MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2026 • illum analiżi X'jiġri waqt lockdown investigation f 'lokalità msaħħra? Paranormal Malta jispjegaw il-proċess Wara li Malta Paranormal esprimew ir-rieda li, jekk ikun irid is-sid, iwettqu dak li jissejjaħ "lockdown in- vestigation" fil-farmhouse tax-Xewkija li dwarha fl-aħħar jiem saru diversi allegazzjoni- jiet ta' attività mhux tas-sol- tu, il-gazzetta tkellmet ma' Charlot Sammut, fundatur ta' Malta Paranormal u lead investigator, biex tifhem aħjar fiex tikkonsisti investigazzjoni ta' dan it-tip. Sammut saħaq li l-offerta tagħhom ma tfissirx li qed jagħmlu pressjoni fuq is-sidien tal-proprjetà, iżda li kwalunkwe investigazzjoni ssir biss jekk is-sid jagħti l-kunsens tiegħu minn jeddu. Jekk jingħata l-permess, l-ewwel pass ikun dak li Sam- mut isejjaħlu "pre-investiga- tion". F'din il-fażi, it-tim idur mal-proprjetà, jara kif inhi mqassma u jeżamina l-post qabel ma tiġi stabbilita ġurnata għall-investigazzjoni proprja. Huwa spjega li jissejjaħ "lockdown" għaliex, idealment, matul l-investigazzjoni l-post jingħalaq u fih jibqa' biss it-tim involut. Madankollu, is-sid jista' jibqa' preżenti magħhom jekk ikun jixtieq, u żied li kien hemm każijiet fejn is-sidien xtaqu li jkunu preżenti. Waqt l-investigazzjoni, waħda mill-kmamar normalment tintuża bħala bażi fejn jinżamm l-apparat, filwaqt li f 'partijiet differenti tal-binja jitpoġġew cameras, CCTV, recorders u sensors maħsuba biex jirreġis- traw moviment jew bidliet fl-ambjent. Sammut spjega li l-investig- aturi jistaqsu mistoqsijiet fil- kmamar u jħallu wkoll perjodi ta' silenzju waqt li l-apparat tal-awdjo jibqa' jirrekordja. Skontu, dan isir għaliex xi drabi ħsejjes li ma jiġux innutati minn dawk preżenti fil-post jistgħu jinstemgħu aktar tard meta jiġi analizzat ir-recording. It-tim juża wkoll diversi ap- parati oħra bbażati fuq sensors. Sammut għamilha ċara wkoll li Malta Paranormal ma jużawx Ouija boards. Huwa qal li l-grupp huwa parti minn E.P.A.S, European Paranormal activity socie- ty, organizzazzjoni Ewropea fil-qasam, filwaqt li f 'investi- gazzjonijiet f 'Għawdex jaħdem flimkien ma' Gozo Paranormal Investigation. "Ix-xogħol veru jibda wara" Sammut qal li, għalkemm l-in- vestigazzjoni fil-post tista' ddum lejl sħiħ, ħafna mix-xogħol jibda wara li titlesta l-investigazzjoni. Il-filmati u r-recordings jerġgħu jiġu eżaminati fid-det- tall, xi drabi diversi drabi, biex jiġi stabbilit jekk xi ħoss, moviment jew avveniment jistax ikollu spjegazzjoni ordinarja. "Gieli naraw footage 30 darba," qal Sammut, filwaqt li spjega li l-awdjo jiġi analizzat sepa- ratament biex jiġu identifikati ħsejjes jew kliem li setgħu ma nstemgħux dak il-ħin. Huwa qal li mhux kull inves- tigazzjoni twassal għal xi sejba. F'xi każijiet jistgħu jqattgħu lejl sħiħ f 'post mingħajr ma jiġri xejn li jqisu mhux tas-soltu, filwaqt li f 'postijiet oħra jkunu marru lura diversi drabi. Fost l-eżempji li semma kien hemm investigazzjoniji- et f 'Selmun, fejn qal li marru lura ħafna drabi iżda kien biss f 'numru żgħir ta' okkażjoniji- et li rreġistraw xi moviment li qajmilhom mistoqsijiet. Riċerka dwar l-istorja tal-post Qabel investigazzjoni, Sam- mut qal li t-tim jipprova jiġbor kemm jista' jkun informazzjoni dwar l-istorja tal-binja, fosthom mingħand is-sid u permezz ta' riċerka f 'sorsi bħall-gazzetti. F'każ ta' proprjetajiet aktar ġodda, ir-riċerka tista' tkun limitata, għalkemm xorta jsir tentattiv biex ikun magħruf x'kien hemm fil-post qabel. Meta jiġi identifikat xi filmat jew recording li jqajjem dubji, Sammut qal li ma jiġix ippub- blikat mill-ewwel. Minflok, it-tim jipprova l-ewwel jeskludi spjegazzjonijiet oħra possibbli u, fejn meħtieġ, jibgħat partijiet mill-materjal lil persuni oħra fi ħdan LIPAS biex jagħtu l-fehma tagħhom dwar dak li jkun inqabad. Esperjenzi f 'Malta u barra Mistoqsi dwar uħud mill-ak- tar esperjenzi li baqgħu f 'moħħu, Sammut semma każ f 'Selmun fejn, skontu, kamera qabdet dak li deher qisu persu- na għaddejja. Semma wkoll esperjenza waqt laqgħa ta' E.P.A.S fl-Ingil- terra, fejn qal li bieb warajhom deher li ġie mbuttat mingħajr ma setgħu jidentifikaw min- nufih min jew x'kien ikkawża l-moviment. Sammut qal li ilu involut f 'dan it-tip ta' investigazzjonijiet għal madwar 16-il sena. X'ġibidlu l-attenzjoni fil-każ tax-Xewkija? Dwar il-farmhouse tax-Xewkija, Sammut qal li mingħajr investigazzjoni fuq il-post ma jistax jasal għal konklużjoni dwar x'jista' jkun qed jiġri. Madankollu, fost l-allegazz- jonijiet irrappurtati s'issa, qal li ġibidlu l-attenzjoni b'mod partikolari rapporti ta' persuna li allegatament ħasset li ġiet imbuttata fuq sodda, kif ukoll ta' forn li jingħad li nfetaħ u ngħalaq waħdu. Huwa qal li, fil-vokabular- ju użat minn investigaturi paranormali, imġiba bħal dik allegata tista' tqajjem mistoqsi- jiet dwar dak li huma jsejħu "poltergeist" li ddeskrivih bħala "spirtu intelliġenti". Għal Sammut, kwalunkwe pass li jmiss jiddependi l-ewwel u qabel kollox mill-kunsens tas-sid — u jekk issir inves- tigazzjoni, il-konklużjonijiet tagħhom jaslu biss wara sigħat ta' osservazzjoni, recordings u analiżi tal-materjal miġbur. It-tim ta' Paranormal Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026