MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

F l-ewwel ta' Ottubru fetħet b'mod simbo- liku is-Sena Forensi. Is-sena Forensi f 'Malta hija t-terminu legali u uffiċjali għas-sena ġudizzjarja tal-Qrati tal-Ġustizzja. Essenzjalment, hija l-kalendarju ta' ħidma li bih joperaw il-qrati Maltin. Is-sena Forensi tiftaħ uffiċ- jalment fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena u tagħlaq fl-aħħar ta' Settembru tas-sena ta' wara. Il-ftuħ tagħha jiġi mmarkat kull sena b'quddiesa fil-Konkatidral ta' San Ġwann u b'ċerimonja tradizzjonali f 'Awla 22 tal-Qorti li titmexxa mill-Prim Imħallef u l-Kamra tal-Avukati. F'dan id- diskors annwali, il-ġudikatura u l-avukati jiddiskutu l-istat u l-isfidi tas-sistema tal-ġustizzja f 'Malta. Huwa tajjeb li f 'dan iż-żmien tas-sena nħarsu lura biex nagħtu rendikont tal-ħidma, ir-riformi u l-investimenti li wettaqna fis-settur tal-ġustizzja matul l-aħħar sena. Tajjeb ukoll li naraw x'inhuma l-prijoritajiet għall-perjodu li ġej. Matul din is-sena kompliet tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistema tal-ġustizzja permezz ta' aktar riżorsi umani, speċjalizzazzjoni ġudizzjarja, infrastruttura ġdi- da, diġitalizzazzjoni u riformi istituzzjonali. Saħħaħna l-Qrati tagħna, u llum l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati għandha 642 im- pjegat, meta sena ilu kienet timpjega madwar 588 persuna. Il-Ġudikatura qed tkun assistita wkoll minn 50 Court Attorney u 59 Assistenti Ġudizzjarji. Bħal kull settur ieħor, anki f 'dan is-settur nagħtu impor- tanza lir-riżorsi umani. F'April iffirmajna ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta' din l-Aġen- zija, li jibqa' fis-seħħ sal-2030 u jinkludi salarji riveduti, pro- gressjoni fil-karriera u strutturi ġodda. Bil-ħidma mwettqa, u li se nkomplu nwettqu, qegħdin ninvestu fin-nies daqs kemm qegħdin ninvestu fir-riformi. Sena wara sena qed inżidu r-riżorsi disponibbli għall-Qrati u għall-Ġudikatura, u fl-ist- ess waqt qed nibdlu l-mod kif taħdem is-sistema, b'aktar speċ- jalizzazzjoni, aktar strutturi ta' appoġġ u aktar teknoloġija. Matul din is-sena kompliet ukoll tissaħħaħ il-Ġudikatu- ra, li bħalissa hija magħmula minn 62 membru. Wara s-sejħa pubblika li ħriġna f 'Lulju għall-ħatra ta' żewġ imħallfin ġodda, fil-bidu ta' din il-ġimgħa stess rajna jieħdu l-ġurament il-Maġistrat Leonard Caruana u l-Maġistrat Elaine Rizzo bħala mħallfin tal-Qrati Superjuri. Dan ikompli jibni fuq it-tkabbir fil-kapaċità ġudizzjarja li sar matul din is-sena, inkluż il- ħatra ta' żewġ Maġistrati ġodda f 'Ġunju. Fl-istess waqt kompliet tissaħħaħ l-ispeċjalizzazzjoni fil-Ġudikatura, bi mħallfin assenjati għal kawżi kummerċ- jali, maġistrati ddedikati għal materji ċivili u għal każijiet ta' vjolenza domestika, kif ukoll erba' maġistrati ddedikati għall-inkjesti maġisterjali. Komplejna naħdmu wkoll f 'dik li hija l-infrastruttura tal-qrati tagħna. Fost dawn il-proġetti hemm il-binja l-ġdida għall-qrati ta' Għawdex, ix-xogħol fuq il-Qorti tal-Ap- pelli Kriminali fi Strada Stretta, il-binja dedikata għall-Qor- ti Kummerċjali u l-proġett għall-Qorti tal-Familja. B'hekk qed inkomplu naraw li mhux biss insaħħu l-Ġudikat- ura, imma wkoll nagħtu aktar riżorsi u spazji minn fejn il-Ġudikatura tista' taħdem. Proġett li qed inkomplu naħd- mu fuqu wkoll huwa t-trasfor- mazzjoni diġitali tal-ammin- istrazzjoni tal-Qrati, inkluż l-iżvilupp ta' Court Services Management Information Sys- tem ġdid, id-diġitalizzazzjoni ta' proċessi relatati mal-banek u mal-mandati ta' sekwestru, kif ukoll electronic notice boards fil-Qrati. F'dinja li qed dejjem tevolvi madwar id-diġitalizzazzjoni, anki dan f 'dan is-settur qed naraw li nimxu 'l quddiem f 'dan il-pass importanti ferm. Madankollu l-ħidma tagħna hija mifruxa wkoll fuq id- dħul ta' aktar riformi, riformi li jkomplu ma' dawk li diġà daħħalna u li bihom qed in- saħħu d-demokrazija u wkoll is-Saltna tad-Dritt ta' pajjiżna. Bħala Gvern qatt ma ddejjaqna nirriformaw. Dejjem ħarisna 'l quddiem biex inkomplu npoġġu lil pajjiżna fiċ-ċentru. Anki f 'dan is-settur. Pass importanti huwa dak li seħħ, wara xhur ta' ħidma, fl-1 ta' Ottubru. Jum li fih bdew jitħaddmu l-maġġoranza tar-Regolamenti tal-Proċeduri tal-Qorti tal-Familja 2026, pass ewlieni fl-implimentazz- joni tar-riforma tal-ġustizzja tal-familja. Ir-riforma tintro- duċi proċeduri aktar ċari, med- jazzjoni aktar strutturata u sal- vagwardji msaħħa biex il-vuċi u l-aħjar interessi tat-tfal ikunu rappreżentati b'mod effettiv. Bħala parti mill-implimen- tazzjoni, qed tkompli wkoll il-ħidma fuq Uffiċċju ta' Appoġġ, it-tisħiħ tal-funzjoni tal-Avukat tat-Tfal u r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar professjonisti speċjalizzati. Din mhijiex riforma li spiċċat mal-pubblikazzjoni ta' liġi. Mill-1 ta' Ottubru bdejna fażi ġdida li tkompli twassal biex il-bidla tibda tinħass fil-prat- tika. Irridu Qorti tal-Familja aktar umana, aktar ċara u fuq kollox mibnija madwar l-aħjar interess tat-tfal. Fuq il-livell istituzzjonali, matul din is-sena għaddew mill-Parlament ukoll żewġ riformi maġġuri. Waħda minnhom stabbiliet qafas ġdid għall-ħatra tal-membri tat-Tri- bunali Amministrattivi Speċjal- izzati permezz ta' Kummissjoni Indipendenti u proċess pub- bliku, kompetittiv u bbażat fuq il-mertu. Riforma oħra ssaħħaħ l-iskru- tinju, l-aċċess għall-ġustizzja u l-kontabilità fil-ġudizzju tal- Avukat Ġenerali, meta b'deċiż- joni konxja, l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ma ssirx prose- kuzzjoni – deċiżjoni li tista' ssir skont il-liġi kriminali ta' pajjiż- na. Riforma li tipprovdi aktar lok biex tali deċiżjonijiet ikunu jistgħu jiġu kkontestati u skru- tinizzati, filwaqt li tissaħħaħ it-trasparenza, ir-responsabbiltà u s-saltna tad-dritt. Dan juri li l-ħidma qed tit- wettaq, għaliex dak li sena ilu konna qed nippreżentaw bħala l-pass li jmiss, illum f 'diversi oqsma qed narawh jitwettaq. Qed inkomplu nżidu r-riżorsi, insaħħu l-Ġudikatura, nispeċ- jalizzaw is-servizzi u nwettqu riformi li jagħmlu differenza fil- mod kif iċ-ċittadin jesperjenza l-ġustizzja. Issa l-prijorità tagħ- na hija li din il-ħidma tissarraf f 'servizz dejjem aktar effiċjenti, aċċessibbli u modern. Matul dan is-sajf ma waqa- fniex. Matul il-waqfa tal-Par- lament, komplejna bix-xogħol tagħna li se jissarraf f 'aktar riformi, kif se tara l-Kamra tar-Rappreżentanti li proprju minn għada t-Tnejn terġa' tibda bil-perkors tagħha wara l-waqfa għall-vaganzi tas-sajf. "Irridu Qorti tal- Familja aktar umana, aktar ċara u fuq kollox mibnija madwar l-aħjar interess tat-tfal" 10 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' OTTUBRU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni CLIFTON GRIMA Aktar riżorsi, aktar speċjalizzazzjoni u fażi ġdida ta' riformi fis-settur tal- ġustizzja Kompliet tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistema tal-ġustizzja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026