Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Ittri Ir-riunjoni għas-64 Entry tat-Tarzna L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt VICTOR LAIVIERA IN-NAXXAR NOFS seklu ilu l-qagħda tal-impjieg ma tantx kienet sabiħa hawn Malta. Iż-żmien meta l-Ingilterra kienet tissussidja l-ekonomija ta' Malta kien għadda, l-industrijalizzazzjoni kienet għadha ma rrankatx u t-turiżmu kien għadu filbidu tiegħu. L-Università, b'mod ġenerali, kienet għadha aċċessibbli għal klassi żgħira privileġġjata. L-aktar li wieħed seta' jaspira kien għal xi post mal-Gvern – sod iżda bi ftit prospetti. Għalhekk, meta l-Malta Drydocks, it-tarzna kummerċjali li kienet twieldet mit-tarzna navali, iddeċidiet li terġa tqajjem l-iskema ta' apprendistat, kien hemm interess qawwi u mijiet ta' żgħażagħ, fosthom xi wħud mill-aktar kapaċi tal-ġenerazzjoni tagħhom, applikaw bi ħġarhom. Wara serje ta' testijiet impenjattivi u innovattivi ntgħażel grupp ta' 80, segwit minn grupp iżgħar, u ftit akbar fl-età, ta' 20. F'Settembru tal-1964, 100 żagħżugħ, magħrufin bħala s-"64 Entry", bdew l-istudji u t-taħriġ fid-diversi snajja' pprattikati fit-Tarzna. Għal xi wħud kien il-bidu ta' impjieg tul il-ħajja; għal oħrajn, kien l-ewwel pass ta' karrieri diversi oħrajn. "Il-PBS m'aċċettax programmi ta' Bondi" MARIO AXIAK KAP RIĊERKA U KOMUNIKAZZJONI BLATA L-BAJDA NAGĦMEL referenza għallartiklu bit-titlu "Il-PBS m'aċċettax programmi ta' Bondi" li deher fil-ħarġa talġurnal Illum ta' nhar il-Ħadd 15 ta' Settembru. L-Awtorità tax-Xandir tiċħad kategorikament li f 'xi żmien ħadet xi deċiżjoni jew ħarġet xi direttiva biex il-programm Bondi+ jitnaqqas minn darbtejn għal darba fil-ġimgħa kif ġie rrappurtat fl-artiklu fuq imsemmi. Kull deċiżjoni dwar ilprogrammi fuq TVM jittieħdu mill-amministrazzjoni tal-istazzjon u mhux millAwtorità tax-Xandir. Tul dawk l-ewwel xhur u snin ta' taħriġ, inħolqu rabtiet ta' għaqda u ħbiberija li baqgħu sodi tul iż-żmien. Ħafna żammu kuntatt ma' xuxlxin, jaqsmu aħbarijiet u avveniment, anki mit-trufijiet imbiegħda tad-dinja fejn ħadithom il-ħajja. B'sogħba, nafu li xi wħud m'għadhomx magħna – nieqsa iżda mhux minsijin. F'Settembru tal-2014 jaqa' l-50 anniversarju ta' dan l-avveniment importanti fil-ħajja ta' dawn il-100 żagħżugh – u ħafna minna ninsabu ħerqana li nfakkruh permezz ta' riunjoni. Iżda mhux daqstant faċli tagħmel kuntatt ma' kulħadd — hemm min, barra li rtira, kien bidel ix-xogħol, bidel l-indirizz, inqata'. Nixtiequ nisimgħu mingħand il-membri tas-64 Entry, qrabathom jew il-ħbieb tagħhom biex insibu kemm nistgħu minn dan il-grupp. Inħeġġukom tibagħtu email fuq victorl@maltanet. net jew iżżuru l-paġna tagħna fuq facebook https:// www.facebook.com/ groups/357015184332932/ Il-ħasla l-kbira lirrivista Economist G. BONETT MARSALFORN LUCA Volante, iċChairman tad-Dignitatis Humanae Institut ta' Ruma, kiteb lir-rivista awtorevoli ekonomika Ingliża The Economist, fit13 ta' Lulju, fejn taha ħasla Ingram t, Valletta Republic Stree urts next to the Co għall- policy editorjali inġusta tagħha. Waqt li f 'kitba dwar ilprotesti li seħħew madwar id-dinja ir-rivista semmiet il-protesti li saru fil-Brażil, fit-Turkija, fl-Eġittu u filGreċja fost l-oħrajn, The Economist ma semmietx il-miljun Franċiż li pprotesta kontra l-liġi ta' żwieġ għal persuni tal-istess sess li Francoise Hollande sforza fuq Franza, minkejja tant oppożizzjoni mill-protesti Manif Pour Tous. Liġi li bidlet it-tifsira taż-żwieġ. Bħal fil-protesti li seħħew fil-Brażil, fit-Turkija, flEġittu u fil-Greċja, f 'dik ta' Franza wkoll id-dimonstanti kienu nies komuni millklassi tan-nofs u mhux minn lobbisti, u bħal fiddimostrazzjonijiet f 'oħra kien hemm laqtiet ta' briju u rabja. Iżda l-protesta talFranċiżi, The Economist ma semmithiex, għax kienet kontra l-policy favur l-omossesswali li jimxi biha The Economist. IċChairman tad-Dignitatis Humanae Institute spiċċa l-ittra tiegħu bi kwotazzjoni indirizzata lejn l-istess The Economist li kienet imsemmija fl-artiklu talistess rivista li 'In the long run autocrats may pay a higher price'. (L-awtokratiċi jħallsu prezz għoli fl-aħħar mill-aħħar.)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013