Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
2 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 CHEMIMART Ltd., 14, Triq Sant'Anna, Floriana SAN Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa TAL-ĦLAS Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Qormi RATIONAL Pharmacy, 74/75, Triq ilWied, Birkirkara MAYER Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta' Ta' Xbiex, Msida ST. Andrew's Pharmacy, Triq ilQasam, Ta' L-Ibraġ, Swieqi THE Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Sliema ST. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Attard ST. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz-Zakak, Mosta ST. Simon Pharmacy, 8, Dawret ilGzejjer, Buġibba BROWN'S Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule (previously "Agius Pharmacy"), Paola ALPHA Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura FELICE Dispensary, 95, Triq is-Santwarju, Żabbar ST. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Żejtun KRISTIANNE Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Żurrieq PLAZA Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ SPIŻERIJA Carmen, 1, Misraħ Suffara Street, Dingli FONTANA Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana PISANI Pharmacy, Bini Gdid, Triq Sannat, Sannat TEMP ILLUM L-OGĦLA 26˚Ċ L-INQAS 18˚Ċ TEMP Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Nofsinhar ix-Xlokk forza 4 għal 5 lokalment forza 3 għal 4, li jdur mix-Xlokk il-Lvant. GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Il-liġi se tagħti d-drittijiet u l-obbligi kollha taż-żwieġ lill-koppji omosesswali JEROME CARUANA CILIA www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA 26˚Ċ L-INQAS 18˚Ċ TEMP Ftit imsaħħab li jsir ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILTA' Tajba RIĦ Lvant għax-Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 għall-ewwel, li jdur mix- Xlokk. SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 89 35 85 16 42 68 24 45 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Għada l-PN se jidd DIN il-ġimgħa l-Gvern ippubblika l-Liġi dwar l-Unjoni Ċivili, li se tagħti d-drittijiet u l-obbligi kollha taż-żwieġ lill-koppji tal-istess sess li jidħlu f 'unjoni ċivili. L-għan ewlieni ta' dan l-Abbozz ta' Liġi, huwa biex jirregola l-unjonijiet ċivili u biex jipprovdi dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu magħhom jew huma anċillari għalihom. Filwaqt li l-Partit Laburista żamm mal-wegħda elettorali tiegħu u ressaq din il-liġi għall-ewwel u t-tieni qari, ħafna huma dawk li staqsew għalfejn il-Partit Nazzjonalista għadu ma ħax pożizzjoni dwar din il-kwistjoni daqstant sensittiva. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed f 'pożizzjoni delikata ħafna. Minn banda jeħtieġ li jaġġorna ruħu u jkun iktar miftuħ fil-politika dwar id-drittijiet ċivili, min-naħa oħra irid iżomm f 'moħħu l-konservattivi tal-Partit. Għada waranofsinhar ser jiltaqa' l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista sabiex jiddiskuti l-pożizzjoni tiegħu rigward din l-abbozz ta' liġi li ser jirregola l-Unjoni Ċivili. Kelliem għall-PN qal li "l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista se jkun qed jiddiskuti l-abbozz ta' liġi dwar l-Unjonijiet Ċivili matul il-jiem li ġejjin bl-istess mod kif jiddiskuti l-liġiijiet kollha li jressaq il-Gvern quddiem il-Parlament." Waqt il-konferenza talaħbarijiet li saret nhar it-Tnejn 14 ta' Ottubru, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli qalet illi dan l-abbozz ta' liġi huwa bbażat fuq dak li diġà jeżisti fid-Danimarka. L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz ta' Liġi huma l-introduzzjoni taddritt lill-persuni, kemm jekk tal-istess sess jew ta' sess oppost, li jidħlu f 'unjoni ċivili. Il-prinċipju sottostanti ta' dan l-Att hu li jekwipara l-unjonijiet ċivili u ż-żwieġ mil-lat ta' proċedura u sustanza b'mod li jiggarantixxi drittijiet ugwali lill-imsieħba f 'unjoni ċivili hekk kif inhi garantita lill-konjugi fiżżwieġ. L-aproċċ tal-ugwaljanza għandu jiggarantixxi t-tgawdija ta' drittijiet u obbligi ugwali f 'kull qasam tal-liġi u l-ħajja soċjali. Fost oħrajn huwa mistenni li l-koppji jgawdu mill-istess rati ta' taxxa li jgawdu koppji miżżewġa u jkunu jistgħu anke jingħaqdu fl-unjoni ċivili permezz ta' ċerimonja ċivili quddiem uffiċjali tar-reġistru pubbliku jew anke sindku. Bħal kull kwisjtoni oħra li tinqala' f 'pajjiżna, sibna individwi b'ideat estremi. Min jaqbel u min ma jaqbilx. Bosta kienu dawk li argumentaw li mhux sew li wħud ikollhom ċerta drittijiet u oħrajn le. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM, persuni favur dan l-abbozz ta' liġi qalu li "kull individwu għandu jgħix ħajtu kif irid. Ħadd m'għandu jindaħal jew jimponi." Iżda oħrajn qalulna li "dan huwa pass għall-agħar. Tal-mistħija kif hawn min jaqbel ma dawn l-affarijiet." Kritika li saret fil-konfront ta' dan l-abbozz ta' liġi, kienet li minkejja li ser tagħti d-drittijiet u l-obbligi kollha taż-żwieġ lill-koppji tal-istess sess, dan mhux qed jissejjaħ żwieġ. Għaldaqstant wieħed jistaqsi: x'differenza ser ikun hemm bejn l-Unjoni Ċivili u meta effettivament jidħol iż-Żwieġ bejn koppji tal-istess sess f 'pajjiżna? Madanakollu, iċ-chairman