MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 34.5% ta' dawk li beħsiebhom jivvutaw lill-Partit Laburista imħassba l-iktar dwar it-traffiku Tfal bi bżonn ta' għajnuna individwali mingħajr LSE IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Il-votanti Laburisti jinkwetaw aktar dwar it-traffiku Fost dawk li beħsiebhom jivvutaw lill-Partit Laburista, it-traffiku kien l-ak- bar tħassib, b'34.5%, segwit mit-tkabbir tal-popolazzjoni bi 30.4%. Il-kostruzzjoni ssemmiet minn 5%, filwaqt li l-korruzzjo- ni minn 0.2% biss. Fost il-votanti prospettivi tal-Partit Nazzjonalista, it-tkabbir tal-popolazzjoni kien l-aktar problema msemmija, bi 28%, segwit mit-traffiku bi 23.6% u l-kostru- zzjoni b'9.5%. Il-korruzzjoni kienet ta' tħassib għal 10.5%. Fost dawk li beħsiebhom jivvutaw lil partiti żgħar, it-tkabbir tal-popolazzjoni kien l-akbar tħassib b'34.6%, filwaqt li 17.4% semmew il-korruzzjoni u 12.2% il-kostruzzjoni. It-traffiku kien ta' tħassib għal 10.7%. Għaldaqstant, il-korruzzjoni tidher li tinkwieta aktar lill-votanti ta' partiti żgħar u tal-PN milli lil dawk tal-PL. Fost dawk li qalu li ma jivvutawx f 'elez- zjoni li jmiss, it-tkabbir tal-popolazzjoni kien ukoll l-akbar tħassib, bi 33.3%, segwit mit-traffiku b'29.1% u l-kostruzzjoni b'7.9%. Inqas minn 2% ta' dawk li beħsieb- hom jastjenu mill-vot semmew il-korruzz- joni bħala l-akbar problema f 'Malta. Iż-żgħażagħ aktar imħassba dwar il- popolazzjoni It-tkabbir tal-popolazzjoni kien l-akbar tħassib fost dawk ta' bejn is-16 u l-50 sena, u laħaq 36% fost dawk ta' bejn is-16 u l-35 sena. Fost dan il-grupp, it-traffiku kien fit- tieni post b'29.5%. Fost dawk li għandhom aktar minn 50 sena, it-traffiku kien l-aktar problema msemmija. Dan kien ta' tħassib għal 31.9% ta' dawk ta' bejn il-51 u l-65 sena u għal 28.4% ta' dawk li għandhom aktar minn 65 sena. Il-kostruzzjoni tinkwieta aktar lill-an- zjani: issemmiet minn aktar minn 9% ta' dawk li għandhom aktar minn 50 sena, meta mqabbla ma' 6.4% fost dawk ta' bejn is-16 u l-35 sena u 5.1% fost dawk ta' bejn is-36 u l-50 sena. Fost in-nisa, it-tkabbir tal-popolazz- joni kien l-akbar tħassib b'31.5%, segwit mit-traffiku b'25.6%. Il-kostruzzjoni ssem- miet minn 10%. Fost l-irġiel, it-traffiku kien fuq quddiem b'31.5%, segwit mit-tkabbir tal-popo- lazzjoni b'29.2%, filwaqt li l-kostruzzjoni ssemmiet minn 5% biss. L-Għawdxin l-iktar inkwetati bil- kostruzzjoni Għawdex kellu stampa daqsxejn differenti. It-tkabbir tal-popolazz- joni kien l-akbar tħassib bi 28.7%, segwit mit-traffiku b'26.1%. Iżda l-kostruzzjoni ssemmiet minn 16.4%, aktar mid-doppju tal-medja nazzjon- ali. L-għoli tal-ħajja kien ukoll aktar prominenti f 'Għawdex, fejn issemmiet minn 10.4%, meta mqabbla mal-medja nazzjonali ta' 5.7%. Fir-reġjun tat-Tramuntana, it-tkabbir tal-popolazzjoni kien l-akbar tħassib b'34%, filwaqt li fir-reġjun tal-Port tat-Tramuntana d-distakk kien iżgħar: 28.4% semmew il-popolazzjoni u 26% semmew it-traffiku. Fil-Punent, it-traffiku kien l-akbar problema b'35.3%, u fin-Nofsinhar tal- Port bi 32.5%. Fix-Xlokk, it-tkabbir tal-popolazzjoni hi l-ikbar inkwiet b'31.7%, ftit aktar mit-traffiku b'29.1%. In-nuqqas ta' Learning Support Educators (LSEs) fl-iskejjel qed ikompli joħloq diffikultajiet serji għal tfal li jeħtieġu għajnuna in- dividwali, b'ġenituri u edukaturi jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom għal sitwazzjoni li, minkejja twis- sijiet ripetuti, għadha ma ġietx solvuta. Omm li tkellmet ma' din il-gazzetta dwar is-sitwazzjoni fi klassi tal-kindergarten fl-Iskola San Andrea spjegat kif in-nuqqas ta' LSE sostitut qed ipoġġi pressjoni addizzjonali fuq il-ħidma fil-klassi. Skont l-informazzjoni li ngħatat lil din il-gazzetta, wara li membri tal-istaff, fosthom l-għalliema u l-assistenta, kienu ma jifilħux, anke l-LSE spiċċat assenti minħabba mard. Madankollu, ma ntbagħatx sostitut biex ikopri n-nuqqas tagħha. Dan qed iqajjem mistoqsijiet dwar kemm l-iskejjel huma prepa- rati biex jiggarantixxu kontinwità fl-appoġġ edukattiv meta LSE ma tkunx tista' tattendi għax-xogħol. Il-problema tmur lil hinn minn sempliċi nuqqas ta' ħaddiema. Għal tfal li għandhom bżonn għajnuna kontinwa biex isegwu l-lezzjonijiet u jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-klas- si, in-nuqqas ta' LSE jista' jfisser li l-appoġġ li jeħtieġu ma jkunx qed jingħata kif suppost. LSE: Tifla li teħtieġ għajnuna one-to-one qed tattendi mingħajr l-appoġġ meħtieġ L-esperjenza rrakkontata mill- omm mhijiex l-unika waħda li tqajjem tħassib. LSE li tkellmet ma' din il-gazzetta spjegat kif fil-klassi tagħha hemm tifla li għandha statement of needs u li teħtieġ appoġġ indi- vidwali full-time, iżda bħalissa tinsab mingħajr LSE assenjata lilha. L-edukatriċi fissret li, minkejja li t-tifla għandha bżonn għajnuna kontinwa, din xorta waħda qed tattendi l-iskola. Konsegwente- ment, l-għalliema qed ikollha toqgħod magħha biex tispjegal- ha l-affarijiet individwalment, filwaqt li fl-istess ħin trid tieħu ħsieb il-bqija tal-klassi. L-LSE spjegat ukoll li xi drabi jkollha tintervjeni hi stess biex tgħin lit-tifla minn jeddha, minkejja li għandha responsab- biltajiet oħra. Hija ġibdet l-attenzjoni wkoll għad-differenza bejn studenti li jeħtieġu LSE dedikata full-time u dawk li jistgħu jirċievu għa- jnuna kondiviża, fejn LSE waħda tista' tkun responsabbli sa tliet studenti. Ix-xhieda tagħha turi kif in- nuqqas ta' appoġġ mhux biss qed jolqot lit-tfal li għandhom ħtiġijiet edukattivi speċifiċi, iżda qed iqiegħed ukoll piż akbar fuq l-għalliema u l-LSEs li diġà jinsa- bu fil-klassijiet. Ġenituri jgħidu li ma jist- għux jibagħtu lil uliedhom l-iskola It-tħassib dwar in-nuqqas ta' LSEs qed jinħass ukoll fost għadd ta' ġenituri li qed jil- mentaw li wliedhom għadhom mingħajr l-assistenza li jeħtieġu. Xi ġenituri saħansitra qalu li ma jistgħux jibagħtu lil ul- iedhom l-iskola minħabba li għadhom ma ġewx assenjati LSE, minkejja l-ħtieġa tagħhom għal dan is-servizz. Dan iqajjem tħassib serju dwar id-dritt ta' kull tifel u tifla għal edukazzjoni aċċessibbli u inklużiva, partikolarment meta n-nuqqas ta' riżorsi umani jkun qed iwassal biex ċerti studenti ma jkunux jistgħu jibdew jew ikomplu l-esperjenza skolastika tagħhom bħall-bqija ta' sħab- hom. Għall-ġenituri, is-sitwazzjoni ġġib magħha wkoll inċertezza u diffikultajiet prattiċi, speċ- jalment għal dawk li jkollhom jagħmlu arranġamenti alternat- tivi biex jieħdu ħsieb lil ulied- hom waqt il-ħin tal-iskola. Problema li ilha terġa' tit- faċċa minn sena għall-oħra In-nuqqas ta' LSEs mhuwiex problema ġdida. F'Settembru tal-2025, il-Union of Profes- sional Educators (UPE) kienet irreġistrat tilwima mal-Min- isteru tal-Edukazzjoni dwar in-nuqqas ta' dawn l-edukaturi, filwaqt li wissiet li għadd kbir ta' klassijiet kienu se jibdew is-sena skolastika mingħajr l-appoġġ meħtieġ. Dakinhar, il-Union kienet saħqet li s-sitwazzjoni kienet qed tpoġġi pressjoni żejda fuq l-għalliema u ddgħajjef il-kwal- ità tal-edukazzjoni inklużiva, minkejja impenji li kienu saru fi ftehimiet settorjali. Il-fatt li l-istess ilmenti qed jerġgħu jitqajmu sena wara jqajjem mistoqsijiet dwar kemm ittieħdu miżuri effettivi biex is-sistema tkun kapaċi tlaħħaq mad-domanda. Fil-fatt, il-problema kienet diġà waslet quddiem l-Uffiċċju tal-Ombudsman. F'każ li ġie ppubblikat fl-2025, omm kienet ilmentat wara li binha, li kellu LSE assenjata fuq bażi indi- vidwali, kellu jibqa' d-dar għal perjodu minħabba li l-eduka- triċi kienet fuq sick leave fit-tul u ma nstabx sostitut. Il-Kummissarju għall-Eduka- zzjoni kien ikkonkluda li l-aw- toritajiet edukattivi ma kinux ħadu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżguraw l-appoġġ meħtieġ lit-tifel, filwaqt li appella biex ikun hemm djalogu ħalli tinstab soluzzjoni. Dan il-każ jenfasizza kemm in-nuqqas ta' sostituti jista' jkollu konsegwenzi diretti fuq l-edukazzjoni tat-tfal, par- tikolarment dawk li jiddependu fuq għajnuna individwali. Il-mistoqsija li tibqa' hija kemm se jdum ikollhom jisten- new dawn it-tfal biex jingħataw l-appoġġ li għandhom bżonn u li għalih ġew assessjati. Meta tifel jew tifla jispiċċaw mingħajr l-għajnuna meħtieġa, l-edukazzjoni inklużiva ma tibqax realtà iżda wegħda li għadha trid titwettaq. U sakemm din is-sitwazzjoni tibqa' tirrepeti ruħha minn sena għall-oħra, tibqa' inevitabbli l-mistoqsija: min se jerfa' r-re- sponsabbiltà għat-tfal li sadanit- tant qed jitħallew lura? In-nuqqas ta' LSEs qed iħalli lill-għalliema jippruvaw ilaħħqu mal- ħtiġijiet tat-tfal waħedhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 October 2026