Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
8 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 "Jien Nazzjonalist. Nemmen S ena ilu inti rriżenjajt (ġejt imġiegħel tirriżenja) minn Kummissarju Ewropew, il-ħajja tiegħek kif inbidlet minn dakinhar? Il-ħajja tiegħi nbidlet b'mod drastiku. Inbidlet anke mil-lat ta' saħħa. Jiġifieri anke fiżikament jien għaddejt minn problem sostanzjali. Però nbidlet ukoll mill-mod kif wieħed japplika ruħu fis-soċjetà ta' madwaru. Jien bniedem li mdorri nkun attiv ħafna fis-soċjetà, persuna li nipprova ngħin b'mod pożittiv fl-iżvilupp tassoċjetà. Fil-karigi kollha li kont, kemm f 'dik ta' Ministru u ta' Kummissjaru Ewropew dejjem pruvajt illi nirriforma. Din is-sena sfortunatament ilkonċentrazzjoni tiegħi kienet biex nilqa' l-attakki li kienu u għadhom qegħdin isiru kontrija. Saru ħafna attakki. Tħossok daqsxejn frustrat, waħdek. Dan għaliex inti persuna bir-riżorsi limitati tiegħek li qed teħodha ma' tliet ġganti. Dawn huma l-Kummissjoni Ewropea, l-industrija tat-tabakk u l-Gvern Malti li kien hemm qabel l-elezzjoni li għaddiet. Jien kont qiegħed nissielet lil dawn it-tlieta li flimkien kienu qed jagħmlu l-attakk enormi kontrija. Għaliex temmen li l-OLAF kienu kompletament żbaljati? U taħseb li kien hemm kollużjoni mal-lobby tattabakk? Il-Kummissjoni Ewropea għadha qed tgħid li r-rapport tal-OLAF m'għandux jiġi pubblikat uffiċjalment għax għadha qed tgħid li dan huwa kunfidenzjali. Jiġifieri kieku kien għal Kummissjoni Ewropea għadni ma nafx x'fih irrapport tal-OLAF. Għalfejn dan il-ħabi kollu? Fir-realtà kull min qrah qal li din hi fażullerija sħiħa. Dan ir-rapport hu mibni fuq kunċetti żbaljati, mibni fuq esaġerazzjonijiet ta' fatti illi (huma) riedu jsaħħu biex jippruvaw it-teżi u t-teorija tagħhom. Li jiena ngħid kienet diġà konkluża qabel ma bdew l-investigazzjoni. Ma taw kas xejn ta' fatti oħrajn illi kienu jindikaw li t-teżi tagħhom hija ħażina. Jiena ngħid li dan ir-rapport huwa frodi kontrija. Mir-rapport tal-OLAF stess jidher ċar, anke minn xhieda li taw in nies ta' Swedish Match u talESTOC kif kien hemm il-pjan maħsub biex ikun hemm entrapment sħiħ biex jagħtu x'jifhem li jien kelli x'naqsam ma' xi ħaġa. Ħa nagħtik żewġ eżempji żgħar. Per eżempju: Jibda l-kuntatt ta' Silvio Zammit mal-ESTOC b'email li kien bagħat Zammit f'Ottubru tal2011. Imorru jieklu fi Stokkolma u immedjatament Silvio Zammit jgħaddi f 'idejn Swedish Match, u l-kuntatti jibdew isiru ma' Swedish Match. Jien niltaqa' ma Gayle Kimberly f 'dan l-uffiċċju. Issa ħa nagħmilha ċara, Gayle Kimberly ma ppreżentatx ruħha bħala lobbyist tat-tabakk. U fl-email li hemm anness fir-rapport tal-OLAF, hemm imniżżel dan kollu. Però l-OLAF meta rriproduċew dik Sena wara li ġie sfurzat jirriżenja, Jerome Caruana Cilia ltaqa' ma' John Dalli u intervistah. Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt l-email fir-rapport tagħom ma qaluhiex dik, ħbewha, iċċensurawha. Biex jagħmlu t-teżi li jien kont qed niltaqa' mal-lobbyists tat-tabakk li mhu veru xejn. Dawn bdew jgħafsuha biex terġa' tiltaqa' miegħi. Qaltilhom li se tiltaqa' miegħi fl-4 ta' Frar, li kien impossibbli għax jien kont banda oħra. Imbagħad qalet li ltqajna fl-10 ta' Frar, li hija gidba. L-investigazzjoni kollha talOLAF bdiet minn dik il-gidba. Issa meta jien nara dawn l-affarijiet, bil-fors li jkolli nħares lura u nara x'ġara snin ilu – fl-2004 - meta fuq gidba oħra ta' Joe Zahra lili ppruvaw jitfgħuni l-ħabs dak iż-żmien. Hemm ħafna paralelli li jispikkaw. Ma rnexxilhomx dak iż-żmien u reġgħu ppruvaw issa. Il-kollużjoni hija li wara li Gayle Kimberly qaltilhom li fl-10 ta' Frar ddiskutejna ħafna affarijiet, li mhu vera xejn. Qatt ma saret din il-laqgħa. Imbagħad issir telefonati u tasSwedish Match isemmu ismi huma biex jippruvaw iżeffnuni fl-istorja. Però l-interessanti hija din: li fi Frar b'mod ma nafx kif Silvio Zammit beda l-kuntatti mhux ma' Swedish Match imma ma' ESTOC fi Brussell. L-għada li l-ESTOC bdew jagħmlu l-kuntatti u jiddiskutu l-konsulenzi ma' Zammit, Swedish Match iddeċidew li jaqtgħu kull relazzjoni ma' Zammit. Mela l-ewwel assiguraw ruħhom li l-kuntatti ma' Zammit ser jibqgħu min-naħa ta' ESTOC, imbagħad taw l-istruzzjonijiet biex jaqtgħu kull kuntatt ma' Zammit għaliex kienu qed jippjanaw affarijiet oħrajn. Imbagħad naraw x'ġara fil-15 ta' Marzu pereżempju, fl-ESTOC saret laqgħa bejn is-segretarja tal-ESTOC, Inge Delfosse u ċ-chairman talESTOC , il-President ta' ESTOC Patrick Hildingsson li hu wkoll ilviċi-president ta' Swedish Match. Dan jilbes żewġ t'ikpiepel. F'din il-laqgħa (din toħroġ minn dokumentazzjoni tal-OLAF, jiġifieri l-OLAF kellhom kollox f'idejhom u kienu jafu kollox x'ġara) jgħid lil Inge Delfosse, x'qallhom Gabrielsson li ġara fil-laqgħa tal-10 ta' Frar li qatt ma saret. Qallha oqgħod attenta minn Zammit, Jien nistaqsi għalfejn qallha biex toqgħod attenta u mhux biex taqta' kull kuntatt miegħu kif qal lin-nies tiegħu ta' Swedish Match? Però l-għada li kellhom din illaqgħa din kitbet lil Zammit 'għamlilna appuntament ma' Dalli u għidilna kemm trid titħallas biex tagħmlilna dan l-appuntament.' Din hija sempliċiment il-konfoffa li kienu qed jagħmlu Swedish Match. Jiġifieri dawn kellhom intenzjoni primeditata biex jeħilsu minni. Meta kellha din l-informazzjoni f 'idejha, għalfejn l-OLAF. Kull ma kien jinteressaha hu li tipprova l-gidba ta' Swedish Match minflok tara l-motivazzjoni ta' Swedish Match għalfejn għamlu dawn l-affarijiet. Nixtieq infakkar il-famuża intervista li kellu Gabrielsson ma Bove. Gabrielsson qal kien jaf li dik illaqgħa ma kinitx saret. Bove staqsieh għalfejn kompla jsostni fil-Parlament Ewropew li saret dik il-laqgħa? Wieġbu Gabrielsson u qallu, għax meta ltqajt mal-OLAF u mal-Pulizija Maltija, qaluli biex nibqa' ngħid dak li kont qed ngħid qabel li ma mmurx niddisturba l-investigazzjoni tal-Pulizija f 'Malta. Jiġifieri l-investigazzjoni anke f 'Malta kienet ibbażata fuq gidba? Din hija s-sitwazzjoni tal-kollużjoni li kien hemm bejn l-industrija tat-tabakk u l-OLAF. Dwar l-involviment fil-Baħamas? Fuq il-Baħamas, nerġa' ngħid, m'għamilt ebda żball fuq il-Baħamas. Kienet xi ħaġa m'għandha x'taqsam xejn mal-Kummissjoni. Jien ma mortx il-Baħamas ma' xi negozjanti kbar tal-vapuri bħal m'għamel Barroso mbagħad insibu ftit wara li jgħaddu l-liġijiet mill-Kummissjoni u x-shipping jiġi eżentat milli jħallas il-Carbon Tax. Ma ksirt ebda kodiċi ta' etika għax ma kelli ebda pożizzjoni ma ebda entità, u din tal-miljuni hi gidba. Ta' min ifakkar li fir-rapport tal-OLAF kien hemm iddikjarat li m'għaddew ebda flus. Din kienet xi ħaġa kompletament volontarja u assolutament ma kellha x'taqsam xejn mal-Kummissjoni. Għalija din kienet xi ħaġa importanti ħafna. L-ewwelnett kellha għan filantropiku biex tgħin in-nies talAfrika. Il-fatt li rrid ngħin lin-nies tal-Afrika kienet dejjem tberren ġo moħħi. Illum nitkellmu ħafna dwar l-immigrazzjoni illegali. Jien niftakarni nagħmel diskors, 25 sena ilu fuq l-immigrazzjoni. Kont qiegħed nindirizza konferenza ġo Rimini fuq is-suġġett tal-immigrazzjoni illegali u fiha kont għidt li s-soluzzjoni vera u dejjiema hi li ninvestu ġol-Afrika biex dawn in-nies jibqgħu ġo pajjiżhom. Biex dawn in-nies ma jkollhomx għalfejn jitilqu minn pajjiżhom, għaliex ħadd ma jkun irid jitlaq minn pajjiżu sakemm ma jkollokx problemi kbar. Issa nafu li l-problemi mhumiex ekonomiċi biss, problemi ta' governabilità, Gwerer Ċivili u kieku jridu l-Ewropa u l-pajjiżi tal-Punent jagħmlu xi ħaġa. Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġu mgħejuna. Din kienet possibbiltà illi jkun hemm affarijiet li jistgħu jsiru u jien ninforma ruħi dwar dan ilpotenzjal li seta' jkun hemm. Jiġifieri taħseb li l-OLAF ivvintaw skuża oħra biex jaqbdu miegħek? Dan huwa abbuż sħiħ. Jiena għamilt kawża kontra l-Kummissjoni biex id-deċiżjoni ta' Barroso tiġi ddikjarata ħażina minħabba ħafna affarijiet li għamel. Jien ngħid anke ħniżrijiet. Jien ngħidlu tini r-rapport ħa narah u jgħidli le dak kunfidenzjali. Kunfidenzjali meta dan qed jikkundannani fuq dan ir-rapport u jien lanqas biss nista' nara fuq xiex qed jikkundannani. Meta tlabtu jtini ċans ta' 24 siegħa biex inkellem lill-avukati ħalli nieħu parir u biex nara daqsxejn x'inhi s-sitwazzjoni, qalli 'le nofs siegħa ntik.' Għaldaqstant jien qed nitlob lillQorti fil-Lussemburgu biex tiddikjara din id-deċiżjoni ħażina. Jien għandi kawża oħra kontra Swedish Match ta' malafama. Ma ninsewx, li dan kollu beda fuq gidba. Imbagħad il-kollużjoni li kien hemm bejn l-industrija tat-tabakk u l-Kummissjoni. Qabel ma Swedish Match għamlu r-rapport, imbierek Alla, il-lobbyist ta' Swedish Match Michel Petite, li kien id-Direttur Ġenerali tas-servizzi legali talKummissjoni Ewropea u li allura kien ħabib ħafna ta' Barroso u Catherine Day. Dawn bdew jiddiskutu bejniethom ta' x'ser jagħmlu. Jiddiskutu bejniethom affarijiet bħal dawn? Għalfejn ma qabdux u bagħtu rapport lill-OLAF? Jew qabel riedu jippreparaw il-qiegħa? Fiex waslet il-kawża? Il-proċedura tal-kawżi fl-ECJ hija li l-ewwel isiru r-rapporti bil-miktub. L-ewwel għamilt il-każ tiegħi, imbagħad il-Kummissjoni wieġbet bil-miktub għal dak li bgħatt jiena, jien bgħatt ir-replika tiegħi. Issa fl-aħħar ilKummissjoni – wara li talbet estensjoni taż-żmien – wieġbet fl-20 ta' Settembru li għadda għal dak li rrispondejt jien. Jiġifieri issa l-proċedura bil-miktub hija lesta u suppost ikun hemm tim ta' Imħallfin li jibdew jikkunsidraw il-każ. Jistgħu jibgħatu għal xhieda eċċ… Inti kont Ministru tal-Gvern Nazzjonalista f'diversi leġislaturi, kif ukoll Ministru tal-Finanzi għal 10 snin. Illum il-ġurnata, x'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-PN? Lest li tinvolvi ruħek fil-PN? Titħajjar terġa' tikkontesta? Jien dejjem għidt… jiena