Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004
G vern ma jistax jibqa' jmexxi pajjiż jekk jitlef il-kuntatt ma' dawk li suppost qiegħed iservi. Il-fiduċja tal-poplu mhi- jiex xi ħaġa li tinkiseb darba u tibqa' hemm għal dejjem. Hija relazzjoni li trid tinbena kul- jum, bil-kliem, iżda fuq kollox bl-azzjonijiet. F'Malta, ħafna nies illum qed jistaqsu jekk il-Gvern għadux jifhem tassew x'inhi l-ħajja ta' kuljum tal-familji. Mhux biżżejjed li l-ekonomija tikber, li jiżdied in-numru ta' impjiegi jew li l-istatistika turi riżultati pożittivi. Il-mistoqsija fun- damentali hija jekk il-familja Maltija hix qed tħoss li qewwwd tgħix aħjar. Dan huwa fejn tidħol il-fi- duċja. Meta persuna tmur tixtri u tara l-prezzijiet, meta tfittex dar u ssibha kważi impossib- bli li tixtri waħda, meta tqatta' siegħa fit-traffiku, meta tħab- bat wiċċha ma' bankina li ma tistax timxi fuqha, jew meta tara żvilupp wara l-ieħor jieħu post l-ispazju li darba kien parti mill-komunità, ma tgħixx l-ekonomija permezz ta' tabella. Tgħixha fil-ħajja reali. U din hija d-differenza bejn gvern li jħares lejn in-numri u gvern li jisma' lin-nies. Il-fiduċja ma tintilifx f 'ġur- nata waħda. Tnaqqar ftit ftit kull darba li ċittadin iħoss li dak li jgħid ma jiswa xejn. Tnaqqar kull darba li problema tkun magħrufa għal snin sħaħ u tibqa' mingħajr soluzzjo- ni. Tnaqqar meta mistoqsija leġittima tiġi mwarrba bħala attakk politiku, flok ma tingħata risposta ċara. Gvern għandu d-dmir li jis- ma' anki meta dak li jisma' ma jogħġbux. Il-politika ma tistax tkun biss kwistjoni ta' kampanji elettorali, konferenzi stampa u avviżi ta' proġetti. Il-politika hija wkoll il-mod kif Gvern jirreaġixxi għall-kritika, kif jispjega d-deċiżjonijiet tiegħu u kemm ikun lest jammetti meta xi ħaġa ma tkunx marret kif suppost. F'demokrazija matura, il-kri- tika mhijiex għadu tal-Gvern. Hija mekkaniżmu ta' kontroll. Dan jgħodd b'mod partikolari għall-ekonomija u għall-finanzi pubbliċi. Il-Gvern jista' jgħid li l-pajjiż sejjer tajjeb, iżda fl-ist- ess waqt irid ikun lest jispjega kemm qed jonfoq, għaliex qed jonfoq, minn fejn ġejjin il-flus u x'se jkun il-prezz għal dawk li jiġu warajna. Id-dejn pubbliku mhux biss figura f 'rapport. Huwa obbligu li xi darba jrid jitħallas. L-infiq pubbliku mhuwiex biss ċifra f 'baġit. Huwa flus li ġejjin mit- taxxi u mill-kontribuzzjonijiet ta' nies li jaħdmu u ta' negozji li jipproduċu. Għalhekk, kull ewro li jonfoq il-Gvern għandu jkollu skop ċar. Jekk il-flus pubbliċi jintużaw biex jinvestu fl-infrastruttu- ra, fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fit-teknoloġija u f 'ekonomija aktar produttiva, il-pajjiż jista' jara l-benefiċċju tagħhom għal ħafna snin. Imma meta l-infiq isir mingħajr pjan ċar, il-ġen- erazzjonijiet futuri jispiċċaw iħallsu għal deċiżjonijiet li ma ħadux huma. Dan hu għaliex il-poplu għan- du dritt jitlob trasparenza. Għandu dritt ikun jaf jekk il-Gvern għandux il-mezzi finanzjarji biex iwettaq dak li jwiegħed. Għandu dritt ikun jaf jekk proġett huwiex verament meħtieġ jew jekk huwiex sem- pliċement mezz biex jinħoloq mument politiku. U għandu dritt jistaqsi jekk il-prijoritajiet tal-Gvern humiex verament l-istess prijoritajiet tal-familji. F'dan il-kuntest, il-mod kif il- Gvern jitkellem dwar il-finanzi pubbliċi huwa importanti daqs il-miżuri li jieħu. Jekk lill-pub- bliku jingħad li kollox jinsab taħt kontroll, iżda mbagħad joħorġu twissijiet dwar il-ħtieġa ta' kontroll fl-infiq u miżuri biex jiġu limitati ċerti nefqiet, in-nies ikollhom kull dritt jitol- bu spjegazzjoni ċara. Il-problema mhijiex li Gvern ibiddel id-deċiżjonijiet tiegħu. Gvern responsabbli għandu jkun kapaċi jibdel id-direzzjoni meta ċ-ċirkostanzi jinbidlu. Il-problema tibda meta l-pub- bliku ma jkunx jaf x'inhu jiġri u għaliex. Il-fiduċja titlob il-verità, anki meta l-verità ma tkunx komda. Hemm ukoll dimensjoni oħra li ma nistgħux ninjoraw: il-kwalità tal-ħajja. Malta jista' jkollha ekonomija b'saħħitha u xorta jkollha problemi serji jekk il-popolazzjoni tikber aktar malajr mill-infrastruttura, jekk it-toroq ma jlaħħqux mat-traffi- ku, jekk l-ispazji pubbliċi jonqsu u jekk il-familji jħossu li l-pajjiż sar aktar diffiċli biex tgħix fih. It-tkabbir waħdu mhuwiex biżżejjed. Il-mistoqsija għandha tkun: x'tip ta' tkabbir irridu? Irridu ekonomija li tistrieħ dejjem aktar fuq in-numru ta' nies li jidħlu fil-pajjiż biex jaħd- mu, jew irridu nżidu l-produttiv- ità, il-ħiliet u l-valur tax-xogħol li nagħmlu? Irridu nibqgħu nib- nu aktar u aktar, jew irridu pajjiż fejn l-iżvilupp ikun akkumpanjat minn infrastruttura adegwata u kwalità tal-ħajja? Dawn mhumiex mistoqsijiet kontra t-tkabbir. Huma mis- toqsijiet dwar it-tip ta' futur li rridu. U hawnhekk il-Gvern għandu jieqaf jibża' mill-mistoqsijiet diffiċli. Il-poplu ma jistenniex perfez- zjoni. Jistenna onestà. Jistenna li meta jkun hemm problema, il-Gvern jagħraa. Meta jkun hemm żball, jispjegah. Meta jkun hemm deċiżjoni diffiċli, jispjega għaliex qed tittieħed. U meta l-opinjoni pubblika tkun kritika, ma jippruvax jgħid lin- nies x'għandhom jaħsbu. Politika tajba ma titwilidx minn uffiċċju magħluq. Tit- wieled mill-ħajja ta' kuljum tan-nies. Il-Gvern għandu jisma' lill-ġenituri li qed jinkwetaw dwar il-futur ta' wliedhom. Għandu jisma' liż-żgħażagħ li jridu jibnu ħajja tagħhom f 'Malta. Għandu jisma' lill-pens- jonanti li jridu jgħixu b'dinjità. Għandu jisma' lin-negozji żgħar li jħabbtu wiċċhom mal-ispejj- eż u mal-burokrazija. Għandu jisma' lill-ħaddiema li, minkejja li għandhom xogħol, għadhom iħossu l-pressjoni tal-ħajja ta' kuljum. Fuq kollox, għandu jisma' anki lil dawk li ma jaqblux miegħu. Għax il-Gvern ma ġiex elett biex jisma' biss lil min jaqbel miegħu. Ġie elett biex jirra- ppreżenta pajjiż sħiħ. Meta Gvern jieqaf jemmen lin-nies, jibda jemmen wisq fih innifsu. U meta jiġri hekk, il-politika titlef il-kuntatt mar-realtà. Il-fiduċja ma terġax tinkiseb b'kampanja ta' komunikazzjo- ni. Tinkiseb billi wieħed jisma', jispjega, jagħti kont u jieħu responsabbiltà. Malta m'għandhiex bżonn aktar wegħdiet vojta. Għand- ha bżonn viżjoni ċara, is- tituzzjonijiet li jagħtu kont ta' għemilhom u Gvern li jiem li s-suċċess tiegħu ma jitkejjilx biss bin-numru ta' proġetti li jħabbar, iżda bil-mod kif jgħixu n-nies. Il-kwistjoni hija sempliċi ħafna: Gvern jista' jgħid lin-nies li kollox sejjer tajjeb. Iżda dak li verament jgħodd huwa jekk in- nies iħossuhx huma stess. U meta d-distanza bejn dak li jgħid il-Gvern u dak li qed jgħixu n-nies tibda tikber, dik id-distanza ma tistax tibqa' tiġi moħbija wara slogans, ċifri jew konferenzi stampa. Trid tiġi indirizzata. Għax pajjiż ma jistax jimxi 'l quddiem mingħajr il-fiduċja taċ-ċittadini tiegħu. U l-fiduċja ma tintalabx. Tinbena. opinjoni illum • IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2026 09 Shadow Minister għall-Finanzi ADRIAN DELIA Meta l-Gvern jieqaf jemmen lin-nies

