Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 7 Diversi raġunijiet wara t-tislib tal-qtates JAMES J. PISCOPO IT-TLIETA filgħaxija kienu bosta l-Mostin li fuq siti soċjali bħal Facebook, ħeġġew lil xulxin biex jekk jaraw xi ħaġa suspettuża matul il-lejl jew filgħodu, jirrappurtaw lil Pulizija. Sfortunatament, l-Erbgħa filgħodu l-Mostin reġgħu qamu għall-aħbar li kien hemm każ ieħor ta' tislib ta' qtates, din id-darba fi Triq Durumblat. Għalkemm 'il bogħod miċ-ċentru tallokal, hija triq frekwentata ħafna. F'kummenti li tat lil din il-gazzetta, il-psikologa forensika Roberta Holland qalet li dawn il-każi jidhru li qed isiru biex jissodisfaw bżonnijiet emozzjonali ta' xi ħadd fil-bżonn ta' għajnuna. "Din il-persuna tista' tħoss li saret xi inġustizzja miegħu, jew irid jagħmel il-ħsara biex ibeżża'. Ittislib tal-qtates jista' jkun vendikazzjoni jew żvog ta' xi karatteristiċi vjolenti fil-personalità. Imma jista' jkun ukoll li għal min qed jagħmel dawn l-atti, saret xi sfida għalih li ma jinqabadx," sostniet Roberta Holland. Il-psikologa forensika tgħid li l-motivazzjoni tista' tinbidel u l-periklu hu meta r-rabja tiżdied bħal jekk is-sitwazzjoni ta' dak li jkun tibqa' l-istess jew tmur għall-agħar. Tgħid ukoll li possibilment, qabel m'għamel dawn l-atti, min hu prova jfittex l-għajnuna jew jieħu sodisfazzjon u ma ngħatax widen. It-tislib ta' żewġt iqtates l-Erbgħa li għadda, sar eżattament fit-tieni anniversarju mill-ewwel każ, li kien seħħ ukoll fis-16 t'Ottubru. Il-fatt li wara sentejn il-Pulizija għadha ma qabditx lil min qed jagħmel dawn l-atti, qed inissel ċertu paniku u diżappunt b'mod speċjali għall-komunità Mostija. Bosta residenti issa qed isaqsu: X'jiġri jekk flok qtates jibda jkun hemm delitti ta' persuni? Holland tispjega li diffiċli tgħid jekk xi ħadd hux kapaċi jasal biex joqtol persuni abbażi ta' dawn l-atti. Tgħid ukoll li peress li dawn il-każi kienu xi ħaġa rari, aktar diffiċli li tbassar x'jista' jiġri. "Madankollu, dawn l-atti diġà juru sinjali ta' vjolenza u metodi li mhux mannorma ta' kif wieħed jgħaddi messaġġ. Għalhekk diġà hemm element ta' riskju u huwa naturali li wieħed jinkwieta. "Però normalment ikun progress li jseħħ fuq medda ta' żmien jew passi żgħar. Jiġifieri l-probabilità hi li jkun hemm tibdiliet bilmod, eżempju l-vjolenza jew moħqrija tiżdied, jew tiżdied il-frekwenza," tissokta tgħid Roberta Holland. Li tasal toqtol bniedem u annimal huma differenti minkejja li fit-tnejn hemm il-qtil u l-vjolenza. Ilpsikologa ssostni li anke fl-għażla tal-annimal ukoll hemm differenza, fosthom bejn annimal domestiku li hu iżjed għal qalb in-nies jew annimali oħra. "Il-messaġġ li jrid iwassal min qed joqtol dawn l-annimali, huwa lejn innies mhux lejn l-annimali, u għalhekk l-għażla ta' annimal ser tkun waħda li tagħmel differenza lin-nies." Il-każi kollha seħħew bejn il-15 u s-16 tax-xahar ħlief f 'eċċezzjoni waħda. Għal Holland, l-eċċezzjoni tkun saret biss minħabba xi raġunijiet ċirkostanzjali, dejjem jekk saru mill-istess bniedem. "Kważi kull deċiżjoni jkollha sinifikat bħal post, il-lokal, il-metodu u l-kontenut ta' noti. Dawn l-affarijiet kollha jitfgħu dawl fuq min iwettaqhom u l-motivazzjoni tiegħu, speċjalment meta tkun tista' tosservahom fuq diversi drabi," ttemm tgħid ilpsikologa forensika. MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QED JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Għandna jew m'għandniex diżabbilta` jien u int għandna kontribut x'nagħtu. Is-sigriet tas-suċċess fil-ħajja jibda BINA LKOLL SEJĦA GĦALL-OFFERTI - Provision of Financial Audit Services – T075/13 Data ta' ħruġ: 8 Ottubru 2013 / Data ta' għeluq: 13 Novembru2013 SEJĦA GĦALL-ESPRESSJONI TA' INTERESS - Provision of Insurance Broking Services – T073/13 Data ta' ħruġ on: 8 Ottubru 2013 / Data ta' għeluq: 18 Novembru2013 Dawn is-sejħiet għall-offerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Dan ir-reklam huwa sostnut mill-Programm tal-Unjoni Ewropea Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Contracts Management Department 2123 4710 www.mita.gov.mt