Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Għawdex: Int djamant minn John Busuttil Gozo Channel: Dockyard ieħor? Huma ħafna li jisħqu li din il-kumpanija marittima li għandha monopolju fil-qsim tal-fliegu bħala problema oħra għal pajjiż u mhux bħala servizz ieħor għal pajjiż. Ħafna jqisuha li hi speċi ta' 'Dockyard ieħor' minħabba l-problemi li hemm fiha. Il-fatt li għalkemm il-vapuri tagħha kważi dejjem mimlija bil-passiġġieri u karrozzi, li għalkemm kull sena jikber ir-rekord ta' nies li jaqsmu l-fliegu, xorta dejjem tagħmel it-telf. Hi l-kumpanija stess il-problema? Il-ħaddiema? Dawk li jmexxu? Jew ftit minn kollox? TKELLIMT ma' ħaddiema, ma' uffiċjali, ma' amministraturi u anke mill-esperjenza tiegħi li naqsam kważi kuljum bejn Malta u Għawdex u nħoss li fil-Gozo Channel, hemm il-ħela, forsi wkoll hemm is-serq (kif stqarr dan l-aħħar il-Ministru Refalo) u hemm ukoll 'mismanagement'. Iżda żgur li m'hemm xejn ta' barra minn hawn li m'hemmx lok ta' titjib u li ma jistax jitranġa. Ma nemminx li wieħed jista' jqis il-Gozo Channel bħala 'dockyard' ieħor. Vera li matul is-snin din il-kumpanija ġiet użata biex jinqdew ċertu nies u biex jinstab xogħol għal ċerti nies mingħajr ma kien hemm bżonn. Veru wkoll li dawn il-ħaddiema huma mħallsin tajjeb ħafna (stqarr il-Ministru Refalo fuq il-ONE Breakfast). Iżda jekk hemm ħaddiema żejda hu tort ta' xi ħadd. Jekk hemm ħaddiema li jitħallsu tajjeb u mhux jagħmlu xogħolhom hu tort ta' xi ħadd. Għal min ħa deċiżjonijiet żbaljati m'għandhomx iħallsu għalih il-familji tal-ħaddiema li għandhom l-pappa tagħhom minn hemm. Nemmen li bi ftit tmexxija tajba u investiment żgħir għall-makkinarju modern, tmexxija mingħajr indħil politiku, dixxiplina u rieda tajba din il- kumpanija tista' tagħti servizz aħjar lill-klijenti u tibda titmexxa bi qliegħ. It-tmexxija trid taħseb biex l-ewwel li għandu jkun hemm ikun 'Customer Care' bis-serjetà u mhux xi ħadd f'kamra li joqgħod bil-qiegħda fuq il-kompjuter u jekk ma tkellmux jew ma tkellimhiex ma tkellmekx lura. Il-ħaddiema kollha għandhom jilqgħu lillklijenti bi tbissima u jwieġbu għal ħafna li jgħidulhom 'bonġu' filgħodu. Il-ħaddiema tal-customer care għandhom jinfurmaw lit-turisti u anke dawk Maltin u Għawdxin li jkunu qed jivjaġġaw bil-bagalji magħhom, li l-Gozo Channel joffri servizz bi speċi ta' tractor li jgħabbilek u jniżżillek ilbagalji minn fuq il-vapur u ssibhom eżatt fejn toħroġ. U mhux kulħadd jiġri bil-bagalji miegħu għax ma jafx li hemm dan is-servizz u ġieli t-tractor imur vojt. Dan l-aħħar iltqajt ma' anzjan Għawdxi li tgerbeb it-taraġ bil-bagalja u spiċċa b'saqajh u jdejh kollha demm u tbenġil. Meta l-vapur jittardja, minħabba xi ħsarat żgħar fil-bieba, inkella teħel il-bieba tal-passiġġieri u jkollok bżonn li l-'foot passengers' jgħaddu mill-garaxx, għandha ssir apoloġija b'ċerta edukazzjoni u l-pubbliku jiġi mgħarraf għaliex qed jistenna u x'inhi r-raġuni. U mhux kulħadd jistenna u kulħadd jispekula għaliex qed jittardjaw. Il-ħin li jitlaq il-vapur m'għandux ikun il-ħin li jibdew jingħalqu l-bibien u b'hekk jitlaq 5 minuti dejjem tard, iżda l-ħin li l-vapur jibda miexi. Dan kollu m'hemmx bżonn flejjes kbar, iżda tmexxija tajba li tagħti kas il-customer care. Fattur ieħor għaliex it-telf qed jikber hu li ħafna turisti jaqsmu lejn Għawdex b'xejn għax dawn iħallsu l-biljett huma u jirritornaw. Lura hemm dgħajjes li qed joffrulhom servizz li joħduhom Kemmuna u Malta bl-istess prezz talvapur jew b'inqas u dan a skapitu tal-Gozo Channel. Sirt naf li fis-Sajf jkun hemm madwar 500 turist kuljum li ma jirritornawx fuq il-Gozo Channel u jieħdu rikba b'xejn. Forsi mhux qed jiksru l-liġi min qed jagħmel hekk. Iżda jibqa' fatt li kieku l-Gozo Channel tinvesti f'biċċa makkinarju modern biex kull min jitla' bil-vapur jgħaddi l-biljett minnu, tkun tista' titħaddem sistema moderna. Issir sistema li jkun hemm one way tickets ta' €3 flok €4.65 u jekk se tieħu r-ritorn ikun €4.65, b'hekk ħadd ma jaqsam b'xejn. Itterminal taċ-Ċirkewwa jkun Biljetti għat-turisti miċ-Ċirkewwa mingħajr kompjuter Kjuwijiet f'Notte Bianca biex jirkbu l-vapur hemm ukoll kompjuter biex jinqatgħu l-biljetti minn hemm u mhux il-biljetti jinqatgħu biss minn Għawdex. Issa meta l-biljett ikun 2-way jinżamm mill-passiġġier u jidħol bih minn dan il-makkinarju li jiftaħ it-turnstile (tixtrih minn liema naħa tixtrih il-biljett). B'hekk ma jkun hemm ħadd li jieħu 'free ride' mal-Gozo Channel. B'turnstile elettronika jkunu jistgħu jingħaddu l-passiġġieri u mhux ħaddiem joqgħod jgħoddhom b'numeratur (ta' żmien il-medjuevu). It-turisti mhux kif qed isir bħalissa kulħadd jgħajjat magħhom biex jixtru l-biljetti miċ-Ċirkewwa ħalli ma jirritornawx fuq dgħajsa oħra. Il-problema hi li l-biljetti mibjugħa miċĊirkewwa mhux qed joħorġu mill-kompjuter iżda jinġiebu mill-Imġarr u jitqassmu manwalment. Allura m'hemmx biżżejjed kontroll. Kulma trid kompjuter bħal dak tal-Imġarr u jinqatgħu l-biljetti b'mod organizzat u taħt kontroll. Għandhom isiru wkoll skemi ta' biljetti ta' ġimgħa u biljetti ta' xahar sew għal dawk li jaqsmu bil-karozzi u anke għal dawk li le, sew għall-Għawdxin kif ukoll għall-Maltin ħalli min ikollu lilhom ma joqgħodx jistenna u jibqa' għaddej. B'hekk tiffranka ħaddiema żejda u l-ħin. Filwaqt li tagħti xejra ta' organizazzjoni moderna tasseklu elettroniku li qed ngħixu fih. Inutli noqogħdu ngħidu għax ikun hemm l-abbużi. L-abbużi dejjem se ssib lil min se jipprova jagħmilhom. Normalment l-abbużi jsiru fejn m'hemmx dawn il-kontrolli elettroniċi jew aħjar minn min jopponi dawn l-mezzi elettroniċi. Dan kollu jista' jsir. Żgur li dak li ktibt jien m'hemm xejn impossibbli. Dan li ktibt jien tgħallimtu mill-esperjenza tiegħi stess u mill-esperejnza ta' passiġġieri oħra li kultant iħossuhom stmati speċi ta' bhejjem fuq il-vapuri tal-Gozo Channel. Tbissima, customer care tajba, tqassim talħaddiema aħjar u modernizzar tal-apparat għandhom iġibu lil Gozo Channel kumpanija bi qliegħ u ta' servizz tajjeb għall-klijenti numerużi tagħha. U fl-istess waqt ħadd m'għandu għalfejn jitlef ħobżu. Avvenimenti kulturali f'Għawdex Illum il-Ħadd 20 ta' Ottubru Festa ta' San Franġisk t'Assisi – Għajnsielem:- 09.00a.m. 09.00 Parata mill-Victoria Scouts flimkien mal-banda tal-iscouts tal-Mosta u sfilata taż-żwiemel mill-Pjazza prinċipali t'Għajnsielem sa quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin fejn fl-10.00 isir it-tberik tal-annimali waqt li quddiem il-Knisja jkun hemm attivitajiet u attrazzjonijiet minn Buzzy Kids Entertainment Sweet Music – Aida by Giuseppe Verdi – Cittadella :- 5 p.m. L-Opra Aida fuq Big Screen fiċ-ċentru talkultura u arti fiċ-Cittadella Għada t-Tnejn 21 sal Ħadd 27 ta' Ottubru Times & Themes – Il-Wirja Annwali talFilatelija – Ministeru għal Għawdex Wirja organizzata mill-Gozo Philately Organization fl-Exhibition Hall fil-Ministeru għal Għawdex, Victoria. Kuljum bejn it-8 .30a.m. u l-4.30 p.m. Il-Ħamis 24 u s-Sibt 26 ta' Ottubru L-Opra Otello ta' Giuseppe Verdi – Teatru Astra:- 7.30 p.m. Opra live li tinkludi kantanti tal-lirika famużi akkumpanjati mill-Malta Philharmonic Orchestra mmexxija minn Joe Vella fit-Teatru Astra, Victoria

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013