Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 9 L-adozzjoni tat-tfal għallkoppji tal-istess sess "Hemm ħafna għaġla fil-proċess tad-diskussjoni ta' dan l-abbozz" – Fr. Mark Sultana JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt F'DAN l-aħħar żmien kien hawn opinjonijiet assolutament l-oppost firrigward tal-Liġi dwar l-Unjoni Ċivili, li se tagħti d-drittijiet u l-obbligi kollha taż-żwieġ lillkoppji tal-istess sess li jidħlu f'unjoni ċivili. Iżda l-iktar punt li qajjem kontroversja, kien il-fatt li koppji tal-istess sess ser ikunu jistgħu jadottaw it-tfal, u ser ikunu jistgħu jagħmlu dan b'mod leċitu. L-abbozz ta' liġi li diġà tressaq għat-tieni qari fil-Parlament jgħid hekk f'artiklu 100B sub-artiklu 1: "it-tfal adottati konġuntivament… ikunu rikonoxxuti għall-finijiet u l-effetti tal-liġi bħala li għandhom ġenituri tal-istess sess u d-drittijiet u l-obbligi kollha tal-ġenituri lejn uliedhom u tal-ulied lejn ilġenituri taħt dawn il-kodiċi jew taħt kull liġi oħra għandhom japplikaw għal dawk it-tfal u l-ġenituri." Din l-aħbar qajmet reazzjonijiet imħallta. Min jgħid li dan huwa l-progress li pajjiżna għandu bżonn u min qal li din hi kwistjoni serja għaliex ser ikollha impatt negattiv ħafna fuq it-tfal tagħna. Persuni li tkellmu mal-gazzetta ILLUM qalu li permezz tal-abbozz ta' liġi li ser jirregola l-Unjoni Ċivili, Malta ser tieħu r-ruħ." Iżda oħrajn huma xettiċi ħafna u saħqu li "qed ngħaġġlu ħafna." Fr. Mark Sultana li hu lecturer fid-Dipartiment tat-Teoloġija fl-Università ta' Malta, u rappreżentant tal-Knisja Kattolika Maltija qal li "s'issa, iż-żwieġ konjugali, mifhum bħala rabta kemm jista' jkun dejjiema bejn żewġ persuni ta' sessi differenti li b'mod ordinarju tnissel it-tfal, hu l-mekkaniżmu soċjali li jorbot ġenerazzjonijiet flimkien, jagħti identità lil persuni, u hu l-benniena tal-edukazzjoni umana u soċjali tagħna. Allura għandna bżonn nirriflettu ħafna dwar konsiderazzjonijiet ta' identità (kemm soċjali u kemm ġenerazzjonali, ngħidu aħna fis-sens ta' arblu tarrazza), ta' edukazzjoni (li mhix biss kwistjoni ta' aġġustament psikoloġiku imma għandha karatteristiċi umani, soċjali, kulturali, morali spiritwali u reliġjużi) u ta' ugwaljanza" "Il-Gvern eskluda lill-Oppożizzjoni mill-Kunsill Konsultattiv" sostna Fr. Mark. "Jidher li fil-kuntest ta' dan l-abbozz hemm enfasi enormi fuq id-drittijiet ta' persuni LGBT imma ftit li xejn hemm konsiderazzjoni għad-drittijiet tat-tfal. Pereżempju, ma tistax titkellem dwar l-adozzjoni tat-tfal fl-att taż-żwieġ għax l-adozzjoni tat-tfal qatt mhu dritt ta' xi ħadd jew ta' xi wħud. L-adozzjoni dejjem issir fiddawl tal-aħjar interessi tat-tifel jew tifla konċernata. Fuq dan, minkejja stqarrijiet li, fid-dawl tar-riċerka eżistenti, huma straordinarjament ġenerali, fil-fatt hemm diskussjoni ħajja għaddejja fir-riċerka proprju dwar id-domanda jekk ġenituri tal-istess sess jistgħux jitqabblu ma' ġenituri ta' sess differenti. Naturalment ma rridux li d-deċiżjonijiet tagħna joħolqu xi forma ta' tbatija għat-tfal. Hu essenzjali hawnhekk li l-unika konsiderazzjoni li nżommu quddiem għajnejna tkun dejjem il-ġid tat-tfal infushom," sostna Fr. Sultana. Hu fisser kif "hemm ukoll kwistjonijiet oħra bħallibertà tal-kuxjenza u libertà tar-reliġjon barra dik tallibertà tal-espressjoni. Tajjeb nistaqsu jekk wieħed ikunx jista' jitkellem dwar żwieġ (u jifhem b'dan rabta dejjiema u mmarkata minn fedeltà bejn żewġ persuni ta' sessi differenti li b'mod ordinarju tnissel it-tfal) f'kuntesti pubbliċi, ngħidu aħna fl-iskejjel. U tajjeb nistaqsu jekk ikunx hemm il-possibbiltà ta' conscientious objection, ngħidu aħna min-naħa ta' sindki u reġistraturi taż-żwiġijiet. "Il-konsultazzjoni kienet waħda limitata u donnha involviet biss għaqdiet LGBTI" F'dan id-dawl kollu jidher li l-konsultazzjoni kienet waħda limitata ħafna (donnha kienet tinvolvi biss lill-assoċjazzjonijiet LGBTI u donnha kienet tiffoka fuq id-drittijiet ta' dawn ilpersuni biss). Jidher ċar ukoll li hemm ħafna għaġla filproċess tad-diskussjoni ta' dan l-abbozz." "Fil-fehma tiegħi jkun importanti li s-soċjetà toffri l-possibbiltà li dawn irrelazzjonijiet ikunu rregolati proprju minħabba d-dinjità taż-żewġ persuni kkonċernati u jkun tajjeb ukoll li tingħata l-possibbiltà legali ta' ċerti konsiderazzjonijiet importanti għalihom (bħal, leave mixxogħol għal raġuni ta' mard jew luttu, aċċess għal żjajjar l-isptar). Però naħseb li importanti li s-soċjetà tagħna tħares bilqawwa l-ispeċifiċità taż-żwieġ bħala istituzzjoni unika u prezzjuża li tipprovdi qafas kemm għall-identità personali u kemm għall-għaġna tas-soċjetà tagħna. Naħseb ukoll - u dan hu importanti - li hu essenzjali li d-dinjità ta' kull persuna fissoċjetà tagħna tkun imħarsa. Dan ifisser rispett fil-kliem, flaġir u wkoll ġustizzja fl-għażliet pubbliċi tagħna fejn jidħlu x-xogħol u l-aspetti kollha tal-ħajja ċivili u soċjali. Però ma narax kif dan għandu jfisser li unjonijiet ċivili jkunu ekwiparati għal żwieġ," enfasizza Fr. Mark Sultana. Kevin Plumpton, kandidat żagħżugħ għall-elezzjoni talParlament Ewropew f'isem il-PN qal li "mir-rispons tal-pubbliku, jidher li l-poplu Malti u Għawdxi mhux daqshekk konvint minn din il-liġi kif proposta mill-Gvern għaliex l-istess liġi tippermetti l-adozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess. Nemmen li bħala poplu aħna maturi biżżejjed biex nirrealizzaw li llum fis- soċjetà tagħna, hawn numru ta' persuni tal-istess sess li diġà qegħdin f'relazzjoni, u jixtiequ li din tkun rikonoxxuta b'liġi. Forsi dwar l-adozzjoni tat-tfal, tajjeb li jsir studju fuq livell lokali kif ukoll kampanja ta' edukazzjoni b'saħħitha f'diversi istituzzjonijiet fil-pajjiż qabel ma tidħol fis-seħħ il-liġi," qal Plumpton. "Personalment, naħseb li l-proċess ta' konsultazzjoni ma kienx wiesa' biżżejjed. Il-fatt li l-Gvern propona din il-liġi minkejja li għaddew biss 7 xhur mil-leġislatura jikkonferma li l-Gvern ma studjax fid-dettall l-impatt li din il-liġi jista' jkollha fuq is-soċjetà tagħna. Pereżempju, il-Gvern għażel li jeskludi l-Oppożizzjoni mill-Kunsill Konsultattiv dwar din illiġi. Jien nistaqsi, għalfejn il-Gvern ma riedx jiddiskuti mal-Oppożizzjoni? Nappella lill-Gvern biex qabel jgħaddi għall-voti fil-Parlament, iwettaq studju dwar l-impatt li liġi bħal din tista' tħalli fuq is-soċjetà Maltija," temm jgħid Kevin Plumpton. Ħadna wkoll il-kummenti taċ-Chairman tal-Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tal-LGBTI Cyrus Engerer fejn qal li jemmen li l-ebda adult m'għandu d-dritt li jaddotta, iżda li kull tifel u kull tifla għandhom id-dritt ta' trobbija f 'ambjent ta' familja u imħabba. "Bosta studji xjentifiċi juru li l-orjentazzjoni sesswali tal-ġenituri m'għandiex impatt fuq il-wellbeing tat-tfal. Infatti, għal dawn l-aħħar snin, ilbord tal-adozzjonijiet għażel numru ta' individwi, mhux f 'relazzjoni, biex jagħtu dan l-ambjent ta' familja lil numru ta' tfal permezz ta' adozzjoni. Il-liġi tal-Unjoni Ċivili mhux ser tbiddel xejn fir-rigward tal-adozzjoni. Id-differenza li se jkun hemm hi li issa pajjiżna se jibda jirrikonoxxi koppji tal-istess sess bħala familja u għaldaqstant, flok iż-żewġ individwi jibdew japplikaw biex jitqiesu għalladozzjoni separatament, kif kienu jagħmlu, issa jistgħu jibdew japplikaw bħala entità waħda. Dan hu fl-aħjar interess tat-tfal, għax iż-żewg membri tal-koppja jiġu skrutinizzati u mhux kif kien isir qabel, fejn kellek persuna waħda biss li tiġi skrutinizzata."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013