MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547004

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 4 T'OTTUBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dik-ġimgħa, Ħaley Xuereb taqra l-ktieb Ittri mqarbin, noti safjin ta' Tyrone Grima, li bil-kontrappożizzjoni tal-monasteru ma' sett tal-pornografija, imur lil hinn mix-xokk letterarju sabiex ipoġġi lill-fidi u lill-ġisem ħdejn xulxin. Kemm hu possibbli, jew mixtieqa, li taħrab minnhom? Ħarbaxejn Fatt antipatku, u pjuttost ġenerali tal-ħajja hu, li taħrab kemm taħrab bilfors ikollok tfekren lil qoxortok miegħek. Tista' tmur minn monasteru għal muntanja, minn sett ta' film pornografiku għal ħanut tal-merċa ġwejjed — imma bilfors trid iġġorr lilek innifsek, mill-ikel favorit tiegħek, sad-difetti li jibqgħu. Il-bniedem jibqa' bniedem. U probabbli dik l-iżjed ħaġa li tolqtok meta taqra Ittri imqa- rbin, noti safjin ta' Tyrone Gri- ma, ippubblikat minn Merlin Publishers. Kulħadd jemmen f 'xi ħaġa: f 'Alla, fil-ġisem, fil-libertà, fil-ħtija. Dan iseħħ bla wisq inkwiet sakemm it-twemmin jibqa' fil-moħħ. Il-problema tibda meta joħroġ mill-moħħ u jidħol fil-ġisem, u fl-għaż- liet. Grima jaf li hemmhekk il-bniedem jinqasam. Jaf ukoll li, paradossalment, hemmhekk jinkixef kemm qatt ma kien ver- ament maqsum. Ir-rima tat-titlu żżewweġ żewġ naħat. Il-ktieb jiftaħ fil-forma tal- ittra, l-"ittri mqarbin" tat-tit- lu. Hawn naraw l-iżjed żewġ dinjiet opposti. Żewġt aħwa kibru bil-kuruni ta' Lourdes: wieħed jaqbad "it-triq il-ħażina" u jsir pornstar, u l-ieħor jaqbad ir-rotta diretta tal-qdusija fil-kunvent. Aktar milli jitkell- mu ma' xulxin, wieħed iferra' l-problemi tiegħu u l-ieħor iferragħhom lura. Ma jsabbrux wisq lil xulxin u ma jagħtux wisq pariri. Bilkemm isemmu lil xulxin b'isimhom. L-ittri huma aktar katarsi milli djalogu, qrar mingħajr assoluzzjoni. Jaqgħu u jqumu mill-problemi ta' xulxin, u kull wieħed iwieġeb biss b'dak li għandu hu. Il-pjaċir veru tal-ktieb hu li Grima ma jaqax fil-klixè taż- żewġ aħwa bħala żewġ poli. Dan mhux l-hekk imsejjaħ alternar bejn Jekyll u Hyde, fejn wieħed joħroġ u l-ieħor jistaħba. Hawn Jekyll u Hyde qed jgħixu fl-ist- ess ħin: Jekyllhyde, mostru- anġlu bniedem wieħed. It-talb fil-ktieb isir kważi erotiku, b'erotiċiżmu veritier li qatt ma jinħass sfurzat. Il-pornografija, min-naħa l-oħra, tibda tixbah tfittxija għal xi ħaġa li l-ġisem waħdu ma jistax jagħti. Kollox l-istess, porn u mhux. Ix-xewqa għal Alla u x-xewqa tal-ġisem jitkellmu l-istess lingwa. Fil-kitba hu relattiva- ment faċli li taqbad suġġetti bħall-pornografija u r-reliġjon u tħallathom flimkien. Ovvja- ment se tagħmel il-ħoss, għax ix-xokk huwa garantit. Huwa ferm iżjed diffiċli li toħloq xi ħaġa magħhom, u li tagħmilha għax il-ħaġa titlobha u mhux sempliċement biex tipprovoka. Grima jirnexxilu, u l-forma epistolari tgħinu ħafna. L-ittra tagħti lill-qarrej il-kunfiden- za ta' min qed jaqra dak li ma kienx miktub għalih. Imbagħad, bejn ittra u oħra, il-qarrej jibda jixxennaq għal xi ħaġa oħra: li jisma' l-leħen veru tal-awtur, u mhux leħen li qed jipprova jistaħba f 'żewġ ilħna oħra. Nindunaw ukoll li l-ittri mqa- rbin u n-noti safjin, fl-aħħar mill-aħħar, huma ħaġa waħda, speċjalment bil-mod ta' kif jiżvolġi l-ktieb. Biżżejjed ngħid li meta jaslu n-"noti safjin", l-"istorja l-vera", l-ismijiet tal-karattri, u l-qoxra tal-ktieb, li tixraq ħafna, jibdew jagħmlu ħafna sens. U hemmhekk tibda tixtieq li l-ktieb jieħu forma ta' dramm - għax minbarra li hu miktub b'mod li jagħmilha faċli ħafna biex tivviżwalizza l-is- torja, il-karattri donnhom diġà qed jistennew il-palk u jitolbu li jferrgħu l-istorja tagħhom quddiem udjenza. Dan ma jfissirx li l-ktieb huwa bla nuqqasijiet. Fih ħafna ideat, forsi wisq għall-ispazju li jagħtihom. Il-metafora tal- fjuri u dik tat-tapizzerija huma sbieħ ħafna, imma xtaqthom esplorati kemxejn iżjed. Jidhru, jgħammxu u jitilqu qabel ma jagħtu kollox. Xi kultant is-saffi tar-rumanz isiru kemxejn pre- vedibbli, u l-qarrej attent jasal qabel l-awtur. Ir-rumanz fih po- tenzjal li mhux dejjem jitwettaq għalkollox. Iżda ktieb li jħallik tixtieq iżjed mhux ktieb li ma laħaqx l-għan tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar, Ittri mqarbin, noti safjin ma tantx jinbixlek il-ħsus ta' jekk għandekx temmen f 'Alla jew fil-ġisem. Iżjed jistaqsik x'jiġri meta t-twemmin tiegħek jitol- bok tgħix f 'ġisem li hu stess mimli kontradizzjonijiet. Il-patri u l-pornstar, is-sa- gru u l-profan, it-twemmin u l-ħajja, ma jgħixux f 'żewġ djar differenti, għax il-bniedem huwa bniedem. Bl-istramberiji u d-difetti kollha tiegħu. Tista' mhux tmur sal-kunvent jew sas- sett. Taħrab kemm taħrab, xorta tieħu lilek innifsek miegħek.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 October 2026