Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 11 Il-Punt u l-Buzu jzekzek Għawdex, iċ-Ċina u r-rollercoasters Jekk trid tkun taf il-futur għal Għawdex kulma trid tagħmel tmur il-Grand Hotel… għax kumbinazzjoni hemmhekk dejjem isiru l-laqgħat li fihom jissawwar Għawdex tal-futur… fil-lukanda utopika ta' Għawdex…. fejn jinħema l-pajjiż perfett li tfittxu u ma ssibu mkien…. u x'ma ssemmiex fost l-applawsi tal-fidili (li fakkruni fiċ-Ċina) … irridu ajruport… irridu katamaran… irridu aktar cables…. irridu aktar speċjalisti… irridu università… irridu qorti… irridu korsa taż-żwiemel… agħtuna x-xogħol… agħtuna l-ħidma…. agħtuna dak li ġġelidna għalih (ara xi ġrali qbiżt f 'Ġensna)…. għal dan kollu l-Professur tal-Ewropa kellu soluzzjoni…. Ngħidu liċ-Ċina u tagħmlilna l-ilma jiżfen…. Inti Djamant f 'nofs ilMediterran… Għawdex int biss tagħtini s-serħan (kien jgħidilna l-mibki Dominic Grech). Bil-ħaqq, il-leħen uniku tat-turiżmu f 'Għawdex…. il-Muscat tal-gżira minsija, talab biex iċ-Ċina tibnilu Theme Park…. għax Għawdex faċli tibdlu f 'park ta' divertiment…. dawra mat-toroq u jkollok esperjenza tal-aqwa rollercoasters…. Anke t-tema diġà lesta…. żmien il-kajbojs… il-qofol tagħha se tkun ix-Xewkija…. fejn ix-xorb jista' jinxtara bi rħis mill-Lidl il-ġdid. Se jkun hemm ukoll parti minnu għall-isparar bit-trap, trapping… insomma, xi ħaġa hekk u biex ma jitħassarx l-ambjent…. mhux se jinħela materjal għal plattini għax f 'Għawdex l-isparar se jsir fuq l-għasafar li m'humiex Maltin imma jgħaddu minn hawn mingħajr ebda permess (bħal klandestini dawn) . U fejn jidħol l-ambjent Għawdex tilgħablux tant li f 'dan il-park bħala CEO qed jissemma li jilħaq il-persuna l-aktar rinomata biex jieħu ħsieb l-ambjent…. Joe Perici Calascione (li anke ġie jgħix Għawdex) li hawn min jgħid li hu jaqbel mal-kaċċa tant kemm iħobb l-ambjent li ma jridx li l-għasafar iħammġu din il-gżira li adottat sew lilu kif ukoll lili. Għax jidher li kull ħmar li jaħrab minn Malta, Għawdex jeħel… Għawdex gżira tal-għoljiet, Fik il-paċi fik is-skiet, Art mogħnija bl-isbaħ ġmiel, Kif sawruk jien m'għandix ħjiel Għawdex il-post fejn kulħadd jimxi skont ir-regoli tal-pajjiż…. Araw ir-ritratt hat taħt! U nispiċċa bi kliem ta' għerf li kitbilna seħibna l-iskultur u artist Indrì Attard fuq il-Facebook. Jekk trid tkun ħabib tiegħi, il-bieb miftuħ, Jekk ma tridx tkun ħabib tiegħi , il-bieb miftuħ, Jekk jogħġbok toqgħodlix fil-bieb għax tkun qed timblokka t-traffiku ..... Ħasra li Indrì kien mal-ONE …. mal-ONE O ONE u ma' XARABANK u issa spiċċa fuq il-BANK… Tgħid hemm xi ħadd jimblukkalu l-bieb? Tatà MAURO PACE PARASCANDALO INT voluntier? Meta wieħed jagħmel din il-mistoqsija naf naraw tweġibiet li jvarjaw skont dak li wieħed jifhem b'volontarjat. Ħafna jassoċjaw il-volontarjat jew ma' xogħol fil-missjoni mal-foqra jew ma' dawk li jaħdmu f 'xi qasam soċjali ma' persuni bi bżonnijiet partikolari. Għalkemm dawn huma oqsma importanti fil-qasam tal-volontarjat, min-naħa l-oħra dawn jagħmlu biss parti żgħira mill-istess qasam. Mela min hu voluntier? L-aħjar definizzjoni naħseb li hi li voluntier huwa "kull min jagħmel kull tip ta' attività, formali jew informali, full-time jew part-time, li ġejja minn deċiżjoni personali u libera tal-individwu mingħajr l-ebda qligħ finanzjarju. Din l-attività tkun ta' benefiċċju lill-istess voluntier, lillkomunità u lis-soċjetà b'mod ġenerali, f 'oqsma li jindirizzaw oqsma varji li jolqtu l-aspett uman, soċjali u ambjentali". Din id-definizzjoni ta' min hu voluntier tista' titfa' dawl fuq din il-mistoqsija u forsi wieħed ikun jista' japprezza aktar ir-realtà tax-xogħol volontarju li jsir ta' kuljum madwarna. Iżda l-voluntiera qed jonqsu? Uħud mill-għaqdiet jistgħu jħossu li mhux isibu biżżejjed voluntiera għall-ħidma tagħhom u probabbilment għandhom raġun. Biss dan mhux bilfors jindika li l-voluntiera qed jonqsu. Hemm bosta realtajiet li l-volontarjat irid iħares lejhom, realtajiet li jaffettwaw kemm wieħed isib voluntiera għall-għan partikolari. Li hu żgur hu li l-voluntiera qed jinbidlu, qed jinbidlu għal bosta raġunijiet. Waħda mir-raġunijiet hija realtà ta' soċjetà li qed toffri opportunitajiet diversi f 'dinja kemxejn mgħaġġla, liema realtà tapplika wkoll għall-qasam tal-volontarjat. Jekk wieħed iħares lejn ix-xenarju tal-għaqdiet 30 sena ilu jintebaħ illi dan Int voluntier? inbidel kompletament, illum insibu li nibtu għexieren ta' għaqdiet f 'oqsma diversi. Jekk wieħed iħares lejn l-għaqdiet fl-oqsma soċjali, tas-saħħa u persuni b'diżabbiltà li qabel kont tgħoddhom, illum nibtu sabiex jindirizzaw aspetti varji u speċjalizzati. L-istess ġara fl-oqsma ambjentali, dawk sportivi u dawk fuq l-arti u l-kultura. Dan huwa riżultat pożittiv, biss riżultat li jġib miegħu sfida għal dawk li qed imexxu lill-istess għaqdiet. Kif inbidlu l-voluntiera hemm il-bżonn li jinbidlu wkoll l-għaqdiet talvolontarjat, mhux daqstant f 'dak li huwa l-operat tagħhom, iżda f 'dak li huwa l-mod kif imexxu l-istess operat, iżda fuq kollox, kif jiġbdu, iħarrġu u jieħdu ħsieb tal-voluntiera. Illum m'għadux iż-żmien illi l-voluntiera jaqgħu missiġra. Hemm bosta realtajiet u għaqdiet li qegħdin jikkompetu speċjalment għall-ħin taż-żgħażagħ, u għalhekk wieħed irid ikun jaf kif ibigħ l-għaqda tiegħu sabiex jiġbed demm ġdid. U meta wieħed jirnexxielu jiġbed voluntiera, hemm jibda x-xogħol ta' veru, trid tkun preparat li tħarreġ lill-voluntiera u tagħtihom x'jagħmlu għax jekk le dawn jiddejqu u jitilqu. Fil-fatt dawk l-għaqdiet li għarfu dan qed jikbru u jsibu voluntiera ġodda, fejn l-attività tagħhom qed tikber u tagħti l-frott. Min le jaf qed jaffaċċja r-riskju ta' mewta naturali. Huwa fatt li l-qasam talvolontarjat hemm bżonn li jkun sostnut sabiex ikun jista' fejn hemm bżonn jaġġorna ruħu f 'dan l-aspett, aspett li l-Kunsill Malti għas-settur tal-volontarjat qed jgħin fih permezz ta' taħriġ u konsultazzjoni sabiex l-għaqdiet jissaħħu fit-tmexxija tagħhom. L-għan tal-istess Kunsill huwa li jippromovi l-volontarjat u l-apprezzament tiegħu, apprezzament illi fis-soċjetà Maltija dejjem kien preżenti. Biss wieħed irid ikompli jippromovi u jikkwantifika x-xogħol tal-volontarjat għax għalkemm wieħed jaf japprezza l-impatt soċjali, forsi mhux dejjem apprezzat biżżejjed l-impatt reali fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Jekk wieħed iqis wieħed mill-aspetti prinċipli talekonomija Maltija li huwa t-turiżmu, mill-ewwel jintebaħ li bosta millattività li tiġbed lit-turist speċjalment fl-eqqel tażżmien tat-turiżmu huma l-attivitajiet imtella' millvolontarjat, mill-festi għall-attivitajiet kulturali u artistiċi. Kieku dawn l-attivitajiet kellna nħallsu lill-voluntiera li jaħdmu jorganizzawhom għax-xogħol tagħhom, kieku żgur bosta minnhom ma jsirux, u jekk le wieħed jista' jimmaġina l-impatt negattiv fuq it-turiżmu lejn pajjiżna. L-istess jista' jingħad għax-xogħol filqasam tas-saħħa u dak soċjali, fejn kieku kellna nħallsu għas-servizzi essenzjali li l-għaqdiet jagħtu lis-soċjetà jew kieku l-istess servizzi kienu jingħataw mill-istat, dan kien ikun ta' piż finanzjarju kbir li l-pajjiż jaf ma jkunx jiflaħ għalih. Il-volontarjat huwa sieħeb essenzjali fis-soċjetà li ngħixu u hemm bżonn li jkun sostnut kemm mill-istat kif ukoll minn kull individwu li jagħmel parti mill-istess soċjetà, u dan jista' biss iseħħ jekk ikun hemm għarfien u apprezzament sħiħ tal-valuri tal-volontarjat, valuri li huwa l-obbligu ta' kull min hu nvolut fl-stess settur li jindokra u jippromovi. Mauro Pace Parascandalo hu s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013