Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 21 kultura@mediatoday.com.mt Serata dwar il-film Troy li nġibed Malta IL-EURO Media Forum u Palazzo Depiro se jippreżentaw Troy, attività u diskussjoni f 'Palazzo Depiro, fl-Imdina nhar it-Tnejn, 30 ta' Settembru fis-7 p.m. Meta se jiġi ċċelebrat l-għaxar sena mill-ġbid tal-film f 'Malta, Winston Azzopardi li waqqaf il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Films, li kien l-ewwel Kummissarju taċ-Ċinema, se jiddiskuti r-raġunijiet għalfejn il-gżira Maltija ġiet magħżula biex tospita dan il-film u l-effett tiegħu fuq l-ekonomija Maltija. Id-diskussjoni, li se tkun moderata minn Justin Camilleri, se tidiskuti fuq il-mod kif diversi xeni tal-film urew lokalitajiet differenti ta' Malta li għenu biex jagħmel suċċess. Dirett minn Wolfgang Petersen, il-film Troy kien mimli stilel bħal Brad Pitt, Orlando Bloom, Eric Bana, Diane Kruger u l-attur ċelebri Peter O'Toole. Il-film irrakkonta x-xogħol epiku ta' Omeru dwar l-assalt fuq Trojja mill-forzi Griegi u l-protagonisti famużi storiċi li baqgħu magħrufa sal-lum. Din is-serata se toffri wkoll tagħrif interessanti dwar il-proċess ta' kif isiru l-films u kif jintgħażlu l-postijiet fejn isiru. Kulħadd huwa mistieden u l-udjenza se tkun tista' tipparteċipa u ssaqsi mistoqsijiet. L-ispazju huwa limitat u l-biljetti jiswew €10 minn Palazzo Depiro. Għall-bookings ibagħtu email lil euromediaforum@ gmail.com jew sms lil 99454066, jew idħlu fuq http:// www.facebook.com/Euro. Media.Forum Iz-żiemel ta' Trojja fil-film Troy In-nanna, Temi u d-deni tal-Krimea IX-XJENTISTA u l-artista Ira Melkonyan tinseġ flimkien rakkont ta' storja personali It-tifla li tħobb ix-xita ILTAQGĦU ma' Imeldina: tifla gustuża li tħobb x-xita. Kitba ta' Sandra Hili Vassallo u pubblikazzjoni Merlin Publishers, Imeldina huwa l-iżjed picture book riċenti għat-tfal ta' bejn it-tlieta u s-sitt snin. Kemm-il darba nisimgħu l-kumment li hawn nuqqas ta' kotba bil-Malti għal din l-età. Imeldina se jkompli jtaffi dan in-nuqqas bil-kwalità għolja ta' kitba u produzzjoni, u bl-illustrazzjoniet sbieħ u ħelwin ta' Beatrice Costamagna. Il-kollaborazzjoni ma' din l-illustratriċi Taljana timmarka suċċess ieħor ma' artisti internazzjonali għall-Merlin Publishers. Imeldina hija l-istorja ta' tifla li bil-kreattività tagħha tipprova traqqa' t-toqba li ssib fil-boots. Tuża kull ħaġa li taħseb li jista' jżomm l-ilma milli jidħol u jxarrbilha l-kalzetti u saqajha. Forsi mhux dejjem is-soluzzjonijiet tagħha jirnexxu, iżda naraw l-ideat innovattivi u xi kultant eċċentriċi li t-tfal joħorġu bihom biex isolvu problema li tkun inqalagħtilhom. Nafu kemm hu importanti li t-tfal jikbru jħobbu l-kotba u l-qari. U Imeldina żgur li se jidħol f 'qalbhom kemm minħabba l-istampi friski, kemm minħabba l-istorja li tħajjarhom joħolmu u jixxennqu li bħal Imeldina jċafalsu fl-għadajjar. Imeldina jinsab għallbejgħ mingħand il-ħwienet talkotba kollha, jew online minn www.merlinpublishers.com tal-familja, riċerka xjentifika u kura farmaċewtika filpsikoloġija mifrux fuq perjodu ta' madwar 100 sena. Ir-rappreżentazzjoni l-ġdida tar-rubberbodies collective, Grandma, Temi and the Crimean Fever, se tittella' għall-ewwel darba waqt ilfestival Xjenza fil-Belt nhar il-Ġimgħa 27 ta' Settembru f 'Palazzo Castellania (ilMinisteru tas-Saħħa), 15 Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta. Ir-rakkont ta' Melkonyan li se jsir fl-isfond ta' Palazzo Castellania fil-Belt Valletta jappella għal dawk li huma kurjużi u avventurużi. Il-vjaġġ jilħaq l-aqwa tiegħu f 'kamra żgħira u mitluqa li fiha hemm it-tagħrif ta' għexieren ta' snin ta' riċerka medika f 'Malta. Kien f 'dan il-laboratorju li fl1905 t-tabib u l-arkeologu Sir Themistocles Zammit skopra l-mikrobu Mediterranju tal-Bruċellosi, magħruf ukoll bħala l-marda Bang, iddeni tal-Krimea, id-deni ta' Ġibilterra, id-deni Malti, iddeni Mediterranju, rock fever jew undulant fever. X'inhi r-rabta bejn in-nanna ta' Melkonyan u r-riċerka ta' Zammit? Miktuba minn Ira Melkonyan u Vedrana Klepica, b'Katarina Pejović bħala d-drammaturgu, il-mawra ta' 30 minuta tippreżenta rakkont affaxxinanti. Id-dħul huwa b'xejn nhar il-Ġimgħa 27 ta' Settembru biss. Il-ħinijiet tal-ispettaklu huma fis-18.30, fis-19.30, fit-20.30, u fid-21.30. Ilbibien għad-dħul jinfetħu 5 minuti qabel kull wirja u l-parteċipazzjoni hija llimitata għal 15-il persuna kull wirja. Rappreżentazzjonijiet oħra bil-biljetti se jsiru fit-28 ta' Settembru u fl-4, l-10, il-11 u t-12 ta' Ottubru.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013