Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 SPORTSmiżmuma fi illum Sliema Wanderers draw minn Tarxien Rainbows MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema W ............. 3 Tarxien R ............. 3 F'LOGĦBA ferm emozzjonanti fil-Victor Tedesco Stadium filĦamrun li fiha rajna xejn inqas minn sitt gowls u żewġ tkeċċijiet, b'sorpriża Sliema Wanderers ġew miżmuma fi draw minn Tarxien Rainbows. Kienu Tarxien Rainbows li fetħu l-iskor permezz ta' Jorge Santos Silva wara biss disa' minuti. Abubakar BelloOsagie ġab l-iskor indaqs għal Sliema Wanderers fis-26 minuta minn penalty u 10 minuti wara s-solitu attakkant Niġerjan Stanley Ohawuchi għamilhom 2-1. Ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima l-Wanderers qalgħu daqqa ta' ħarta meta spiċċaw jilagħbu b'10 plejers hekk kif tkeċċa għalihom il-plejer internazzjonali Clifford Gatt Baldacchino u Tarxien Rainbows rebħu penalty li minnu Ronaille Calheira Sera ma żbaljax biex ġab l-iskor indaqs għarRainbows. Kien proprju l-istess plejer li rdoppja l-iskor u tefa' lil Tarxien Rainbows fil-vantaġġ fit-58 minuta u żewġ minuti biss wara Tarxien Rainbows ukoll spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom l-awtur tal-ewwel gowl Jorge Santos Silva. Ħames minuti mit-tmiem tal-logħba Stanley Ohawuchi skorja t-tieni gowl personali tiegħu fillogħba li permezz tiegħu ġab l-iskor indaqs għal Sliema Wanderers. STANLEY OHAWUCHI Twieled fis-27 ta' Mejju 1990 finNiġerja Skorja żewġ gowls importanti għal Sliema Wanderers, bl-aħħar wieħed jasal ħames minuti biss mit-tmiem tal-logħba biex b'hekk salva punt għall-Blues Inagħaqad ma' Sliema Wanderers matul l-istaġun li għadda Il-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Sliema Wanderers Matias Muchardi ikollu l-ballun imblukkat minn plejer ta' Tarxien Rainbows bil-plejer tal-Wanderers Pepe Gueye isegwi l-azzjoni Floriana jirbħu u Rabat isofru l-ħames telfa konsekuttiva Rabat A ............... 0 Floriana .............. 4 FLORIANA kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Rabat Ajax bi skor kbir biex b'hekk ilMagpies sofrew il-ħames telfa konsekuttiva. Floriana fetħu l-iskor flewwwel azzjoni perikoluża li ħolqu meta wara li rċieva minn corner ta' Bogdanovic, Igor Coronada għeleb lill-goalkeeper ta' Rabat Ajax Pavel Velimivoric permezz ta' daqqa ta' ras. Il-Greens komplew jattakkaw u fl-14-il minuta minn cross ta' Clyde Borg, tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Coronada għadda għoli. Tliet minuti biss wara xutt minn barra l-kaxxa ta' Coronado ħabat mal-lasta qabel intemm barra. Fit-42 minuta cross ta' Bogdanovich ma sab lil ħadd mill-plejers sħabu biex jikkonnettja. Fit43 minuta xutt ta' Gary Roberts għal Floriana ġie mdawwar f 'corner mill- goalkeeper Velimivoric. Fl-54 minuta Roberts avvanza bil-ballun qabel għadda lejn Coronado li rnexxielu jegħleb lillgoalkeeper Rabti. Fil-65 IGOR CORONADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer talLogħba. Twieled fit-18 ta' Awwissu 1992 filBrażil. Skorja doppjetta f'din ir-rebħa li kisbu Floriana. Ingħaqad ma' Floriana fl-10 ta' Novembru 2012. minuta Daniel Bogdanovic telaq minn nofs il-grawnd, ħarab tajjeb qabel tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-82 minuta Floriana komplew ikabbru l-margni tal-iskor meta Gary Muir ikkrossja lejn Igor Coronado li millvicin għeleb lil Velimivoric. Rabat A. Velimivoric, I. Carapic, D. Carrillo Pendas, C. gauci, J. bajada, D. Falzon, D. Pelaez Bellido, S. Gauci, P. Borg, D. Azzopardi, M. Avila Perez Floriana D. Hanford, A. Sciucluna, I. Edet, D. Bogdanovic, G. Roberts, I. Coronado, S. Pisani, C. Borg, J. Borg, G. Muir, S. Borg Referee Andrew Harms (Wales)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013