Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

16 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Saramago: Jekk jintefgħu voti vojta Bħalissa qed nerġa' naqra r-rumanz satiriku Seeing tanNobel Portugiż Josè Saramago, Xellugi maħluf li kien spiċċa fil-mira tal-gvern Faxxista u tal-Vatikan. F'dan ir-rumanz partikolari, brutali fil-verità "umoristika" tiegħu, Saramago jassumi l-obbligu tal-awtur politiku, il-messaġġier ta' sinjali li reġimi oppressivi għandhom l-interess li jaħbu. X'jiġri kieku l-elettorat jiddeċiedi li jikxef il-maskra "demokratika" ta' reġimi konservattivi u ma jmurx jivvota? X'jiġri kieku 78% tal-voti jintefgħu vojta? U x'jiġri meta, tmint ijiem wara, ir-riżultat tat-tieni elezzjoni juri li 83% tal-elettorat jitfgħu voti vojta? L-awtoritajiet jaqbadhom paniku, isejħu stat ta' emerġenza, joħorġu l-militar u t-tankijiet u l-ambulanzi fit-triqat u jiddikjaraw stat ta' gwerra kontra elementi sovversivi interni. Il-parodija ssir tal-biża', hekk kif Saramago juri kif is-sistema kollha tista' tikkrolla taħt il-poter silenzjuż tal-poplu. Saramago juri, bl-ironija tiegħu tas-soltu, kif is-soċjetà ċivili tista' toħloq il-metodi tagħha ta' kif tikkonfronta lillpolitiċi. U jkompli juri l-obbligi tal-artisti/l-awturi biex idoqqu l-allarm, anzi, "l-obbligu li jkunu buffi, biex nuża t-termini li użat ir-rivista The New Statesman, meta ddeskriviet dan ir-rumanz. Ittollerat Karnival satiriku Saramago jwassalni biex niftakar li wara 80 sena, Malta qed tittollera Karnival satiriku. Qed tittollera Karnival konkrollat. Għal din is-sena l-idea ta' Karnival b'element politiku kienet abbandunata. Dawk fil-poter ħasbu li kien jinħoloq stat ta' emerġenza minħabba d-daħk perikoluż li seta' jidħak il-hoi polloi. Dak id-daħk seta' jqanqal sentimenti perikolużi li kienu ilhom reqdin 80 sena u li allura, mhux ta' min iqajjimhom fis-sena talelezzjoni. Għaxar snin ilu kien hemm Prim Ministru li qal li l-Maltin mhumiex maturi biżżejjed biex ikollhom daħk politiku fil-Karnival, u għalhekk, b'implikazzjoni, l-umoriżmu kellu jibqa' marbut maċ-ċajt tal-Istitut Kattoliku, fejn Majsi u d-Dulli jiddominaw l-aġenda. Imma issa, għall-2014, se jkollna żewġ karrijiet politiċi: wieħed dwar in-Nazzjonalisti u l-ieħor dwar il-Laburisti. Kwota stretta ta' wieħed b'wieħed, u mingħajr kompetizzjoni. Il-fibra m TONI ABELA D Josè Saramago Il-kwota politika tinkludi wkoll żewġ settijiet ta' maskri grotteski. Jiġifieri f'10 snin, il-Maltin immaturaw b'ċertu persentaġġ, b'ċerta kwota ta' parodija Karnivaleska. B'ċerta responsabbiltà, biex l-affarijiet ma jaħarbux mingħajr kontroll. Qatt ma tista' tgħid. F'Malta r-rivalità teżisti anki bejn il-qaddisin, verġni u martri, aħseb u ara meta jkollok sitwazzjoni inkontrollabbli, bħall-Karnival. Mill-kurituri talorganizzazzjoni diġà hemm ilmenti li n-Nazzjonalisti se jkunu fi żvantaġġ minħabba l-kriżi finanzjarja diżastruża li twassal fiha l-partit taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Il-footy finals u r-refugjati Il-Grand Finals tal-Football Awstralian (Footy) huma avveniment nazzjonali. Ta' kull sena, fl-aħħar weekend ta' Settembru, ilpjazza ewlenija ta' quddiem Flinders Station fil-qalba ta' Melbourne (fejn beda l-Footy fl-1887) timtela b'eluf kbar ta' partitarji, maskri grotteski, bnadar ta' kull lewn, baned u manifestazzjoniet spettakolari. Għal ġimgħa sħiħa l-media tippreżenta programm wara l-ieħor marbut mal-finali. Din is-sena kien hemm 100,000 ruħ biex jaraw il-finali bejn id-Dockers ta' Freemantle u l-Hawks ta' Hawthorne. Il-festa tinfirex mas-subborgi kollha. Anki ċ-Ċentri tasSaħħa jiżżejnu għall-okkażjoni. U fuq dan l-isfond ċelebrattiv, f 'dan ix-xenarju festiv u kulurit ta' azzjoni u drama, hemm teatru ieħor għaddej: fl-istess jiem li jwasslu għall-Grand Final, baqgħu jaslu d-dgħajjes tar-refuġjati mill-Indoneżja, maħrubin minn inħawi bħallAfganistan u l-Iraq. L-għarqa ta' tant refuġjati u wliedhom żgħar tgħattiet taħt l-ilwien tal-finalisti tal-Footy Final fil-Cricket Stadium ta' Melbourne City. Is-CNN dwar l-inugwaljanza Is-CNN xandar servizz dwar kif aktar u aktar nies, l-aktar l-anzjani, qegħdin jaqgħu taħt il-linja tal-faqar anki f 'Hong Kong, wieħed mill-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja. Dawk li qed imissu l-linja talpovertà issa jlaħħqu 1.3 miljun ruħ, jiġifieri wieħed minn kull ħames ċittadini. Il-mistoqsijiet tas-CNN, kif stajt tobsor, wasslu għall-istess tweġibiet rettoriċi: il-gvern qed jagħmel minn kollox biex ikun hemm aktar ekwità. Piloti reqdin Sondaġġ fl-Ingilterra wera li aktar min-nofs il-piloti li ħadu sehem f 'sondaġġ ammettew li raqdu fuq il-flight deck. U mis-65% li ammettaw li ġihom in-ngħas waqt it-titjira, 29% qalu li meta stenbħu, sabu lillko-pilota rieqed ukoll. Mhux ċajta tkun taf li f 'għoli ta' 36,000 pied, iż-żewġ piloti jkunu qed joħolmu bl-anġli tas-sema u ħajtek tkun qed tiddependi fuq l-awto-pilota. U f 'każ ta' xi dubju dwar il-kredibbiltà tas-sondaġġ, irriċerka saret mill-British Union. Ma nafx x'inhi s-sitwazzjoni fejn jidħlu titjiriet Maltin. marpardi@internode.on.net an l-aħħar l-isqfijiet tkellmu dwar il-fibra morali. Setgħu ma kienu qegħdin jgħidu għal ħadd u setgħu kienu qegħdin jgħidu għal kulħadd. Iżda ma hemm ebda dubju li l-fibra morali ta' dan il-poplu żgur li m'għadhiex li kienet. Xi darba għad irridu niskopru li f'ċerti aspetti ilprogress huwa rigress. Iżda mingħajr ma noqgħod nidħol f'ħafna argumenti etiċi u ta' morali l-Malti għandu qawl li għalija jiġbor dak kollu li rrid ngħid: il-ħuta minn rasha tinten. Jekk min huwa mistenni li jagħti eżempju minflok jagħti skandli, allura ma tistax tippretendi li min għandu jsegwi jġib ruħu tajjeb. Din il-ġimgħa tkexkixt meta qrajt x'xehed George Farrugia fil-każ tal-allegati tixħim dwar ix-xiri taż-żejt. George, li ngħata l-amnestija biex ma jgħid xejn ħlief is-sewwa, qalilna li kien rikattat. Allega li kien rikattat mill-eks-Chairman tal-Enemalta Tancred Tabone. Allega, li jew ixxaħħam jew inkella ma kellux ċans li jagħmel negozju fuq iż-żejt, li m'għandniex xi ngħidu, jħalli ħafna flus. George Farrugia kompla ħasadni f'dak li qal. Qal li hu ma kellux triq oħra u ta x'jifhem li dak kien l-uniku mod kif seta' ma jitlifx ħobżu f'dan ix-xogħol. Anzi kważi kważi jridna li nħossu għalih għax ma kellux triq oħra. Speċi hu kien il-vittma u min qiegħed jirrikattah l-aggressur. Firrelazzjoni ta' bejniethom seta' tassew kien hekk, iżda fir-realtà kienet storja oħra. Il-vittma reali f'din it-taħwida a la Dallas kien il-poplu Malti. Filwaqt li l-poplu Malti kien qiegħed iġebbed sal-aħħar tax-xahar biex iwassal bil-paga, fost oħrajn minħabba l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, qiegħed ikun allegat li George Farrugia, Tancred Tabone u Frank Sammut kienu qegħdin jaqsmu l-priża ta' biċċa piraterija moderna. Allaħares kellna naċċettaw ir-raġunament ta' George Farrugia. Li kieku kellna nagħmlu hekk inkunu qegħdin litteralment nistituzzjonalizzaw l-użu ta' speċi ta' korruzzjoni legalizzata. Kieku kulħadd ikun intitolat li flok jimxi mal-ligi u trasparenza, jimxi mal-prattiċi oskuri tat-tixħim, kieku jkollna speċi ta' Sodoma kummerċjali. Kieku noħolqu stat fejn l-onest qatt ma jkun premjat u d-diżonest jiżloq minn kollox. Il-biża' tiegħi huwa li jekk George Farrugia qiegħed jgħid il-verità allura kien hawn sistema terribbli. Sistema li għandna għalfejn nissuspettaw li setgħet qiegħda tkun applikata bnadi oħra u li sallum għadna ma sirniex nafu biha. Dan kollu jitfa' dawl qawwi fuq kemm hawn ħwejjeg li għandhom ikunu rranġati, fost oħrajn li l-politiċi joħolqu strutturi sabiex meta jiġru dawn l-affarijiet isiru jafu bihom fil-ħin u mhux meta tkun saret il-ftira. Il-każ tax-xiri taż-żejt tela' f'wiċċ l-ilma mhux għaliex kien hemm xi intervent f'waqtu mill-politiċi, iżda għax kixfitu l-MaltaToday. Li ma kienx għall-fatt li ħarġitu l-Istampa, konna mmorru għall-elezzjoni forsi b'wieħed mill-akbar skandli li qatt kien hawn moħbi fis-senduq. Dan kollu jindika żewġ affarijiet. Kemm huwa importanti li llum qabel għada jkollna xi xorta ta' early alert system politiku biex il-politiku jsir jaf fil-ħin dwar sitwazzjonijiet ta' din ix-xorta. Sistema li tinforma lill-pubbliku b'dak li jkun għaddej. Minn dan kollu ħareġ ukoll kemm huwa importanti li jkollok stampa b'saħħitħa għaliex ħafna drabi din timla' l-vojt talistituzzjonijiet. Għalhekk irridu noqogħdu attenti ħafna meta nibdlu il-liġijiet tal-Istampa biex ma nagħmlux sarima ma' min irid ixandar il-verità. Huwa essenzjali għal kull demokrazija li jkun hemm stampa viġilanti fuq min ikun qiegħed jiggverna. Ma' persuna waħda li tista' tkun qed tabbuża m'għandux jeħel kulħadd. Minn dan kollu joħroġ ukoll li ċ-ċittadin ma kellux l-għodda addattata biex flok iċedi għarrikatt, ma jibżax u jagħmel ir-rapporti kollha li jkun hemm bżonn lill-awtoritajiet. Irid ikollna liġijiet li jiggarantixxu lil min huwa onest jersaq 'il quddiem mingħajr ebda biża' biex jirrapporta abbużi li jsir jaf bihom jew ikun vittma tagħhom. Minn dan l-aspett irridu nevalwaw dak li ġara. Konna ilna snin nistennew li l-amministrazzjoni ta' qabel tintroduċi l-Whistleblower

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013