Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Bidu spettakolari fl-34 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race ħadu sehem 82 jott. Mhux inqas minn 20 pajjiż mill- Ewropa u lil hinn minnha qed ikunu rrappreżentati f 'din it-tellieqa bl-ikbar flotot jaslu mill-pajjiż ġar l-Italja u mir-Russja. Barra mill-fatt li din issena qegħdin jieħdu sehem rekord ta' 99 jott, il-prestiġju fir-Rolex Middles Sea Race ta' din is-sena huwa ikbar mis-soltu minħabba li fl-istess tellieqa qed jieħu sehem ħadd ħlief l-iskipper magħruf madwar id-dinja u meqjus fost l-aqwa fid-dinja tal-ibburdjar Alex Thomson bil-jott tiegħu Hugo Boss. Fuq livell internazzjonali Thomson jikkompeti fil-klassi Imoca 60 li hija tellieqa tassew veloċi. Il-Maxijott Esimit Ewropa li huwa jott mis-Slovenja, reġa' ġie f 'Malta biex jipprova jakkwista r-raba' rebħa konsekuttiva ta' min jidħol l-ewwel. Madankollu dan ma jfissirx li pajjiżna ma jistax jikseb suċċess fledizzjoni ta' din is-sena hekk kif il-flotta Maltija se terġa' tkun b'saħħitha meta mhux inqas minn għaxar jottijiet ta' esperjenza profonda dwar din il-korsa se jerġgħu jippruvaw jirbħu r-Rolex Middle Sea Race għas-seba' darba minn mindu bdiet, fejn fosthom insibu bħala favoriti lil Artie li rebaħha fl2011, OtraVez, Commanche Raider u X Pact. Ritratti: Chris Mangion ILBIERAĦ il-Port il-Kbir kien iċ-ċentru ta' attività liema bħalha hekk kif fil11am preċiż ġew sparati tiri mill-kanuni tal-Barrakka ta' Fuq fil-Belt Valletta biex ingħata bidu spettakolari għar-Rolex Middle Sea Race li hija meqjusa bħala l-iktar tellieqa importanti tal-ibburdjar li ssir f 'pajjiżna u t-tielet waħda fid-dinja, bl-iktar importanti tkun dik talFastnet u t-tieni waħda dik tas-Sydney to Hobart. Matul din is-sena kellhom jieħdu sehem rekord ta' 100 jott iżda minħabba li kien hemm baħri partikolari li affronta mewt fil-familja tiegħu, dan ma ħax sehem f 'din it-tellieqa biex b'hekk qegħdin jikkompetu 99 jott li xorta huwa numru rekord. B'hekk matul din is-sena qed jieħdu sehem 17-il jott iktar mis-sena l-oħra hekk kif matul is-sena li għaddiet