Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 13 orat u rqaq fil-ġebla tal-franka hija fil-kors li tisparixxi darba għal dejjem. Ġebel maqlugħ. Fejn taparsi ssewwa huwa flaġell artistiku. Ħaxix ħażin kullimkien. Il-bieb prinċipali, fl-istil Gotiku, sa ftit ilu kien mitluq ma' ħajt u floku għamlu ieħor li filfehma tiegħi huwa dagħwa kontra l-arti. Il-kappella wkoll qiegħda fil-periklu li tkompli ssofri ħasra li ma tissewwiex. F'dan iċ-ċimiterju hemm oqbra Vittorjani l-ġmiel tagħħom. Oħrajn ta' stili artistiċi ta' kull epoka minn minn meta nbena dan iċċimiterju fl-1869 sal-lum. Għalhekk għandek fih storja ħajja tal-istili artistiċi ta' dawn l-aħħar 150 sena miġbura f 'post wieħed. Għandħom ħaġa kommuni, kollħa jinsabu f 'rovina addolarata. Minbarra dan ilmonumenti u tifkiriet li fih dan il-post jirrakkonta minn xiex għadda l-poplu Malti. Dawk kollha li ġew qabilna u għamluna dak li aħna illum kollha qegħdin f 'dan il-post. Politiċi, litterati, professuri, akkademiċi, artisti u filosofi lokali. Dawn kollha għandħom il-memorja tagħhom f 'dan il-post imnaqqxa f 'xi monument jew statwa. Dawn ukoll għandhom ħaġa komuni: rovina addolorata. Dwar dan is-suġġett ktibt kemm-il darba. Ħafna kienu dawk li ilhom jiġbdu l-attenzjoni tal-istat tal-biki li jinsab fih. Iżda s-silenzju insensittiv min-naħa talawtoritajiet dejjem kien wieħed li jtarrax. Qatt ma kien hemm pjan dwar dan il-post. Li nibnu aktar oqbra kien hemm u anke f 'dan ir-rigward daħqu bin-nies. Iżda pjan serju ta' salvataġġ qatt ma kien hemm. Ma nafx jekk qattx kellkom l-opportunità li żżuru xi ċimiterju talCommonwealth li għadhom jieħdu ħsiebhom l-Inġliżi. Titgħaxxaq. Anke bejn iċċimiterji ħloqna speċi ta' diskriminazzjoni. Dawk li għadhom jieħdu ħsiebhom l-Inġliżi, huma pittma, indaf b'restawr kontinwu. L-Ingliżi għadhom sal-lum jivvotaw il-flus għalihom. Kważi kważi jkolli ngħid li bit-luq tal-Ingliżi minn Malta kienu l-mejtin li tilfu l-ħarsien. Fiċ-ċimterji tal-Commonwealth, il-ġardinaġġ huwa wieħed ordnat u miżbur. F'dak tal-Addolarata qisu ġnien fejn il-ġardinar jieħu ħsieb is-siġar sakemm jibqgħu jitfgħu d-dell. Wieħed mill-proġetti li rnexxa huwa t-tisbiħ tas'soft areas' madwar Malta. Sal-lum qatt ma fhimt għaliex l-istess sistema ma tintużax f 'dan iċ-ċimiterju li jista' jkun trasformat f 'wieħed mill-isbaħ ġonna f 'pajjiżna. M'għandniex dak is-sens ta' qima lejn ilmejtin ħlief darba fis-sena. Barra minn Malta hemm ċimiterji li huma attrazzjoni anke turistika. Jiġuni f 'moħħi tnejn. Pierre La mans' tal-Ewropa bosta kienu jipproponu fl-eqqel tal-kriżi. Kif nafu, kienet ilĠermanja ukoll, u speċjalment il-Bundesbank li opponiet bi kbir l-isforzi tal-Bank Ċentrali Ewropew sabiex jixtri l-bonds tal-pajjiżi f'diffikultà. Skond Simms, fl-aħħar ħames mitt sena, il-Ġermanja kienet dejjem jew diplomatikament f'saħħietha żżejjed jew dgħajfa wisq. Illum il-Ġermanja hija kemm f'saħħitha żżejjed kif ukoll dgħajfa żżejjed jew ta' lanqas m'hijiex impenjata żżejjed. F'kelma waħda, m'hix qiegħda tassumi r-rwol storiku li l-qagħda ekonomika, politika u diplomatika tagħha poġġiet fuq spallejha. U hawn qal ħaġa li laqtietni ferm : il-Ġermanja qiegħda fil-qalba tal-Unjoni Ewropea li ġiet imfassla l-aktar sabiex tirrestrinġi l-poter Tedesk (u tevita ripetizzjoni tal-orrur tal-gwerer tas-seklu 20) imma minflok (l-U.E.) serviet sabiex issaħħaħ il-poter Tedesk mentri d-difetti strutturali tal-EU qegħdin iċaħħdu ħafna Ewropej mis-sovranità tagħhom u ħalliehom bla saħħa demokratika fl-ordni l-ġdida. Il-kliem ta' Simms ċertament jagħmel sens għal dawk ilpensjonanti Portugiżi li spiċċaw b'€200 fix-xahar u sabiex jgħixu jridu joqogħdu fil-queue sabiex jieħdu l-ikel li toffri xi karità. Imma bħalma l-Ġermanja ġiet għarkubtejha wara l-ewwel gwerra li tilfet u kellha toqgħod għall-għamar inġust tal-Alleati għatxanin għat-tpattija, hekk ukoll pajjiżi bħal Portugall li tilfu l-gwerra ekonomika u daħħlu fl-ewro mingħajr ma tejbu l-kompetitività tagħhom iridu joqgħodu għall-amar talkredituri tagħhom sabiex jieħdu l-ossiġenu. Għażilt li nikkwota fit-tul lil Simms għax inħoss li r-rimarki tiegħu jqaxxru d-dilemma li kemm il-Ġermanja kif ukoll il-kumplament ta' l-Ewropa għandhom dwar ir-rwol talĠermanja fl-Ewropa tal-lum. Kissinger kien qal li l-Ġermanja hija kbira wisq għall-Ewropa u żgħira wisq għad-dinja. U dana qalu meta l-Ġermanja kienet għadha maqsuma b'erba' provinċji, hekk imsejħin land, li kienu jiffurmaw ir-Repubblika Demokratika Tedeska. Simms, minkejja li huwa studjuż Ingliż, qiegħed jistenna li l-Ġermanja tassumi r-rwol primarju fit-tmexxija tal-Ewropa imma fl-istess ħin qed jikkritika r-riġidità Tedeska li qiegħda timponi fuq il-kumplament talEwropa sagrifiċċji kbar. U din id-dilemma jħossuha anke t-Tedeski li joqogħdu ferm lura milli jasserixxu l-qawwa ekonomika tagħhom. Jippreferu jinqdew bl-istituzzjonijiet ewropej bħall-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali sabiex jiddettaw il-linja tagħhom mingħajr ma joqogħdu huma stess fl-ewwel fliera jagħmlu hekk. Imma l-influwenza Tedeska fid- deċiżjonijiet maġġuri kollha li jittieħdu fl-Ewropa ma tistax tiġi sottovalutata. Qed nesaġera? Jista' jkun. Irrid niċċara li dan l-artikolu bl-ebda mod m'hu xi kontribut anti-Tedesk u l-awtur huwa ammiratur kbir ta' ħafna affarijiet Tedeski. Fortunatament għaż-żona ewro, fiż-żmien l-aktar kritiku nħatar bħala president talBank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, li minkejja li hu Taljan, il-Ġermaniżi aċċettawh bħala l-aktar "Tedesk" mill-kandidati kollha. U Draghi ċertament asserixxa l-awtorità tiegħu u ma qagħadx għall-amar talBundesbank. Il-problema fl-EU hi li fejn qabel it-tandem Franco-Tedesk kien imexxi x-xalata u r-Renju Unit u l-Italja kienu potenzi ekonomiċi mhux ta' min jittraskurahom, illum Franza għaddejja minn stanjazzjoni ekonomika u qiegħda turi inkapaċità kbira li tirriforma ruħha. L-istess inkapaċità riformatriċi qiegħda turiha l-Italja li hija ukoll nieqsa mill-istabilità politika. Ir-Renju Unit, millbanda l-oħra, huwa mifxul, ma jafx lejn liema direzzjoni għandu jħares bid-dibattitu nazzjonali spiss ikkundizzjonat b'argumenti li issa anke bdejna nisimgħu fost l-ewroxettiċi ta' pajjiżna li jirriduċu l-proġett Ewropew għal cost-benefit analysis empiriku imma fuq kollox ċiniku. Mill-banda l-oħra, kriżi jew m'hux kriżi, il-qagħda ekonomika Tedeska hija tassew impressjonanti. Il-baġit tal-gvern huwa bilanċjat (kif kważi dejjem kien mill-1952 'l hawn tneħħi fiż-żmien wara l-għaqda Tedeska tal-1999) u dan anke minħabba l-fatt li l-Ġermanja tipproduċi kwint u tesporta kwart tal-produzzjoni tal-EU. Fil-fatt, nofs it-tkabbir ekonomiku Ġermaniż fl-aħħar 10 snin ġie mill-esportazzjoni u llum, il-Ġermanja tgawdi minn surplus estern ta' €188 bn jew 7% tal-PGD li hu l-akbar fiddinja f'termini assoluti u wieħed mill-akbar relattiv għall-kobor tal-ekonomija. Mill-banda l-oħra, ir-rata tal-qagħad li 10 snin ilu kienet terribli llum hi ta' 5.4%, waħda mill-aktar baxxi fl-Ewropa mentri l-qagħad taż-żgħażagħ hu ta' 8%, l-aktar baxx f'20 sena u nofs ir-rata Amerikana u terz il-medja Ewropea. Anzi jidher li l-Ġermanja ser ikollha problema kbira ta' nuqqas ta' ħaddiema ta' sengħa u qiegħda terġa; tattira attivament immigrazzjoni minn pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment fejn hemm rata qawwija ta' qagħad. Għalhekk, l-elezzjoni tal-lum hi daqshekk importanti. Merkel tgawdi minn popolarità kbira minkejja li bosta jikkritikaw il-kawtela tagħha in ġenerali u fil-kriżi ewropea in partikolari (kawtela li l-Ġermanizi in ġenerali jikkondividu). Chaise f 'Pariġi u High Gate f 'Londra. Iżuruhom eluf ta' nies minħabba l-istil artistiku tagħhom u l-ġabra ta' storja li hemm fihom. Għal xi pajjiżi iċ-ċimiterji huma post sagru mhux biss għax hekk għandu jkun, iżda għaliex fihom hemm il-memorja kollettiva ta' nazzjon. Nittama li xi darba jsir pjan ta' salvataġġ. Mhux biex insalvaw l-erwieħ. Iżda biex forsi huma jsalvaw lilna. Darba waħda fuq bieb ta' ċimiterju fl-Italja qrajt dawn l-erbgħa kelmiet: "Qui riposino i vivi". Graffitti mal-ħajt tal-istess ċimiterju b'sarkażmu kiteb "...e fuori i morti!". Naħseb fil-kas taċċimiterju tal-Addolarata din toqgħodilna perfettament. Il-partit tagħha, tadDemokristjani, huwa mistenni li jġib mal-40% tal-voti mentri s-Soċjaldemokratiċi qegħdin anqas minn 30% fl-istħarriġ tal-opinjoni. Imma jekk l-allejati tad-Demokristjani, il-Liberaldemokratiċi ma jaqbżux it-tarġa ta' 5%, Merkel jista' jkollha terġa' tidħol fi GrosseKoalition masSoċjaldemokratiċi kif kienet għamlet fl-ewwel mandat tagħha. Hemm stennija ukoll għall-vot tal-Ħodor li l-istħarriġ qed juri li jistgħu jieħdu madwar 15% u tal-partit tax-Xellug, Der Linke li l-partiti l-kbar iżommu 'l bogħod minnu minħabba r-rabtiet li għandu mal-eks-Partit Komunista tal-Ġermanja tal-Lvant. Fuq kollox, hemm stennija dwar ir-riżultat li ser jikseb il-partit ewroxettiku ġdid li ser isoff ilvoti mid-demokristjani bħalma Der Linke u l-Ħodor idagħjfu lis-soċjaldemokratiċi. Jekk Merkel jirnexxielha terġa' tifforma l-koalizzjoni mal-Liberaldemokratiċi, probabilment ftit ser ikun hemm ċaqliq fil-politika ekonomika Tedeska u fl-atteġjament lejn l-Ewropa. Imma jekk tiġi sfurzata tifforma koalizzjoni mas-soċjaldemokratiċi, wieħed jistenna li jkun hemm anqas enfasi fuq politika ta' awsterità fil-kumplament tal-Ewropa. U għalhekk, bosta ser jistennew b'ħerqa r-riżultat tal-lejla. ellisjoseph@gmail.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013