Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 5 Xi tfisser l-Indipendenza għal min għexha JEAN PIERRE CASSAR IL-GAZZETTA ILLUM tkellem ma' żewġ persuni li għexu żmien l-Indipendenza li xehdu dak li Malta wettqet fl-1964. Tkellmu minn dak li raw u dak li affettwa lillMalta tal-lum. Lino Spiteri, l-eks-Ministru Laburista u Michael Falzon, eks-Ministru Nazzjonalista, tkellmu fuq kif jaraw din ilfesta nazzjonali. Lura għal 1964, il-Partit Nazzjonalista, taħt it-tmexxija ta' Ġorġ Borg Olivier, kien isostni li "b'rajna f 'idejna u naħsbu għal rasna bilfors ikollna riżultati aħjar milli jikkmandana ħaddieħor skont kif jaqbel lilu." Mill-banda l-oħra, il-Partit Laburista, taħt it-tmexxija talPerit Mintoff, dak iż-żmien kien isostni li l-Indipendenza ma kinitx sħiħa għax tħalli ħafna rbit mal-Gvern Ingliż. Dan hu deskritt minn Spiteri bħala "kritika f 'waqtha" li issa għadda żmienha u r-rabtiet li kien jagħmel referenza għalihom il-Partit Laburista, f 'dak iż-żmien, issa nqatgħu. Falzon, li jirrakkonta din mill-memorja ta' ġuvni ta' 19-il sena fl-Università, segwa d-dramm politiku li wassal għal din il-jum storiku li Falzon jiddeskrivi bħala jum li fih "trawmet fiduċja fina nfusna li qatt ma kien hemm qabel." Dakinhar taċ-ċerimonja fejn fl-Arena tal-Indipendenza ttellgħet il-bandiera Maltija flok dik Ingliża, "mument emozzjonali u ta' ferħ li diffiċli tiddeskrivih" jgħid Falzon. Partitarji Laburisti li dak iż-żmien ma kinux jaqblu ma' xi punti fil-Kostituzzjoni kienu jinsabu preżenti b'oppożizzjoni fiżika filFurjana matul l-istess ċerimonja, li bir-raġunijiet tiegħu l-PL kien qed jiddeskriviha bħala "qabża perikoluża fid-dlam." Illum, iż-żewġ persuni, miż-żewġ partiti differenti, jaqblu li dan kien kisba għall-pajjiżna u pass lejn is-sovranità, rikonoxxuta u rispettata mill-bqija taddinja. Falzon jgħid li jiftakar sewwa dak kollu li seħħ biex Malta tieħu l-Indipendenza tagħha, deskritt bħala "att ta' fiduċja fil-kapaċità tal-poplu Gorġ Borġ Olivier fl-Indipendenza fil-21 ta' Settembru 1964 Michael Falzon Lino Spiteri Malti, fiduċja li llum naqblu li kienet mistħoqqha." Lura fl-1964, Mintoff kien jisħaq li l-Indipendenza mhix reali hekk kif kien hemm diversi affarijiet li kienu għadhom f 'idejn il-barranin. Michael Falzon iqabbel il-pajjiż ma' tarbija u jgħid "Meta titwieled tarbija din ma ssirx titkellem, timxi u tirraġuna mill-ewwel jum." Jidher li fejn il-mexxej Nazzjonalista ried li l-bidliet isiru gradwalment u b'pass iktar kajman, il-mexxej Laburista kien iktar iħobb "itterapija tax-xokkijiet" kif inhi deskritta minn Falzon. Meta mistoqsija, it-tnejn li huma għal-liema festa għandha tintgħażel bħala l-festa nazzjonali, wara l-ħafna diskussjonijiet li qed jinqalgħu fil-pajjiż li għandna wisq festi nazzjonali, Spiteri ma weġibx għal din il-mistoqsija, waqt li Falzon, għażel l-Indipendenza. Meta mistoqsi r-raġuni wara din l-għażla qal: "Jien bdejt neżisti f 'jum twelidi, mhux meta qtajt xagħri għall-ewwel darba, jew meta għamilt ilpreċett, jew meta għalaqt 18il sena, jew meta bdejt ngħix għal rasi. Jum twelid Malta bħala pajjiż indipendenti kien il-21 ta' Settembru 1964 u għalhekk din il-ġurnata għandha tkun il-Jum Nazzjonali ta' Malta. Ma jfissirx li l-ġranet l-oħra m'għandhomx is-sinifikat tagħhom ukoll,iżda jum it-twelid wieħed għandu pajjiżna." Lino Spiteri ddeskriva l-Indipendenza bħala rappreżentazzjoni ta' żvilupp li legalment għamel lil Malta sovrana. Jgħid li wieħed għandu jinsa l-kontroversja li kien hawn fil-pajjiż waqt li kienet qiegħda tiġi diskussa u ċċelebrata għall-ewwel darba. Mill-banda l-oħra, iżid li "Mintoff kellu d-dritt ikeċċi lin-NATO u jisforza ftehim ġdid mal-Ingliżi proprju għax konna indipendenti." Jibqa' jisħaq li Jum ilĦelsien qatt ma kien ikun possibbli kieku ma wasalx Jum l-Indipendenza, "jum li Mintoff tant prova jkasbar." Laqgħat ta' Informazzjoni fuq Effiċjenza fl-Enerġija fis-Settur Domestiku L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi se żżomm 3 laqgħat ta' informazzjoni fuq is-suġġett ghal publiku in ġenerali. Il-laqgħat ser isiru bil-Malti kif indikat hawn taħt: Innizzjattivi fl-Effiċjenza fl-Enerġija fid-djar It-Tlieta 1 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Effiċjenza fl-Enerġija fil-Bini It-Tnejn 7 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Sorsi ta' Enerġija Rinovabli fid-djar L-Erbgħa 30 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Min hu interessat li jattendi dawn il-laqgħat li se jsiru bla ħlas, huwa mitlub li jirriserva post billi jċempel fuq 22955121 jew jibgħat e-mail fuq events@mra.org.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013