Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 19 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Iċ-Ċina s-soluzzjoni għal Għawdex? L-Għawdxin jitolbu għal air strip, katamaran, stipendju skont l-għoli tal-ħajja u toroq rurali aħjar DIN il-ġimgħa f 'lukanda ewlenija f 'Għawdex kien hemm konsultazzjoni pubblika qabel ilbaġit biex l-Għawdxin isemmgħu leħinhom dwar x'jixtiequ għal gżira tagħhom mal-Ministru talFinanzi l-Edward Scicluna qabel jiġi sottomess il-baġit. Fost dawk preżenti kien hemm l-imsieħba soċjali Għawdxin u l-amministrazzjoni tal-Ministeru ta' Għawdex flimkien mal-istess Ministru Anton Refalo u s-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca. L-introduzzjoni saret mill-Ministru tal-Finanzi fejn għamel nofs siegħa jassigura lil kulħadd li l-ftehim li se jsir maċ-Ċina se jkun ta' ġid għal Malta. Hu kkritika lill-Kap talOppożizzjoni dwar li qed ibeżża' biċ-Ċina u qal li din hi biss fantasija tal-Kap tal-PN. Hu qal li ċ-Ċina hi l-aktar pajjiż b'saħħtu fid-dinja u ma jistax jifhem għaliex il-PN qed ibeżżgħu li l-Ewropa ma tiħux gost b'dan il-ftehim meta ċ-Ċina xtraw 20% fl-enerġija talPortugall, 10% ta' Heathrow Airport, 45% tal-ilma ta' Londra, 45% f 'kumpanija tal-enerġija fil-Kanada u 7% tas-satellita Ewropea Eutelsat. Kompla jgħid li ċ-Ċina qed tinvesti miljuni kbar fl-Ewropa u anke fl-Istati Uniti. "Lil Malta qabżitna għax il-gvern ta' qabel kien mehdi fil-problemi interni tiegħu," kompla Scicluna. Sadattant Għawdex sal-ewwel nofs siegħa kien għadu ma ssemma xejn, iżda l-ministru temm id-diskors tiegħu billi qal li ċ-Ċina għandha tkun it-tielet opzjoni għal Għawdex wara l-Ewropa u l-Gvern Ċentrali. Il-Ministru talab biex jiġi identifikat proġett wieħed kbir fejn iċ-Ċina tiġi mħajra tinvesti fih. L-ewwel li semma leħnu kien Michael Grech f 'isem il-Gozo Business Chamber li beda billi feraħ għal dan il-ftehim maċ-Ċina u wara kompla biex qal li l-Gvern fil-baġit li jmiss għandu jidentifika spazji f 'żona fejn ikun jista' jsir investiment ħalli jitkattar ix-xogħol. Semma wkoll l-problema li hemm fibre optic cable wieħed għal Għawdex u jekk jinqata' dan il-cable Għawdex jiġi iżolat middinja. Qal li għalhekk Għawdex ma kellux suċċess fil-qasam tal-Igaming u ICT. Mark Schembri tkellem f 'isem l-istudenti universitarji Għawdxin għalkemm qal li hu qed isemma l-leħen ta' studenti oħrajn fl-ITS u MCAST u anke taż-żgħażagħ oħra Għawdxin. Mark Schembri qal li l-aktar ħaġa importanti u għandha Waqt il-laqgħa mal-Għawxdin dwar il-bżonnijiet tagħhom tkun immedjata hi ta' fast link bejn l-Ministru Scicluna wieġeb li l-gvern Malta u Għawdex . ta qablu ma ħallilhomx wirt tajjeb Il-proposti tal-lukandiera Għawdxin biżżejjed iżda huma se jaħdmu fuq ġew imwassla minn Joe Muscat li il-programm elettorali tal-partit li issa qal li hemm bżonn li wara l-ftehim la qiegħed jiggverna sar il-programm maċ-Ċina rridu naħdmu biex nieħdu tal-Gvern. Qal ukoll li ħafna minn dak ftit mit-turiżmu Ċiniż li jivvjaġġaw li semma se jiġi attwat (speċjalment 90 miljun fis-sena u minnhom ma jekk qiegħed fil-programm) iżda ' nieħdu xejn. jitwettaq gradwalment anke f 'żewġ Muscat qal li Għawdex għandu baġits. bżonn jiddeversifika fit-tip ta' turiżmu u semma li għandu jsir Theme Park. "Irridu żvilupp u ma nħallux Ilmenta wkoll għall-istat fqir tat-toroq Għawdex presepju" – Anton Refalo rurali ta' Għawdex. It-turiżmu lejn Se jsir qorti state of the art villaġġi rurali fil-farmhouses u s-selfGħalaq is-serata l-Ministru għal catering apartments jiżboq lil dak talGħawdex Anton Refalo li qal li lukandi u għalhekk aktar turisti qed r-realtà hi li biex iseħħ dan kollu li jużaw dawn it-toroq u hemm bżonn qed jitlob l-Għawdxi irid isir żvilupp immedjat li l-gvern jieħu ħsiebhom. u Għawdex ma jibqax presepju. Qal li Tkellem ukoll Mark Busuttil f 'isem se jkun hemm dibattiti argumentattivi il-kumpaniji tad-diving fejn qal li f 'dawn is-snin li ġejjin dwar ilhemm bżonn li jieħdu ħsieb l-ambjent permanent links jekk hux mina jew tal-baħar u semma li fl-Mġarr ix-Xini pont, dwar il-katamaran, dwar l-air hemm speċi ta' żwiemel tal-baħar li strip u oħrajn. qed jinqerdu minħabba l-ankri tadIl-Ministru qal li l-ambjent Għawdxi dgħajjes li jidħlu hemm. se jittieħed ħsiebu iżda wieħed Il-GWU talbet lil Gvern biex irid iħares lejn l-iżvilupp tal-gżira joħloq iżjed xogħol f 'Għawdex għax wkoll, "għax Għawdex ma jridx ikun ħafna ħaddiema qed jaħdmu xogħol aċċessibbli għal Maltin biss iżda għallprekarju għax l-employers jafu li għal Ewropa". kull għadma hemm mitt kelb. Il-Ministru Refalo qal li l-ewwel Kelliem għall-istudenti Pulse, proġett ġej mill-aspett soċjali fejn f 'Għawdex Jason Masini talab biex qed issir l-ewwel dar għall-anzjani li l-istudenti Għawdxin ikollhom se jkun fiha 140 sodda u dan qed isir stipendju skont l-għoli tal-ħajja u flimkien mal-barrani. stipendju għal min jirrepeti. Semma wkoll il-korsa moderna tażGħal dawn il-proposti kollha żwiemel li se tkun tagħmel parti ma' kumpless sportiv sħiħ. "Barra hekk inħema proġett ieħor fejn se jkollna qorti state of the art u jkollu l-istess funzjonijiet li għandu l-qorti f 'Malta," kompla l-ministru li qal li f 'dawn il-ħames snin il-ministeru tiegħu se jaħdem bis-sħiħ biex il-wegħda elettorali titwettaq li jġibu l-Għawdxin jaħdmu f 'Għawdex billi dak li hemm Malta jinġieb Għawdex u l-gżira tintuża wkoll bħala back office. Avvenimenti kulturali f 'Għawdex Illum 22 Ta' Settembru Victoria – Independence Square: 7.30 p.m. Kunċert mill-Forzi Armati ta' Malta bħala kommemorazzjoni talIndipendenza Għajnsielem – Pjazza tad-Dehra: Ilġurnata kollha Kids Fun fair. Attivita għat-tfal u l-familji fl-okkażjoni tal-Car Free Day. Ix-Xlendi Bay: 10 a.m. – 5 p.m. Water Sports entertainment programme Is-Sibt 28 Ta' Settembru Iż-Żewwieqa- Il-port tal-Imġarr: Mis-6pm 'il quddiem Summer's last Call Divertiment u mużika live millgruppi u kantanti lokali u minifest fil-yacht marina li għadha kif ġiet restawrata u modernizzata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013