Illum previous editions

illum 10 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/208713

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Novembru 2013 | illum 15 jzekzek quddiem u nibbilanċjaw. X'ċuċ hu Toni tal-arloġġi fejn jidħlu accounts! Isma' mhux idea ħażina kieku kull min għandu xi problema finanzjarja mal-bank juża l-istess metodu ta... inħallu xi tliet xhur lura fil-ħlasijiet u nerġgħu nibdew inħallsu wara tliet xhur qisu qatt ma kien xejn... issa nipprovaha mal-HSBC u ngħidlu li għallimhieli l-ekonomista Chris l-Għawdxi. U xi ngħidu għal buzzword il-ġdida tal-ganga u li għallimha lil Kapo tiegħu... 'Mhux se nħallukom tgħaddu fuqna bir-ROMBLU' u 'Mhux se TIRRUMBLAW minn fuqna'. U l-kelma ROMBLU, il-ganga jaf xi tfisser għax ħutu żgur li għandhom wieħed u l-ganga jaf kif jaħdem ir-romblu għax jingħad li użah sew fl-eks stamperija konvertita f 'kafetterija. Staqsu lill-attriċi famuża LOUISELLE!!! Zammit tal-Gozo Channel, Juve u l-bridge U issa anke l-viċi chairman tal-Gozo Channel Christian Zammit (Għawdxi ieħor) qata' qalbu mill-Gozo Channel... u dan mhux jien qed ngħidu ta, imma hu stess fuq il-Facebook. Christian Zammit "Life's a journey... but I'd rather be watching a football game rather than waiting for the next ferry... a bridge is a necessity." Jista' jkun li kien bilbajda mdawra, wara li t-tim onest tal-Juve ma rebħux kontra l-Madrid fiċ-Champions League. Għax ħa ngħiduha kif inhi li ried jara partita Football fil-11 ta' filgħodu (il-ħin li kiteb dan l-istatus) naħseb li vera kien għadu taħt l-effett ta' ma nafx xiex… U nerġa' ndur fuq ilbaġit... raħħasli l-ilma... raħħasli d-dawl (dejjem grazzi għal DeMarco għax bnieli power station li teħilsek mill-kanċer), naqqasli l-income tax, se jibnili dar tal-anzjani Għawdex…u d-diesel m'għollihulix! X'irrid iżjed? Iva bilħaqq, il-pilloli talkolesterol! Li la wasluli wara l-bieb tad-dar u lanqas għand l-ispiżjar! TATA Il-poodle Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bilmobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-Stagno Navarra Tiġix tgħidli dan Muscat jaf jagħlaq ħalq dak li jkun. Mela l-ewwel jappunta lil Lou Bondi fuq dak il-kumitat issa smajt li ser jappunta lil Karl Stagno Navarra xi konsulent fuq xi ħaġa tal-Italja. Taf x'naf? Ħa nibda nigdem kull min jiġi quddiemi forsi dan Muscat itini biċċa għadma. Jekk jibqa' sejjer hekk nistenna li dik Defni jagħtiha xi ħaġa wkoll. U mhux billi tgħid li tobgħod ilLejber. Mid-dehra kulħadd iħobb il-flus. Ian Borg mhux kiesaħ Mhux kiesaħ Ian Borg, kieku kien kiesaħ kienet tikbirlu rasu. U rasu ma tidhirx li kibret. Minkejja l-fatt li din il-ġimgħa rajtu jitgħajjar u jitnejjek hekk kif deher Tonio Fenech filparlament. "Issa ġej idaħħaq," beda jgħajjat fil-kuritur u miegħu jidħku u jitpaxxew Chris Cardona u l-bella compania. Ħeqq, mhux rasu kbira Ian Borg qaluli, rasu kibret wisq. U jien ta' kelb li jien għidt, ħeqq, meta tkun żgħir u tispiċċa tispara 'l fuq hekk jiġrilek. Prosit tassew Jien kelb imma ismi mhux Bruce. Kieku kien Bruce kien ikun eżatt bħal dak il-miskin kanvasser ta' Simon Busuttil. Imma apparti li jien kelb, jiena raġel fuq l-irġiel għax dak li hu veru ngħidlu veru u dak li mhux veru ngħidlu mhux veru. Għalhekk ħadt pjaċir meta smajt li Dottor Busuttil qed ikun ma' sinjorina ħelwa u simpatika. Hekk sew, u jekk smajt sew smajt ukoll li hija bħali ġurnalista. Jien minn hawn nixtieq lil kulħadd paċi u sliem. U naqbel affarijiet bħal dawn ma għandhomx jiġi diskussi u wisq aktar miktuba. Wuuf. Wirdien u Kafè Iva mela fil-parlament vera ma jikbrux fjuri imma ħa ngħidlek hemm wirdien kemm trid. Jien ma nibżax mill-wirdien imma dak Noel Grima tant jibża' li kważi qabeż fuqi u għannaqni – Jaqq. U mhux hekk biss kien hemm magna tal-kafè u ħaqq dik, l-ispeaker għażel li jneħħi l-magna talkafè. U dan l-ispeaker ma għandux x'jagħmel jew?! Il-warrani ta' Jason u David Agius Mela jien u nistenna għall-konferenza stampa, l-onorevoli Jason Azzopardi, l-iktar deputat antipatiku wara Stephen Spiteri kien pastaż biżżejjed biex ipoġġi bil-warrani ma' ħalqi. Jiena minn hawn nixtieq nuri d-diżapprovazzjoni tiegħi għal dan l-aġir xejn dekoruż. U mbagħad għax ħadt ritratt, ġie dak l-għaġeb u plaġjarista David Agius u beda jgħajjat: "Uru rispett għaddeputati tagħna tiħdux ritratti." Ukoll! Premju poodle: Mark Anthony Falzon u l-pogrom Mela dan li huwa antropoloġista mistagħġeb kemm gerger u ħareġ vomtu meta neħħewh mill-Ornis Committee. Jien lil Falzon niftakru meta kien jagħmel programm fuq ir-radju talUniversità. Kien ikolli bżonn nieqaf nirremetti tant kien iqallagħli l-istonku. Kemm hu kiesaħ. Issa Muscat għamlu ċermen tal-Ornis u ovvjament issa mhux biss bela' kliemu imma sar jara kollox l-istess. Ehh u ħareġ ukoll Lino Farrugia l-bello tal-kaċċaturi jfaħħru u ħoll xagħrek u ġib iż-żejt il-Partit Nazzjonalista. Lil Mark Anthony ngħidulu kompli xbin u issa nistennew li fl-opinjoni li jmiss tas-Sunday Tajms jieħu lura dak li ddeskriva dakinhar bħala l-pogrom wara l-elezzjoni għax miskin neħħewh. Lil Mark Anthony intuh il-premju tal-ġimgħa tal-poodle talli jaħseb li d-dinja ddur madwaru. Proposta għal Edward Scicluna Għal Scicluna għandi messaġġ wieħed. Nhar it-Tnejn mur dritt Kastilja u offri lil Prim Ministru r-riżenja tiegħek. Fl-ittra ta' riżenja għid ċar u tond li din id-deċiżjoni qed teħodha għax m'intix kapaċi taqra l-baġit, li meta tidher fuq it-televixin kulħadd jaqliblu fuq stazzjon ieħor u li meta titkellem ma jifhmek ħadd. Got it Dward? poodle@mediatoday.com.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 November 2013