Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2013 | illum 9 Dawra sa Tas-Sliema Ir-rotta talġurnalist Jean Pierre Cassar Għal darb'oħra l-ġurnalista reġa' mar iħuf madwar pajjiżna biex jara x'qed jiġri fil-madwar u x'qed jinbidel f'pajjiżna, jew forsi aħjar, x'qed jitħalla l-istess. Wieħed jista' jgħid li din il-ġimgħa kienet l-aħħar waħda b'rutina sajfija, hekk kif minn din il-ġimgħa eluf ta' studenti jerġgħu jirritornaw lejn il-bankijiet tal-iskola u kulħadd jintefa' f'rutina iktar xitwija. B'hekk ħtaft l-opportunità biex għall-aħħar darba nżur żona li hi frekwentata ħafna matul l-istaġun tas-sajf. Żona li kien hemm min ġieli ssuġġerixxa li għandha anke ssir il-belt kapitali ta' Malta. Mort sa Tas-Sliema. Mhux se ngħid li sibt diżastru, għax din il-lokalità qed tingħata ħafna attenzjoni, kif wara kollox jixirqilha. Hija ħasra li żewġ passi 'l bogħod minn bajja prinċipali f'Tas-Sliema għadek issib bankini, li apparti Din ukoll parti mill-istess bankina, ftit iktar passi 'il bogħod. Fl-istess triq ta' ristoranti u anke li meta għaddejt jien kienu mġiddmin u tħoss iż-żarbun iwaħħal, kienu wkoll imkissrin, li jwasslu li lukandi. Kif jidher sew, hemm skart mitfugħ bl-addoċċ. Saħansitra biċċa squeezer imkissra u anke jwaqqgħu lil xi ħadd, u anke jispiċċa jweġġa' hekk kif il-madum tiegħu jaqta' ħafna. gandott li kien mgħotti, imma l-għata tiegħu spiċċat imkissra u issa qed tagħmel parti millimbarazz. Dan x'inhu? Dawn għadhom jeżistu? Għadhom jeżistu f'Tas-Sliema? Dan mid-dehra, xi reċipjent taż-żibel li tqaċċat jew qaċċtuh, iżda l-għatu tiegħu baqa' hemm. Sakemm ma kienx xi parti mill-esebizzjoni tal-arti li kien hemm ftit ġimgħat ilu fuq ix-xatt ta' Tas-Sliema. Iżda milli rajt jien, it-talent fl-esebizzjoni kien ħafna aħjar minn dan. Dawn huma l-mostri li kont tara ma' tas-Sliema kollha sa ftit xhur ilu. Li malli tkun qed tfittex parkeġġ jibdew jidhrulek ma' kull kantuniera u ma jħallukx tmur tbill griżmejk x'imkien bil-kwiet mingħajr ma tibża' li ħa taqla' xi multa u l-ħarġa tal-weekend tiġi tiswik trippla. Iżda mid-dehra dawn qed jitneħħew kollha. Rajt uħud mgħottijin, oħrajn imdawrin wiċċhom mal-ħajt u oħrajn bħal din maqtugħin b'tejp aħmar. Meta staqsejt lir-residenti qaluli: "Fl-aħħar neħħewhom!". Mid-dehra kien hemm anke xi għalliema li jgħallmu Tas-Sliema li kienu jwaqqfu l-lezzjoni biex imorru jibdlu l-post tal-karozza minħabba l-arloġġ. Iżda issa kulħadd jista' jipparkja u jdum kemm irid fil-maġġoranza tat-toroq Slimiżi. Dan kien ftit milli stajt nilmaħ f'Tas-Sliema. Dan mhux qed ngħid li dawn t'hawn fuq jirriflettu l-kumplament tallokalità. Iżda wieħed irid iżomm f'moħħu li xi drabi tant inkunu aljenati bil-proġetti l-kbar, u jaħarbulna minn taħt għajnejna ż-żgħar, li jkerrhu xorta waħda. Ma nafx għala fadal minn dawn ukoll. Ir-reċipjenti taż-żibel li ltqajt magħhom kienu kollha mimlijin. Fil-madwar, fuq il-bankini u fuq l-għetiebi u ċ-ċnut ilmaħt fliexken, bottijiet u tazzi tal-ġelat fost l-oħrajn. M'hemmx għalfejn ngħidu, joffru xena kerha, fl-2013, u f'żona turistika bħalma hi Tas-Sliema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013