Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 | illum 7 dha tkun il-festa nazzjonali Owen Bonnici Eileen Montesin 2. Nemmen li għandhom jibqgħu hemm kollha kemm huma. Għas-sempliċi raġuni li jekk jitneħħew jonqsu l-vaganzi u m'hemm xejn isbaħ minn festa fost il-ġimgħa biex taqta' r-rutina. 2. Jekk nagħżlu dawn iż-żewġ festi l-poplu kollu jkun kuntent għax anke jekk nippruvaw ma nammettux il-poplu huwa maqsum fi tnejn u allura l-ebda naħa ma tkun tista' tgħid dik il-festa tiegħi jew mhix tiegħi. Preżentatur 1. Kieku jien ma nagħżilx waħda mill-ħamsa preżenti iżda nagħżel l-ewwel ta' Mejju. Hija Jum il-Ħaddiem u nemmen li Malta timxi 'l quddiem bis-saħħa ta' kull wieħed u waħda minnha, bilħidma tagħna. Christabelle Borg Personalità 1. Għandu jkun hemm żewġ festi nazzjonali. L-Indipendenza fil-21 ta Settembru u Jum il-Ħelsien fil-31 ta' Marzu. Iż-żewġ festi għandhom sinifikat importanti għal pajjiżna biex wasal fejn hu llum. Kantanta 1. Mingħajr ma nneħħi l-mertu tal-festi nazzjonali l-oħrajn u blebda mod mhu qed ngħid li l-festi l-oħrajn m'humiex importanti. Jekk ikolli nagħżel waħda naħseb li mmur għal Jum il-Vitorja huwa dak li għandu sinifikat l-iktar b'saħħtu għalina l-Maltin. Jum il-Vitorja hija importanti għal fatt li wriet li aħna l-Maltin għalkemm gżira żgħira rnexxielna negħlbu l-imperu Tork flAssedju l-Kbir. Nagħżel din ukoll għax iġġib magħha r-regatta li kull sena nieħu gost insegwi. 2. Mill-banda l-oħra mbagħad ma naqbilx assolutament u r-raġuni hija li kull festa partikolari hija għal qalb ħafna nies. Hawn nies li jiddedikaw ħajjithom għall-festi u allura jien ma naqbilx li jitneħħew. Kull festa nazzjonali li niċċelebraw għandha s-sinifikat tagħha u m'huwiex sew li niddeċiedu li nneħħu minn festa nazzjonali dik il-ġurnata li tant fissret għal missirijietna. Maria Grech Ganado Michael Briguglio Alexander Saliba 2. Le ma naqbilx. Jekk tintgħażel festa waħda biss, donna nkunu qed ngħidu li l-identità Maltija, jekk nistgħu nużaw dan it-terminu, hu determinat minn avveniment wieħed. Minflok ma niċċelebraw id-diversità u l-pluralità ta' avvenimenti storiċi nkunu qed nirriduċu kollox għal ġrajja waħda. Poetessa Li kien għalija, avolja nemmen li l-ħames festi ħaqqhom jibqgħu ċċelebrati, il-Festa Nazzjonali għandha tkun waħda, u għandha tgħaqqad lill-Maltin kollha mhux tifridhom. Kemm l-Indipendenza u kemm il-Ħelsien, skont jien, għadhom jaqsmu l-poplu flok jgħaqqduh kif jixirqilha Repubblika matura. Hekk jew hekk iż-żewġ festi,li jiċċelebraw indipendenza de jure u de facto, naħseb li jinġabru fiċċelebrazzjoni tat-13 ta' Diċembru, Jum ir-Repubblika, li llum naċċettawha u nqimuha lkoll. Għalhekk kieku kont nagħżel jew it-13 ta' Diċembru jew it-8 ta' Settembru, festa tradizzjonali li m'għandha l-ebda assoċjazzjoni mal-politika tal-lum, u li, wara kollox, tiċċelebra l-Vitorja kontra t-Torok fl-1565, it-tluq tal-Franċiżi fl-1800 u l-jum fl-1943 li l-Italja ċediet l-armi kontra l-alleati fit-Tieni Gwerra Dinjija. President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti 1. Nemmen li bħala pajjiż wasal iż-żmien sabiex b'sinjal ta' għaqda u maturità nibdew nagħtu l-importanza li tixraqilhom lill-festi nazzjonali kollha. Spiċċa ż-żmien li nibqgħu nikklassifikaw il-festi nazzjonali bħala festi ta' nofs poplu, kull kisba li għamel pajjiżna għandha tingħata d-dinjità li jistħoqqilha. Bħala attivist fi ħdan il-PL ma niddejjaqx ngħid li kburi blIndipendenza ta' pajjiżi daqs kemm jien kburi li pajjiżna huwa pajjiż ħieles, sovran u repubblika. Kull kisba kellha l-importanza tagħha fil-kullana ta' kisbiet storiċi li għamel pajjiżna sabiex illum jinsab fejn hu. 2. La naqbel li għandna nneħħu xi festi Nazzjonali u wisq inqas naqbel li għandna nżidu oħrajn. L-isfond storiku u soċjo-politiku ta' pajjiżna wasal sabiex għal kuntrarju ta' ħafna pajjiżi Ewropej għandna aktar minn festa Nazzjonali waħda u għalhekk nemmen li din ir-realtà għandna napprezawha. Wieħed ma jistax jinsa lanqas il-fatt li ħafna mill-festi nazzjonali li niċċelebraw għandhom marbuta magħhom numru ta' tradizzjonijiet li ilhom jiġu prattikati snin twal. Oliver Friggieri Awtur u ħassieb 1. Kemm Jum l-Indipendenza u kemm Jum ir-Repubblika huma mumenti storiċi ewlenin ta' xeħta nazzjonali. Huma wkoll ġrajjiet riċenti marbutin ma' mexxejja li ħafna minna niftakruhom sewwa. Il-mertu storiku taż-żewġ okkażjonijiet hu evidenti, anki jekk hu mgeżwer fil-polemika. Sa hawn jista' jaqbel kulħadd. Imma liema waħda se tingħata preferenza? Kull preferenza se tkun blu jew ħamra. Il-valur storiku jgħodd, imma ma huwiex hu li jħoll u jorbot, la darba kull ġrajja għandha lewn partiġġjan differenti. Il-qasma partiġġjana tibqa', anki jekk jintgħażlu l-Indipendenza u r-Repubblika flimkien. L-għaqda trid tinstab fit-triq tan-nofs. 2. Il-festi nazzjonali huma importanti u utli jekk ikunu tabilħaqq nazzjonali. Ftit huma l-okkażjonijiet li huma nazzjonali f'Malta, u dawn huma festi reliġjużi (bħall-Ġimgħa l-Kbira eċċ.). Qiegħed insemmihom biss, naturalment, biex nuri li l-poplu Malti ma jiltaqa' qatt, f'ebda okkażjoni storika-kulturali, bħala poplu wieħed u sħiħ. Ma hemmx soluzzjoni faċli, anzi naħseb li m'hemmx. Il-Gvern ta' Joseph Muscat ħa pass għaqli ħafna li jista' jissokta jkabbar il-politika ta' rikonċiljazzjoni. Il-kultura tar-rispett bejn il-partiti mhix sfida ħafifa, anke jekk jitqies biss liema għandu jkun il-Jum Nazzjonali. Iridu jkunu l-mexxejja politiċi flimkien li jagħmlu sforz wieħed biex jintlaħaq ftehim fuq jum nazzjonali li hu tassew jum ta' għaqal u rispett lejn xulxin. Eks-Kap tal-Alternattiva Demokratika 1. Għalija m'hemmx festa waħda, unika, li tispikka iktar minn oħrajn, speċjalment meta dawn jissimbolizzaw ġrajjiet ta' importanza. Ma nara xejn ħażin li nies, gruppi u organizzazzjonijiet differenti jidentifikaw ma' festi partikolari. Is-soċjetà hi magħmula minn identitajiet u fehmiet differenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013