Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 In-Nimrod jgharrex ... u l-Buzu j JOHN BUSUTTIL YESSSS eżatt kif għidtilkom jien ġimgħa ilu…għamilt eżatt bħal kummentaturi tal-futbol fuq l-istazzjon tal-Istat li jkunu jafu x'se jiġri fil-grawnd minn qabel u jien kont naf x'se jiġri fil-baġit. Naħa tiftaħar bil-baġit tal-ġenn li tana l-profs fejn kien hemm anke min sejjaħlu 'preelection budget' (jiġifieri nispera li issa fehem il-ġaħan Malti li l-politiċi stess qed jammettu li qabel l-elezzjoni joffrulna baġit tal-voti ngħidulu aħna). U n-naħa l-oħra 'kif għidtilkom jien' tikkritika kemm tiflaħ dan il-baġit li hu mimli taxxi għal min ipejjep, jixrob u jdaħħan fit-toroq. Kos hux sa sena ilu dawn ittaxxi kienu jissejħu skemi favur l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem u issa saru taxxi kbar. Tgħiduli xejn, hemm bżonn ħafna aktar gwardjani biex jieħdu ħsieb dawn il-U-Turns bl-addoċċ li qed naraw jsiru quddiem wiċċ kulħadd. L-attriċi famuża Louiselle Vassallo u l-attriċi Isabelle Warrington Alice…who the f...k is Alice? 'And for 25 years I've been Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday living next door to Alice…. Alice…Alice…who the f..k is Alice?'. Kemm qbiżt u għajjatt fid-discos din il-frażi kantata mill-grupp Smokie eżatt fl-1977 (ajma ħej kemm xjaħt!). U kos kelli ngħix din il-kanzunetta fir-realtà għax għal dawn l-aħħar 25 sena għext bieb ma' bieb ma' Alice u qatt ma skoprejt min hi. Kellu jkun il-baġit li solvieli din ir-'riddle' (għax issa din hi l-buzzword il-ġdida) għax din Alice minn dak li kulħadd ħaseb li hi karattru tal-fantasija rrealizzat ruħha fil-karattru ta' Toni talarloġġi. Mela fl-aħħar sirt naf 'who the f..k is Alice'… 'riddle' solvuta…wara 36 sena. Justyne u l-vapur t'Għawdex Fuq il-Facebook tal-membru parlamentari Laburista Għawdxija Justyne Caruana f 'jum il-baġit: "Ilni ġurnata Malta u wasalt iċ-Ċirkewwa u nara l-vapur jitlaq. Issa jmiss vapur għada fil-00.20am!" Kien hemm xi proxxmu tajjeb li qal kif ma ċemplitx lil Anton Refalo, kien żgur jirranġalha xi ħaġa u ma kienx ikollha għalfejn tistenna wisq. Ħa nwieġbek ħabib jien, forsi m'għandhiex in-numru tal-mowbajl tiegħu hux, ma jfissirx li għax huma ħobża u sikkina bilfors għandha n-numru privat tiegħu. Għalkemm qed ngħid bejni u bejn ruħi dak mhux suppost fl-istess ħin wasal iċ-Ċirkewwa mill-Parlament jew għandu karozza aktar veloċi? Ma naħsibx li kien diġà dar lura għalih il-vapur! Justyne Caruana – l-għada tal-baġit, fis-2pm "Erġajna fuq il-vapur!" Għandha raġun tilmenta ta! Għax l-avukat Refalo wiegħed li se jkun hemm xogħol biżżejjed Għawdex għall-Għawdxin u l-parlament baqa' Malta u jkollha taqsam kuljum bil-vapur bħall-imsejkna għalliema Għawdxin u l-ħaddiema Għawdxin l-oħra li jaħdmu Malta… Tinkwetax Justyne ta… mhux se ddum tbati wisq… issa se jkollok qorti 'state of the art' f 'Għawdex u dalwaqt ikun hemm l-ajruplani barra l-vapur… nispera biss li ma tkunx ħriġt bil-pensjoni! Chris Said, l-accounts u r-romblu U llum in-Nimrod jidher li weħel fuq il-gżira Għawdxija (naħseb minħabba l-irwiefen kbar li laqtu l-gżira u l-maltemp) u din id-darba se jżeffen fin-nofs lil Chris il-ganga. Dak tan-Nadur li issa ġab l-istamperija timxi għarkubbtejha…aw sorry… fuq ir-rubini. Mela kemm ilu li ħa r-riedni tal-partit irnexxielu jġib il-finanzi tal-partit fis-sod (jidher li għandu par idejn sodi aktar minn dak li kien juża dawn l-idejn biex ma jaħrablux is-siġġu minn taħtu). U għandu sistema tajba ta' kif jibbilanċja l-kontijiet. Itajjar nofs il-ħaddiema u li baqa' ħalliehom tliet xhur mingħajr paga u nibdew inħallsuhom minn hemm 'il

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013