Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547793
www.illum.com.mt NRU 1040 €1.50 IL-ĦADD 29 TA' NOVEMBRU 2026 PAĠNA 3 IKOMPLI F'PAĠNA 2 L-ELEZZJONI GĦALL-VIĊI KAPIJIET TAL-PN: KANDIDATI U PREFERUTI Ħames persuni fi ħdan il-Partit Nazzjonal- ista qed jikkunsidraw bis-serjetà li jikkon- testaw l-elezzjonijiet għall-karigi ta' żewġ viċi kapijiet tal-partit, f 'pass li mistenni jġib miegħu aktar taħwid politiku intern għall-kap Alex Borg. Sorsi fi ħdan il-PN qalu lil din il-gazzetta li Adrian Delia u Rebekah Borg qed jevalwaw il-possibbiltà li jidħlu fit-tiġrija għall-kariga ta' Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament. Min- naħa l-oħra, Mark Anthony Sammut, Darren Carabott u l-Viċi Kap attwali Alex Perici Calas- cione qed jikkunsidraw li jikkontestaw għall-ka- riga ta' Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit. Minkejja li Rebekah Borg għandha appoġġ konsiderevoli fi ħdan il-partit, wara li ġiet eletta mal-ewwel għadd f 'żewġ distretti, dil-gazzetta infurmata li aktarx tagħżel li ma tikkontestax kontra Delia. Skont dawn is-sorsi, Borg għandha rispett kbir għal Delia u ma tridx tkun hi li toħloq ostakli għall-kandidatura tiegħu. Barra minn hekk, hemm it-tħassib li jekk tidħol fit-tiġrija u titlef, tispiċċa umiljata politikament, speċjal- ment fid-dawl tas-saħħa elettorali li Delia għadu jgawdi fi ħdan il-partit. Madankollu, fiċ-ċirku ta' Alex Borg hemm tħassib dwar l-aħbarijiet reċenti li ħarġu dwar ir-relazzjoni ta' Delia mal-eks sieħba tiegħu. Sorsi qalu li hemm il-biża' li dawn ir-rivelazz- jonijiet jistgħu jerġgħu jitfaċċaw u jispiċċaw ikollhom riperkussjonijiet mhux biss fuq Delia nnifsu, iżda anke fuq il-partit. Min-naħa l-oħra, hemm min fiċ-ċirku tal-kap jemmen li l-elezzjoni ta' Delia tista' toffri opportunità biex il-portafoll tal-finanzi, li bħalissa jaqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jingħata lil persuna oħra li tista' tmexxih b'mod aktar effettiv. Dwar il-kariga l-oħra, Alex Borg għadu ma ddikjara l-appoġġ tiegħu għal ebda kandidat. Madankollu, jidher li ċ-ċirku ta' madwaru jippreferi li Carabott jirbaħ it-tiġrija kontra Sammut u Calascione. Huma jqisuh bħala l-aħjar għażla mit-tlieta. Il-ħolqien ta' żewġ karigi ta' viċi kap kien wegħda li Alex Borg għamel meta ħa t-tmexxija tal-partit, u issa jidher determinat li jwettaqha. Iżda, skont l-istess sorsi, dak li suppost kellu jkun pass biex isaħħaħ l-istruttura tal-partit u jqassam aħjar ir-responsabbiltajiet, spiċċa ħoloq aktar kumplikazzjonijiet għal Borg innifsu. Il-kap jidher determinat li jżomm kelmtu, iżda l-għażla tal-persuni li se jokkupaw iż-żewġ karigi tista' tkun waħda mill-ewwel testijiet politiċi serji tiegħu minn mindu ħa t-tmexxija tal-PN. Il-Ministru tal-Finanzi b'xandira diretta ta' tlitt sigħat biex jispjega l-istudju dwar il- popolazzjoni Mix-xellug: Adrian Delia u Rebekah Borg jistgħu jikkontestaw għall-kariga ta' Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Parlament, filwaqt li Mark Anthony Sammut, Darren Carabott u Alex Perici Calascione qed jik-kunsidraw il-kariga ta' Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Clyde Caruana Clyde Caruana t-Tnejn se jkun qed jagħmel xandira diretta ta' tliet sigħat li matulha se jispjega fid-dettall l-istudju li kien ikkum- missjona dwar il-popolazzjoni. Il-Ministru għall-Finanzi kien żvela li ngħata l-inkarigu biex iħejji rapport dwar l-impatt tat-tkabbir tal-popolazzjoni. Din il-livestream issa mistennija tkompli żżid it-tens- joni fir-relazzjoni tiegħu mal-Prim Ministru Robert Abela. Il-Gvern qed ilesti programm nazzjonali ta' screening għad- dijabete
