Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Mingħajr saqaf fuq rasha minkejja bosta wegħdiet elettorali JAMES J. PISCOPO OMM ta' żewġt itfal li spiċċat mingħajr saqaf fuq rasha wara li tkeċċiet mid-dar, għadha tiġġerra fid-djar ta' ħutha, tliet snin u nofs wara li applikat għall-housing tal-Gvern. Il-mara għandha żewġt itfal, wieħed ta' 5 snin u ieħor ta' sena u nofs. Meta applikat l-ewwel darba għall-iskema ta' housing kienet toqgħod mal-ġenituri tagħha f 'bini li f'xi partijiet is-saqaf kienu kundannabbli, u mingħajr kamra tal-banju. Iżda l-ħtieġa biex il-każ tagħha jiġi indirizzat mill-awtoritajiet kibret meta hi tkeċċiet 'il barra biż-żewġt itfal tagħha. "Spiċċajt norqod erbat iljieli għand ħuti u l-bqija nara fejn se nitfa' rasi, bħal kuġini jew zijiet. X'nagħmel, norqod barra? It-tifel ta' 5 snin ġa nnota li m'għandniex post fiss fejn noqogħdu, u staqsieni 'kif Id-djalogu tal-Prim Ministru f'Kastilja li għalih ma tħallietx tattendi l-omm ta' mingħajr saqaf fuq rasha. m'għandniex dar aħna'?" L-omm tkellmet ma' din ilgazzetta u qalet li fil-bidu, kienet avviċinat deputat Nazzjonalista tat-tieni distrett li kien ukoll it-tabib tal-familja tagħha, imma bil-kampanja elettorali fil-bogħod, kien għaddiha biż-żmien u qatt m'għamel xejn konkretament għaliha. Kif rat dan, f' Ġunju tas-sena l-oħra bagħtet ittra lil Joseph Muscat, dak iż-żmien kap tal-Oppożizzjoni, li fiha spjegat il-każ tagħha. "Wara jumejn biss, bagħtu għalija miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Impressjonajt ruħi kemm bagħtu malajr u qawwejt it-tama li fl-aħħar se jkolli saqaf fuq rasi. Kellmitni segretarja ta' Muscat, li qaltli li hu ra l-ittra tiegħi u ħa tkellimni floku," qalet l-omm. Meta waslet il-kwartieri Laburisti, is-segretarja qaltilha li bil-każ tagħha żgur li messha nqdiet u li dan ma sarx sempliċiment għax hi ta' twemmin Laburista. L-omm tissokta tgħid li minn wara l-elezzjoni ftit jew xejn ingħatat widen. "Dawk li tant qaluli 'Issa kif nitilgħu ngħinuk' qabel l-elezzjoni, issa kulħadd jagħlaqli l-bieb f'wiċċi. L-ewwel kulħadd 'iva' u kulħadd jaf bija, u issa xejn." Issostni wkoll li meta kien hemm serje ta' laqgħat biex in-nies jitkellmu mal-Ministri, kienet applikat meta sar iddjalogu mal-Prim Ministru ġewwa Kastilja. Iżda tgħid li wara li bbukjat, kienet ċemplitilha segretarja oħra minn Kastilja li qaltilha li ma tistax titkellem fuq dak li għaddejja minnu għax ma kellux x'jaqsam mad-diskussjoni. "Dan minkejja li wara li segwejt id-djalogu mitteleviżjoni, innutajt li kulħadd qal li ried u li għoġbu. Lili biss waqqfuni milli nitkellem? Kulħadd qal tiegħu dakinhar!" tirrakkonta l-mara mweġġgħa iżda wkoll irrabjata. Skont l-omm, kull darba li marret fil-Ministeru għallFamilja l-uffiċjali responsabbli qalulha li għadhom qed jinvestigaw il-każ. Uffiċjal minnhom allegatament tneħħiet mill-irwol tagħha u ngħatat pożizzjoni inqas sensittiva wara li stiednet lil mara tmur torqod għandha wara li rat iċ-ċirkustanzi tal-każ. Reporter jiddiskuti l-Ekonomija GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti l-politika tal-Gvern dwar l-Ekonomija. Il-mistiedna speċjali ser ikunu l-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u l-Viċi-Kap tal-PN Mario de Marco. Waqt il-programm ser ikun hemm interventi millekonomisti Gordon Cordina u Karm Farrugia. Huma kienu intervistati aktar qabel minn Jerome Caruana Cilia. Fl-ewwel parti talprogramm Joe Vella Bonnici, iċ-Chairperson ta' Identity Malta ser jagħti spjegazzjoni teknika u dettaljata tal-proċess ta' kif wieħed jista' jixtri ċ-ċittadinanza Maltija għal €650,000. Ser jitqajmu numru ta' mistoqsijiet: Kif il-Gvern wasal għal din is-somma? Din il-mossa tista' tiġi interpretata li wieħed issa jista 'jixtri' l-ażil f 'Malta permezz ta' dan? Fil-programm ser ikun hemm ukoll live-links mill-Parlament. Reporter huwa mżewwaq ukoll blużu tal-features u statistika interessanti ferm. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u Jerome Caruana Cilia, qed jixxandar kull nhar ta' Tnejn fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni dakinhar stess fl-22.15 fuq TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013