Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Wara każ ieħor ta' tislib ta' qtates fil-Mosta Il-Pulizija għadha ma qabditx tarf JAMES J. PISCOPO WARA l-aħħar każ ta' tislib ta' annimali fil-Mosta li seħħ it-Tnejn li għadda, ilkomunità tal-lokal issa qed tinkwieta li l-awtoritajiet konċernati m'għandhom l-ebda ħjiel dwar min hu l-moħħ wara dawn l-atti. Dan minkejja li kien hemm ċertu ottimiżmu li l-Pulizija kienet dejjem qed tagħlaq aktar fuq il-qattiel talannimali. Diversi sorsi fil-kunsill lokali tal-Mosta stqarrew li filwaqt li anke l-kunsill jinsab preokkupat ħafna, ftit li xejn jistgħu jieħdu azzjoni. Minbarra r-riżorsi limitati li għandu l-kunsill, jidher li raġuni oħra għal dan huwa li l-Pulizija ma jkunux iridu li l-kunsill jindaħal f 'din il-kwistjoni. Għalkemm saru xi laqgħat bejn il-kunsill u l-korp, informazzjoni konkreta ftit li xejn ħarġet. Sors infurmat sew qal lil Illum li qabel il-każ ta' din il-ġimgħa, il-Pulizija kienet għadha ma qabditx tarf ta' din is-sitwazzjoni partikolari minkejja li sa Marzu li għadda l-Pulizija kienet interrogat tliet persuni differenti. "Kulħadd inkwetat minn dawn il-każi partikolari. Kif deher evidenti b'mod partikolari fl-ewwel każi, min qed jagħmel dan qed jipprova jibgħat messaġġ ta' minn xiex inhu għaddej hu. L-annimali li ntużaw ħafna minnhom kienu għadhom żgħar, u b'hekk jidher li dan lest li jweġġa' lil min hu l-aktar vulnerabbli biex juri l-uġigħ li għandu. Nispera li dan l-aġir jibqa' biss fil-konfront tal- L-ARTIKLU li deher ilġimgħa l-oħra f'dan il-ġurnal dwar kif il-liġi tal-IVF hi diskriminatorja għal koppji omosesswali ma niżilx tajjeb mat-tmexxija tal-Knisja lokali. Kien l-Isqof Awżiljarju Mons Charles Scicluna li permezz talblog tiegħu fuq Newsbook.com. mt, irreaġixxa għal dan. L-Isqof Scicluna jgħid li l-liġi, li tittratta l-omosesswali fid-diversità tagħhom, la hi diskriminatorja u lanqas omofobika. Hu jibbaża l-argumenti tiegħu li 20 sena ilu kienu l-omosesswali stess li bdew jisħqu għad-dritt li wieħed ikun differenti, bid-dritt għad-diversità. "Insibha diffiċli li wara 20 sena l-argument tbiddel u kważi Qattus maqtul brutalment u mdendel fil-Mosta s-sena l-oħra tpoġġa rasu 'l isfel, għaliex issa l-għajta mhix diversità imma ugwaljanza. Għalkemm nifhem li jqanqal ħafna emozzjonijiet, inħoss li huwa argument diffiċli ħafna li tgħid li affarijiet li huma differenti bilfors titrattahom l-istess," jgħid l-isqof Awżiljarju. Hu jissokta jgħid li "jekk huma differenti, il-loġika u anke annimali, anke jekk dan ukoll huwa kundannabli!" Sors ieħor li tkellem magħna sostna li l-fatt li l-aħħar każ ġara fid-dawl tax-xemx jindika li jew ħadd ma nduna b'dak li kien qed jiġri jew ilpersuna hi vera tajba. "Il-każi l-oħra kollha seħħew mal-lejl, fejn hemm l-inqas nies u xkiel. Għalhekk ma nasalx ngħid li dan għadu ma nqabadx sempliċiment minħabba nuqqas ta' kollaborazzjoni millpubbliku." F'informazzjoni li kienet ħarġet Marzu li għadda, il-Pulizija kienet qalet li kif joqrob nofs ix-xahar kienet qed tieħu diversi miżuri ta' superviżjoni. Dawn jinkludu aktar rondi mal-lokal matul il-lejl u għassa ma' postijiet strateġiċi li jistgħu jkunu fil-mira għaliex it-tislib ta' annimali fil-Mosta saru f 'postijiet prominenti li tikkonferma kemm il-moħħ wara dawn il-każi kien qed ifittex l-attenzjoni. Il-postijiet jinkludu skola, oratorju, statwi u post fejn 14-il sena ilu kien seħħ delitt. L-Isqof jirreaġixxi dwar d-diskriminazzjoni fl-IVF kontra l-omosesswali Mons Charles Scicluna il-kunċett tajjeb ta' ġustizzja titlob li sitwazzjonijiet differenti jiġu trattati b'mod differenti. Dan għaliex jekk tittrattahom l-istess mhux qed tkun ġust u m'intix tirrispetta d-diversità tagħhom. Min jirrispetta l-fatt li l-koppji omosesswali huma differenti, qiegħed jirrispetta fatt u b'daqshekk mhux ikun omofobiku." Scicluna jfakkar li għallKnisja, il-prokreazzjoni trid issir biss fl-att konjugali u li t-teknoloġija mhux qiegħda hemm biex tieħu post l-att konjugali li fih issir ilprokreazzjoni, imma biex tgħin fejn hu possibbli. "Dan ifisser li jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn koppja tibqa' bla tfal għax il-mod naturali waħdu ma jwassalhomx biex ikollhom l-ulied. Għalhekk wieħed irid jifhem li t-tagħlim Kattoliku qed jitlob minn ċerti koppji sagrifiċċju kbir li jibqgħu bla tfal," jgħid Scicluna. L-isqof awżiljarju b'hekk isostni li b'mod naturali, il-wild ta' koppja omosesswali dejjem se jkun frott intervent ta' terzi persuni. "Għalhekk ma jagħmilx sens, la fil-loġika u lanqas filbioloġija, li wieħed jippretendi li koppja omosesswali tkun trattata l-istess bħal koppja eterosesswali li tista' tipprovdi l-elementi naturali biex bejniethom joħroġ wild ġdid. Mhuwiex ġust li issa jitolbu ugwaljanza fejn l-inugwaljanza vera m'hemmx." Hu jagħmila ċara li "b'dan il-kliem ma rridx infisser li jien favur interventi li jġibu fid-dinja wild ġdid li huma biss frott tat-teknoloġija. Ix-xjenza merħba biha meta tgħin dan l-att konjugali, imma m'għandhiex tkun hi li tissostitwixxi dan l-att filproċess tal-ħolqien ta' wild ġdid." L-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna itemm jgħid li d-diversità titlob li tiġi dejjem rispettata anke meta l-konsegwenzi tagħha ma jkunux dawk li wieħed jippretendi jew jistenna.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013