoni, x'inhu l-messaġġ tiegħek? Ilna minn żmien il-bidu tal- bniedem naraw nies jesperjenzaw dawn l-affarijiet. Jiġifieri, dak li kienu jesperjenzaw in-nies qabel, għadna nesperjenzawh illum. Illum għandna aktar teknoloġija u aktar mezzi biex nistudjawhom. L-Unjoni Ewropea qed taħdem fuq xi ħaġa li Malta mhijiex inkluża fiha. Bħalissa hija bejn il-pajjiżi l-kbar biss, u hija ħasra għax aħna għandna volum kbir ta' esperjenzi paranormali hawnhekk. U nħeġġeġ lill-Gvern Malti biex jibda jħares lejn dan. Pereżempju, il-Pulizija jew l-armata jingħataw sett ta' linji gwida biex, jekk jil- taqgħu ma' xi ħaġa bħal din, ikunu jistgħu jikkomunikaw ma' xjentisti jew nies oħra li jkunu jistgħu jiden- tifikaw jekk kinitx xi ħaġa reali jew jekk kienx hemm xi spjegazzjoni oħra. "Jista' jkun li l-każ kien break-in, xi ħadd daħal fuqhom. Għax l-ewwel darba li smajt li f 'dan il-post il- persuna kienet f 'kuntatt dirett ma' din l-entità u bdiet issabbatha fuq is-sodda, dik kienet l-ewwel darba li smajt xi ħaġa bħal din."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026