Illum previous editions

illum 20 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 L-eks-deputat Nazzjonalista Jesmond Mugliett jinħatar f'bord JAMES J. PISCOPO WARA l-ħatriet li ngħataw lil eks-deputati Nazzjonalisti Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono, fil-ġimgħat li għaddew kien imiss lilleks-Ministru Nazzjonalista Jesmond Mugliett li nħatar fil-bord tal-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada. Din il-gazzetta hi infurmata li Mugliett se jkun qed jirċievi remunerazzjoni ta' kważi €3,000 fis-sena. Kelliem għall-Ministeru talEdukazzjoni qal li Mugliett u l-membri l-oħra fuq il-bord intgħażlu "abbażi tal-ħiliet u l-esperjenza tagħhom, kif ukoll bl-għan li jkun hemm diversità fil-kompetenzi." Il-professjoni ta'Mugliett hi dik ta' perit, li tikkumplimenta l-ħidma tal-fondazzjoni fejn jidħol tfassil tal-pjani għal bini u l-faċilitajiet tal-iskejjel u l-manutenzjoni tagħhom. Il-bord se jkun immexxi minn perit ieħor, Samuel Formosa, li se jkun qed jirċievi salarju ta' €14,000 fis- sena. Il-membri l-oħra huma l-inġinier Christopher Borg, Dr Fiona Zammit Armeni, Anthony Muscat, Henry Attard u Claude Cuschieri. Kollha kemm huma nħatru għal perjodu ta' sentejn. Mugliett, Debono u Pullicino Orlando kienu t-tliet deputati li kienu ġew iċċensurati mill-Partit Nazzjonalista f 'Ġunju 2012, wara li vvutaw kontra l-linja tal-partit f 'żewġ voti separati. Il-voti fissru r-riżenja ta' Richard Cachia Caruana u Carm Mifsud Bonnici. F'Jannar li għadda – ġimgħa biss wara l-bidu tal-kampanja elettorali – Mugliett kien ħareġ jappoġġja l-proposta tal-Partit Laburista dwar l-enerġija. Dan ma niżilx tajjeb mal-partitarji Nazzjonalisti peress li dak iż-żmien Mugliett kien għadu deputat Nazzjonalista. Mugliett kien iddeċieda li ma jikkontestax l-aħħar elezzjoni ġenerali. Għad hawn post €240 miljun għaż-żiemel fit-triq? lill-iskejjel tal-Knisja FL-AĦĦAR sitt snin, il-Gvern ħareġ mal€240 miljun f 'għajnuna finanzjarja lill-iskejjel tal-Knisja. Bejn l-2008 u l-2009, l-għajnuna kienet tvarja bejn €32 miljun u €34 miljun fis-sena, iżda fl-2010 is-somma żdiedet għal €38 miljun u nofs. Fl-aħħar tliet snin, mill-2010 'l quddiem, is-somma kienet ta' aktar minn €46 miljun. Din l-għajnuna finanzjarja mistennija tkompli tikber fis-snin li ġejjin. Dan permezz ta' ftehim li ntlaħaq f 'Lulju 2011 bejn l-iStat u l-Knisja biex l-għajnuna finanzjarja tkun stabbilita skont l-ammont ta' tfal f 'dawn l-iskejjel. Fost l-oħrajn, dan il-ftehim kien jistipola wkoll li l-Gvern iħallas is-salarju tal-għalliema u l-ħaddiema tal-iskejjel. Minkejja dawn l-għajnuniet, l-iskejjel tal-Knisja xorta jitolbu 'donazzjonijiet' sostanzjali lil ġenituri tal-istudenti, biex jifdu spejjeż oħra. Minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, il-Gvern joħroġ €7 miljun oħra fis-sena għattrasport tat-tfal fl-iskejjel tal-Gvern. Fl-istess seduta, Bartolo ħabbar ukoll it-twaqqif ta' kumitat ta' moniteraġġ li jinvestiga lmenti dwar it-trasport. Dan jinkludi wkoll meta studenti jkunu qed jistennew it-trasport aktar minn siegħa qabel tibda l-iskola. YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt WARA li aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm staġnar ta' traffiku wara li sfratta żiemel fi Triq Aldo Moro l-Marsa, ġie f 'idejna dan ir-ritratt li ttieħed din il-ġimgħa stess f 'ĦalQormi. Kif tistgħu taraw, barra li ż-żagħżugħ qiegħed bilqegħda fuq ilkarozza, fl-istess ħin irid jikkontrolla żewġ żwiemel Alla jberikhom. Is-sitwazzjoni tkompli tikber meta żżomm f 'moħħok li jekk dawn jisfrattaw u jagħmlu xi ħsara lil karozzi, ħadd ma jirċievi ċenteżmu mill- kumpaniji tal-assikurazzjoni. Fuq diversi siti soċjali, din il-ġimgħa tqajmet diskussjoni fuq jekk iż-żwiemel humiex posthom fit-toroq. Grupp minnhom, li qed jappella biex ma jitħallewx żwiemel fit-toroq għandu aktar minn 10,500 segwaċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 October 2013