Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 19 ux nibqgħu ngħixu f'bozza." kampjiet ta' konċentrament oħra kien ġenna tal-art. Niftakar f'sular minnhom kien hemm ħafna oġġetti personali ta' dawk li kienu ħallew ġildhom litteralment f'dan il-post. Fost ilħafna affarijiet li rajt kien ritratt isfar ta' żewġt irġiel mgħannqin. Kien ċar għalfejn dawk iż-żewġt irġiel mietu hemm. Irridu nammettuha li l-maġġoranza tippretendi li kulħadd ikun "normali" bħalha. Meta ngħid normali rrid infisser, li l-akbar numru ta' nies ikunu jistennew li kulħadd iġib ruħu bħalhom jew ikun bħalhom. Min jaħseb hekk ma jkunx qiegħed jifhem li d-demokrazija ma taħdimx b'dan il-mod. Jiena minn dejjem kont kontra l-argument maġġoritarju fejn il-minoranzi qisu m'hemmx posthom fissoċjetà. Waħda minn dawn il-minoranzi dejjem kienet il-komunità omosesswali. Komunita' li fl-Istorja talbniedem kienet ippersegwitata minn kulħadd. Waħda millaffarijiet li dejjem affaxinatni hi li minoranzi bħal-Lhud u l-omosesswali kienu fost l-aktar ippersegwitati u fl-istess ħin fost li l-aktar li taw nies li influwenzaw id-dinja tal-arti u x-xjenza. Bħal donnu Hitler ried jeqridhom mhux għaliex ma riedx li "tiddennes" ir-razza tiegħu iżda għaliex ma riedx li jkollu kompetizzjoni. L-istorja tal-omosesswali fid-dinja hija waħda mibnija fuq il-preġudizzji u mhux fuq ir-raġuni. Meta fl-1789 inkitbet paġna ġdida fi Franza wieħed mill-prinċipji ta' ispirazzjoni kien dak li sa mit-twelid kulħadd jitwieled l-istess. Hu min hu u hu x'inhu. Ħassieba bħal Voltaire f'kitbiethom kienu ċari, li ħadd m'għandu jkun eskluż milli jgawdi l-istess drittijiet. Iżda dan kollu kien faċli ħafna għall-ħassieba li jgħiduh milli jkun applikat fir-realtà. Iddinja ta' kuljum iġġib magħha realtijiet oħrajn. Sal-lum għad għandna ħafna preġudizzji nagħmlu kemm nagħmlu liġijiet ma nkunux nistgħu ngħelbuhom. Għalhekk dak li ma tkunx trid tagħmel is-soċjetà jkollu jagħmlu l-leġislatur. F'dan il-kuntest bħalissa hemm abbozz ta' liġi dwar l-Unjoni Ċivili biex iħares lil dawk kollha li jkunu qegħdin jgħixu flimkien anke jekk huma tal-istess sess. Sal-lum dawn ix-xorta ta' relazzjonijiet, li minnhom hawn l-eluf, ma kienu jnisslu ebda drittijiet. Kieku xi ħadd ried li jipprova jieħu d-drittijiet tiegħu quddiem il-Qrati tagħna, żgur kien ser ifalli. Sal-lum relazzjonijiet ta' din ix-xorta għadna narawhom bil-kulur għaliex meqjusin bħala illeċiti u kontra l-ordni pubblika. Apparti dan illum qegħdin ngħixu realtà politika differenti minn dik ta' snin ilu. Ir-realtà Ewropea, b'deċiżjonijiet talQorti Ewropea għall-ħarsien tad-drittijiet fundamentali talbniedem, tirrikonoxxi drittijiet li għandha koppja omosesswali li sal-lum aħna għadna mhux biss ma rrikonoxxejniex iżda anke niċħduhom. Jekk ma nagħmlux dak li għandna nagħmlu llum ser jordnawlna nagħmluh. Ma nistgħux nibqgħu ngħixu f'bozza. Dawk li jafu kif kienet il-ħajja 40 jew 30 sena ilu jsibuha diffiċli biex jaċċettaw it-tibdil. Iżda ma nistgħux ma nifhmux li llum mhux biss inbidlet id-dinja iżda li ta' kuljum qiegħda tinbidel b'mod mgħaġġel li ġieli ma nlaħħqux magħha. Billi noffru reżistenza nkunu biss qegħdin inkabbru l-ġerħa li rridu nfejqu u litteralment qegħdin nikkankraw. Meta l-biċċa tibda tinten imbagħad l-affarijiet jistgħu jkunu tard wisq. Irridu nwaqqgħu l-ħitan tal-preġudizzju u fejn hemm iddifferenzi m'għandniex nagħtu l-kulur. Fl-1973 tneħħa minn reat li raġel jista' jħobb raġel ieħor jew mara tħobb mara oħra. Dakinhar l-Oppożizzjoni ġabet ruħha b'mod billi rikbet fuq wieħed miż-żwiemel talApokalissi. Għadda ż-żmien u mhux biss ma ġara xejn talli llum kulħadd jaqbel li dakinhar sar sewwa. L-istorja riedet li bħalma dakinhar kellu jkun il-Partit Laburista li jabolixxi r-reat kif kien magħruf ta' sodomija, kellu jkun l-istess partit kważi erbgħin sena wara biex jestendi d-drittijiet tal-omosesswali. Għal erbgħin sena sħaħ dawn kellhom id-drittijiet tagħhom litteralment fil-friża tal-injoranza u l-preġudizzji. L-abbozz li hemm quddiem ilParlament qiegħed jipproponi li inwaqqgħu għal kollox il-ħitan. Nittama li l-Oppożizzjoni tagħraf taqra sewwa s-sinjali taż-żminijiet u ma tagħmilx l-istess żball tad-divorzju. Irridu ninżaw in-nuċċali talpreġudizzji li jilmaħ kollox bl-ilwien. reġax inbena wara l-aħħar gwerra forsi sabiex tonqos l-influwenza kulturali Taljana minkejja li l-opra lirika qajla hija xi monopolju Taljan. In-nuqqas ta' flus dejjem tintuża bħala skuża sabiex dan it-Teatru ma reġax inbena imma dan mhu xejn ġdid għax anke fl-1866, meta suppost kellu jiswa madwar 30,000 lira, spiċċa jiswa bejn 44,000 u 60,000 lira, flus li kien hemm min jgħid setgħu ntefqu aħjar. Imma ma nifhimx kif Malta tas-seklu 19 bil-faqar kollu li kien hawn kienet tiflaħ għal dan it-teatru b'1,100 post bilqiegħda u 200 bilwieqfa u llum ma tiflaħx. Il-vojt li ħalla t-Teatru Rjal ma mteliex bl-opri li kienu jsiru r-Radio City fil-Ħamrun u li għadhom isiru fit-Teatru Manoel. Fortunatament, minn xi 40 sena 'l hawn, żewġ teatri Għawdxin ta' baned rivali twebblu jtellgħu l-opri u jirnexxielhom itellgħu produzzjonijiet ta' livell diskret bl-għajnuna ta' ħafna voluntiera kif ukoll bl-appoġġ qawwi tal-gvern u talkomunità kummerċjali. Jekk il-poplu ma jkunx espost għall-opra, qajla jista' japprezzaha u dan in-nuqqas ta' interess flopra lirika żdied minħabba l-atteġġjament ta' bosta li kienu responsabbli għallqasam kulturali f 'pajjiżna li jikkunsidraw l-opra bħala xi attività tal-elite. Dan mhux il-każ u l-opra għad għandha l-istess attwalità li kellha fi żmien Verdi meta għal kull opra ġdida kien ikun hemm stennija kif fi żminijiet aktar riċenti kien ikun hemm għal xi album ġdid tal-Beatles jew tal-Pink Floyd. Taħt l-idejn ta' reġisti bravi, ħafna drabi mid-dinja taċ-ċinema, l-opra hija divertiment mill-aqwa u t-tematika tagħha hija attwali għall-aħħar. Ir-rabta bejn il-baned u l-mużika lirika hija antika: ilbaned iħobbu jdoqqu biċċiet mill-opra fil-programmi tagħhom mentri wieħed mill-ewwel sostenituri kbar ta' Verdi ma kien ħadd ħlief is-surmast tal-banda ta' Busseto, ir-raħal qrib Parma fir-Romagna fejn Verdi kien twieled u trabba. Antonio Barezzi kien jiffinanzja lil Verdi imur jistudja u jittanta xortih Milan imma mhux biss għenu finanzjarjament iżda anke żewwiġlu lil bintu stess Margherita. Sfortunatament, l-ewwel snin ta' Verdi kienu ferm traġiċi u l-ewwel mietu ż-żewġ ulied li kellu u f 'Ġunju 1840 l-istess Margherita. Ta' 26 sena Verdi kien diġà romol meta l-karriera tiegħu kienet għadha mhix stabbilita. Fortunatament, Verdi rnexxielu joħroġ mid- disperazzjoni li t-traġedji familjari tefgħuh fihom. Fl1859, wara bosta snin li damu jgħixu flimkien bi skandlu għal bosta, Verdi żżewweġ lissopran Giuseppina Strepponi li barra li kienet għajnuna kbira f 'dak kollu li kien iwettaq u fl-għażliet artistiċi tiegħu, dejjem baqgħet fidila lejh. Dan minkejja li r-relazzjoni ta' bejniethom birdet sew għal xi żmien meta wara l-1869 Verdi żviluppa ħbiberija kbira ma' sopran oħra, Teresa Stolz li spiss kienet iżżanżan l-opri tiegħu. Strepponi kienet tissuspetta li Verdi kien jaqlibhielha ma' Stoltz imma eventwalment, aċċettat li dan ma kienx il-każ u li Stoltz kellha ammirazzjoni platonika għal Verdi. Irrelazzjoni ta' Strepponi ma' Verdi reġgħet lura għannormal filwaqt li Stolz baqgħet ħabiba tat-tnejn li huma sal-mewt ta' Strepponi fl-1897 u ta' Verdi ftit snin wara fl-1901. L-ewwel suċċess kbir ta' Verdi kienet l-opra Nabuccoli ttellgħet l-ewwel darba fl-1842 fit-Teatro alla Scala ta' Milan. Tant kemm kienet suċċess li fl-ewwel staġun tagħha ttellgħet 64 darba oħra. Verdi kien l-ewwel immużika l-famuż kor tal-Lhud, li telliefa u eżiljati f 'Babilonja, kienu qed jiftakru f 'art twelidhom, il Va, pensiero sull'ali Dorate. Fl-epoka, l-Italja kienet għadha mhix magħquda u bosta partijiet tal-Italja ta' Fuq, fosthom Milan, kienu taħt id-dominju Awstrijak. Kien faċli għatTaljani taħt it-takkuna tal-barrani li jidentifikaw ruħhom mal-Lhud eżiljati u l-Va, pensiero sar l-innu per eċċellenza tar-Risorgimento kontra l-okkupazzjoni Awstrijaka. Il-Lega Nord trid li dan l-innu jsir l-innu nazzjonali Taljan minflok dak li nafu. Verdi qatt ma kien 'il bogħod mill-fervuri nazzjonalistiċi tal-epoka. B'kumbinazzjoni straordinarja, meta t-Taljani kienu jgħajtu 'Viva Verdi!' ma kinux biss jonoraw lillkompożitur imma kienu wkoll qed jakklamaw lil Vittorio Emmanuele, Re d'Italia u għalhekk Verdi spiss kien ikollu jħabbat wiċċu maċċensuri. Illum forsi diffiċli tifhem kif kompożitur ta' opra kien ikollu problemi biċ-ċensura imma hekk kien il-każ. Iċ-ċensura Asburġika ukoll laqtet lil Verdi meta ried itella' Rigoletto u fl-aħħar sabiex ma jingħatax skandlu minħabba l-komportament immorali talprinċep, l-azzjoni sseħħ filqorti tad-Duka ta' Mantova, dukat li ma kienx għadu jeżisti fl-epoka minflok dik tar-re ta' Franza. Mill-banda l-oħra, iċ-ċensura Borbonika oġġezzjonat għall-opra oħra kbira ta' Verdi, Un ballo in maschera, li għalkemm kellha tittella' l-ewwel darba fitTeatru San Carlo ta' Napli, iddebutat f 'Ruma. L-opra tittratta l-assassinju tar-re ta' l-Iżvezja imma peress li dan kien suġġett delikat ħafna fl-1859 il-gvernatur ta' Boston spiċċa maqtul minflok! Opri oħra kbar li kkompona kienu Simon Boccanegra, Aidau Otello, l-opra ta' qabel tal-aħħar tar-repertorju Verdjan, storja ta' kif bniedem b'ħafna poter jispiċċa vittma tal-għira li bniedem makakk u ambizzjuż jwebblu bih. F'din l-opra, Verdi ried jagħti risposta lil dawk li kienu jikkritikawh li l-mużika tiegħu ma' tqabbilhiex ma' dik ta' Wagner. Ma nistax ma nagħlaqx billi nsemmi kompożizzjoni monumentali tiegħu, irRequiem li kkomponiha sabiex jikkommemora l-mewt tal-awtur Taljan Alessandro Manzoni li tiegħu Verdi kien ammiratur kbir. Kompożizzjoni li ma tistax ma tqanqalx sentimenti mill-aktar profondi f 'kull min jismagħha. Min ma japprezzax ix-xogħlijiet ta' Verdi qed jitlef ħafna mill-ħajja u jien fost dawk li bil-qalb ngħajjat "Grazie, maestro. Viva Verdi!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013